blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 02/02/13

Saturday, February 02, 2013

Meditation on the great love of Christ the King of the Universe - Meditazzjoni fuq il-kobor tal-imħabba ta' KRISTU SULTAN TAL-ĦOLQIEN KOLLU - & - Litanija tal-Passjoni (Litany of the Passion)





Kristu Re ... Knisja San Franġisk B'Kara, Malta 2021


The Solemnity of Christ the King is celebrated on the 34th Sunday, last Sunday of the Liturgical Year. It’s a day to honour our Saviour as King, who leads us with love, kindness and compassion. The image of Christ the King has always been presented to us as if sitting on a glittering throne, with a sceptre in hand and golden crown on his head. In actual fact, his throne was the cross on which he was crucified, the sceptre were the nails driven through his hands and feet, and the crown was made of sharp thorns that were pushed on his head.

The feast of Christ the King as we know it now was introduced in 1925, to counteract the start of Communism in the world. The Bolshevik Revolution of 1917 had taken the presence of Christ from the hearts of people, and the Church wanted to bring Him back into the centre of their lives. The feast was celebrated on the last Sunday in October until 1969, when Pope Paul VI shifted this feast to the last Sunday of the Liturgical Year, usually towards the end of November.
Christus Vincit, Christus Regnat, Christus Imperat (Christ will win, Christ will reign, Christ will rule)






Ċelebrazzjoni Djoċesana ta' Kristu Re - 20.11.2022 
ĊELEBRAZZJONI MADWAR IL-KELMA TA' ALLA - 
IS-SMIGĦ U T-TIFSIRA TAL-KELMA TA' ALLA --- Mark 1:22 "... beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa ..."




In Yr C - King of All, Warrior of Mercy - Bishop Barron's Sunday Sermon - 19 Nov 2022 




Parroċċa M'Addolorata San Pawl il-Baħar Għasar u Quddiesa Solenni ta' Kristu Re - 19 ta' Nov 2022
Animata mill-Kor Parrokkjali mmexxi mis-Sopran u organista  Karen Camilleri, flimkien mat-Tenur Arthur Micallef. 
VIDEO mill-Facebook tal-Parroċċa Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar, is-Sibt filgħaxija, 19 ta' Novembru 2022 



>>>            >>>            >>>



Meditation on 

The Solemnity of Our Lord Jesus Christ, King of the Universe  


Meditazzjoni fuq 

IS-SOLENNITÀ TA' KRISTU SULTAN TAL-ĦOLQIEN KOLLU



BIEX JEĦLISNA MILL-INGANN TAX-XITAN U L-JASAR TAD-DNUB, ALLA LI ĦALAQNA, GĦALL-IMĦABBA INFINITA TIEGĦU, RIED JIĊĊEKKEN TANT LI, PERMEZZ TAL-IVA TA' MARIJA, JSIR BNIEDEM ...

MINN QABEL MA' TWIELED, MARIJA U ĠUŻEPPI GĦADDEW MINN PERSEKUZZJONI TAL-BIŻA' LI ĠEGĦLITHOM JAĦARBU BĦALA REFUĠJATI.
B'FIDI QAWWIJA F'ALLA, IL-FAMILJA MQADDSA GĦEXET MAQGĦUDA FIS-SEMPLIĊITÀ U FIL-FAQAR. 

ĠESÙ KIEN MĠARRAB F'KOLLOX BĦALNA MINBARRA D-DNUB --- ESPERJENZA L-FERĦ, IL-ĠUĦ, L-GĦATX, IL-BIŻA', L-GĦEJJA, IT-TENTAZZJONI, IT-TBATIJA 'L AKTAR ĦARXA... IL-MEWT...IL-QABAR...;
TĦASSAR LILL-POPLU LHUDI, LI KIEN QED IBATI L-FAQAR U L-INĠUSTIZZJI MILL-IMPERU RUMAN, MILL-PUBLIKANI, MILL-FARIŻEJ; BEKA' KIF SEMA'  BIL-MEWT TAL-ĦABIB TIEGĦU LAZZRU, KIF UKOLL BEKA' GĦAR-RAS IEBSA TAL-POPLU LHUDI LI M'AĊĊETTAĦX BĦALA MESSIJA RELIĠJUŻ, LI ĦABBRU L-PROFETI - GĦAX STENNEW U GĦADHOM JISTENNEW MESSIJA POLITIKU, GWERRIER, LI JINDUKRAHOM U JEĦLISHOM MINN ĦAKKIEMA BARRANIN...

FL-AĦĦAR TLIET SNIN FUQ DINA L-ART BĦALA BNIEDEM, ĠESÙ GĦAŻEL L-APPOSTLI U PPREPARAHOM B'TAGĦLIM KOLLU MĦABBA, ĦNIENA U MAĦFRA BIEX IWASSLUH LID-DINJA KOLLHA; GĦALLEM IL-VERITÀ U S-SEWWA LIL KULL MIN RIED JISMA'... WASSAL IS-SALVAZZJONI GĦAL KULHADD - BIL-MOD DINJITUŻ KOLLU KARITÀ U ĦNIENA TA' KIF AĦNA GĦANDNA NĦOBBU LIL PROXXMU KOLLHU KIF NIXTIEQU LI ĦADDIEĦOR JAGĦMEL LILNA - NIBQGĦU NĦOBBU, NITOLBU, NAGĦDRU U NAĦFRU - UKOLL LILL-GĦEDEWWA TAGĦNA - BĦAL MA GĦAMEL SIDNA ĠESÙ KRISTU STESS FUQ IS-SALIB...u għadu jagħdirna u jaħfrilna...FIS-SAGRAMENT TAR-RIKONĊILJAZZJONI...


[Risen Christ - Ġesù rxuxtat]
Mt 28:16-20 -- The Great Commission - Ġesù jagħti l-missjoni lill-appostli 

- IN YEAR A - THE SOLEMNITY OF THE ASCENSION OF THE LORD.

- IN YEAR B - THE GOSPEL ON SUNDAY, SOLEMNITY OF THE HOLY TRINITY --- 1st SUNDAY AFTER PENTECOST
  
Evanġelju
Għallmu u għammdu fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu
Mt 28, 16-20

Għeluq tal-Evanġelju skont San Mattew

F' dak iż-żmien, [Mt:28:16] Il-ħdax-il dixxiplu telqu lejn il-Galilija u marru fuq il-muntanja fejn kien ordnalhom Ġesù.

[Mt:28:17] Kif rawh, nxteħtu quddiemu, għalkemm xi wħud iddubitaw.

[Mt:28:18] Ġesù resaq ikellimhom u qalilhom: "Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art. [Mt:28:19] Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier u ta' l-Iben u ta' l-Ispirtu  s-Santu, [Mt:28:20] u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien.  U ara, jiena magħkom dejjem, sa l-aħħar taż-żmien."


Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu




============



The Seven Sacraments - Is-Seba' Sagramenti





[Risen Christ - Ġesù rxuxtat]
Yr A - PENTECOST SUNDAY GOSPEL -- Jn 20:19-23 -- L-GĦID IL-ĦAMSIN - PENTEKOSTE


Evanġelju
Ħudu l-Ispirtu s-Santu
Ġw 20, 19-23

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

[Ġw:20:19] Dak il-Ħadd fil-għaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f'nofshom; u qalilhom: "Is-sliem għalikom!" [Ġw:20:20] Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej.

[Ġw:20:21] Mbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: "Is-sliem għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom." [Ġw:20:22] Kif qal hekk, nefaħ fuqhom u qalilhom: "Ħudu l-Ispirtu  s-Santu. [Ġw:20:23] Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura, u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma."



Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

 

  
============ 


Sacrament of Reconciliation - Sagrament tal-Qrar





 >>>            >>>            >>>


Lk 4:14-30 --- The Beginning of the Galilean Ministry - In-nies ta' Nazaret ma jilqgħux lil Ġesù

 
[Lq:4:14] Ġesù, bil-qawwa ta' l-Ispirtu, reġa' mar il-Galilija; u l-fama tiegħu xterdet ma' dawk l-inħawi kollha, [Lq:4:15] għax hu kien jgħallem fis-sinagogi tagħhom fost it-tifħir ta' kulħadd


[Lq:4:16] U ġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta' Sibt, u qam biex jaqra.[Lq:4:17] Tawh f'idejh il-ktieb ta' Isaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej:


        [Lq:4:18] 'L-Ispirtu tal-Mulej fuqi,
        għax hu kkonsagrani,
        Bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin,
        inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin,
        u d-dawl mill-ġdid lill-għomja,
        irrodd il-ħelsien lill-maħqurin
        [Lq:4:19] u nxandar sena tal-grazzja tal-Mulej.’
[Lq:4:20] Mbagħad raġa' għalaq il-ktieb, tah lura lill-qaddej u qagħad bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu msammra fuqu. [Lq:4:21] U beda jgħidilhom: "Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu."

[Lq:4:22] U lkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu u bdew jgħidu: "Dan m'huwiex bin Ġużeppi?" [Lq:4:23] Iżda hu qalilhom: "Żgur li se tgħidu għalija dan il-proverbju, 'Tabib, fejjaq lilek innifsek : dak kollu li smajna li ġara f'Kafarnahum agħmlu hawn f'pajjiżek ukoll." [Lq:4:24] U żied jgħidilhom: "Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f'pajjiżu. [Lq:4:25] Għax, ngħidilkom is-sewwa, kien hemm bosta romol f'Iżrael fi żmien Elija meta s-sema baqa' tliet snin u sitt xhur magħluq u waqa' ġuħ kbir fil-pajjiż kollu; [Lq:4:26] madankollu għand ħadd minnhom ma ntbagħat Elija, imma għand waħda armla minn Sarefta ta' Sidon. [Lq:4:27] U kien hemm bosta lebbrużi f'Iżrael fi żmien il-profeta Eliżew, imma ħadd minnhom ma ġie mfejjaq ħlief Nagħman tas-Sirja."

[Lq:4:28] Meta semgħu dan fis-sinagoga kulħadd imtela bil-korla; [Lq:4:29] qamu, u ħarġuh 'il barra mill-belt, ħaduh fuq xifer ta' rdum ta' l-għolja li fuqha kienet mibnija l-belt tagħhom, u riedu jixħtuh minn hemm fuq għal isfel. [Lq:4:30] Iżda hu għadda minn ġo nofshom u baqa' sejjer.


 ============


...WERA' L-QAWWA TIEGĦU BIL-MIRAKLI, TEMA' L-GĦELUF LI ĠREW WARAJĦ, FEJJAQ IL-MORDA, KEĊĊA X-XJATEN, QAJJEM IL-MEJTIN !   U KIF KIEN ĦABBAR, DBAXXA TANT LI ĦA L-KASTIG KOLLU GĦAL DNUBIETNA MINN FLOKNA, LI WASSLITU GĦALL-MEWT 'L AKTAR KRUDILI..., IMMA WARA TLETT IJIEM REBAĦ FUQ IL-MEWT U QAM BIR-RUĦ U BIL-ĠISEM.


Qabel ma' tela' s-sema, waqqaf il-Knisja, qawwiha bil-magħmudija tal-Ispirtu Qaddis.
F'kull Quddiesa jkompli jiċċekken fl-EWKARISTIJA MQADDSA, biex dejjem ikun magħna, iħallina nirċevuH, biex BIH nikbru - fl-umiltà, fl-imħabba u fil-mogħdrija sa l-aħħar taż-żminijiet, meta narawĦ  bil-glorja kollha tiegħU.


 



>>>            >>>            >>>



Jn 12:20-33 -- Jesus Predicts His Death - Waslet is-Siegħa

IN YEAR B, SUNDAY GOSPEL OF WEEK 5 OF LENT

Evanġelju
Jekk il-ħabba tal-qamħ, li taqa' fl-art, tmut hi tagħmel ħafna frott
Ġw 12, 20-33

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F'dak iż-żmien, [Ġw:12:20] Fost dawk li telgħu biex iqimu lil Alla fil-festa kien hemm xi Griegi. [Ġw:12:21] Dawn marru għand Filippu li kien minn Betsajda tal-Galilija, u talbuh: "Sinjur, nixtiequ naraw lil Ġesù."

[Ġw:12:22] Filippu mar jgħid lil Indrì, u mbagħad Indrì u Filippu marru jgħidu lil Ġesù. [Ġw:12:23] U Ġesù weġibhom: "Waslet is-siegħa li fiha Bin il-bniedem ikun igglorifikat.  [Ġw:12:24] Tassew tassew ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa' weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott. [Ġw:12:25] Min iħobb lil ħajtu jitlifha; imma min jobgħod lil ħajtu f'din id-dinja jħarisha għall-ħajja ta' dejjem. [Ġw:12:26] Jekk xi ħadd irid jaqdini, hu għandu jimxi warajja; u fejn inkun jien, hemm ukoll ikun il-qaddej tiegħi. Min jaqdi lili, il-Missier jagħtih ġieħ. 

[Ġw:12:27] "Issa qiegħed inħoss ruħi mħawwda. U x'naqbad ngħid? Missier, eħlisni minn din is-siegħa? Imma jien għalhekk ġejt: għal din is-siegħa. [Ġw:12:28] Missier, agħti glorja lil ismek."

Dak il-ħin instama' leħen mis-sema: "Jiena diġà gglorifikajtu, u nerġa' nigglorifikah."

[Ġw:12:29] In-nies li kienu hemm semgħuh, u qalu li kien qiegħed iriegħed. Oħrajn qalu: "Kellmu xi anġlu." [Ġw:12:30] Ġesù wieġeb: "Dan il-leħen ma ġiex għalija, imma għalikom. [Ġw:12:31] Il-ġudizzju ta' din id-dinja qiegħed isir issa. Issa se jitkeċċa l-Prinċep ta' din id-dinja. [Ġw:12:32] U meta nintrefa' 'l fuq mill-art, jiena niġbed il-bnedmin kollha lejja."

[Ġw:12:33] Hu qal dan biex jurihom b'liema mewt kien sejjer imut.


Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu


============


Mt 16:21 27 -- The First Prediction of the Passion - L-ewwel taħbira tal-mewt u l-qawmien ta' Ġesù 

IN YEAR A, SUNDAY GOSPEL OF WEEK 22 IN ORDINARY TIME
  
Evanġelju
Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu.
Mt 16, 21-27

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F'dak iż-żmien, [Mt:16:21] Ġesù beda juri lid-dixxipli tiegħu li kien meħtieġ għalih li jmur Ġerusalemm, isofri ħafna mix-xjuħ u l-qassisin  il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum.

[Mt:16:22] Pietru ġibdu lejh u beda jlumu u jgħidlu: "Allaħares, Mulej! Ma jkun qatt li dan jgħaddi minn għalik !" [Mt:16:23] Iżda Ġesù dar u qal lil Pietru: "Itlaq minn quddiemi, ja xitan! Int tfixkil għalija, għax m'intix tqis il-ħwejjeġ ta' Alla, imma qiegħed taħsibha ta' bniedem li int!"

[Mt:16:24] Imbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: "Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa' salibu, u jimxi warajja. [Mt:16:25] Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha, imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isibha.

[Mt:16:26] Għax xi jkun jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? Jew xi prezz se jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu? [Mt:16:27] Għax Bin il-bniedem għandu jiġi fil-glorja ta' Missieru flimkien ma'  l-anġli tiegħu, u mbagħad irodd lil kull wieħed skont ma wieħed ikun għamel.


Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu



============ 



Mk 9:30-37 -- Jesus Predicts His Death a Second Time - It-tieni taħbira tal-mewt u tal-qawmien

- TUESDAY GOSPEL OF WEEK 7 IN ORDINARY TIME
- IN YEAR B, SUNDAY GOSPEL OF WEEK 25 IN ORDINARY TIME

Evanġelju
Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-bnedmin.
Jekk xi ħadd irid ikun l-ewwel wieħed, għandu jkun qaddej ta’ kulħadd.
Mk 9, 30-37

Qari mill-Evanġelju skont San Mark

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli [Mk:9:30] għaddew minn nofs il-Galilija, u ma ried li ħadd ikun jaf, [Mk:9:31] għax beda jgħallem lid-dixxipli tiegħu u jgħidilhom: "Bin il-bniedem se jingħata f'idejn il-bnedmin u joqtluh; u meta jkun maqtul, wara tlitt ijiem iqum mill-mewt." [Mk:9:32] Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u beżgħu jistaqsuh.

[Mk:9:33] Waslu Kafarnahum; u meta kienu d-dar staqsiehom: "X'kontu qegħdin titħaddtu bejnietkom fit-triq?" [Mk:9:34] Iżda huma baqgħu siekta, għax fit-triq kienu qagħdu jitħaddtu bejniethom fuq min kien  l-akbar. [Mk:9:35] Imbagħad qagħad bilqiegħda, sejjaħ it-Tnax, u qalilhom: "Jekk xi ħadd irid ikun l-ewwel wieħed, għandu joqgħod wara kulħadd u jkun qaddej ta' kulħadd."

[Mk:9:36] U ressaq lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f'nofshom, ħaddnu bejn dirgħajh u qalilhom: [Mk:9:37] "Kull min jilqa' wieħed minn dawn iċ-ċkejknin minħabba f'ismi, ikun jilqa' lili; u min jilqa' lili, ikun jilqa' mhux lili, imma lil dak li bagħatni."



Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu





Mk 10:32-45 -- Jesus Predicts His Death a Third Time - It-tielet taħbira tal-mewt u tal-qawmien

WEDNESDAY GOSPEL OF WEEK 8 IN ORDINARY TIME

Evanġelju
Aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin il-bniedem se jingħata f'idejn il-qassisin il-kbar u l-kittieba
Mk 10, 32-45

Qari mill-Evanġelju skont San Mark

F'dak iż-żmien, [Mk:10:32] Kienu mexjin fit-triq, telgħin lejn Ġerusalemm, u Ġesù kien miexi quddiemhom; u huma kienu mgħaġġbin, u l-oħrajn li kienu mexjin warajhom kienu mbeżżgħin.

Raġa' sejjaħ it-Tnax ħdejh, u beda jgħidilhom x'kien se jgħaddi minn għalih: [Mk:10:33] "Ara, issa aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin il-bniedem se jingħata f'idejn il-qassisin  il-kbar u l-kittieba, li jaqtgħuhielu għall-mewt u jerħuh f'idejn  il-pagani; [Mk:10:34] dawn imbagħad jiddieħku bih, jobżqulu fuqu, jagħtuh is-swat u joqtluh, u wara tlitt ijiem iqum mill-mewt."

[Mk:10:35] Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew, resqu lejh u qalulu: "Mgħallem, dak li se nitolbuk irriduk tagħtihulna." [Mk:10:36] "Xi triduni nagħmlilkom?" staqsiehom. [Mk:10:37] U huma weġbuh: "Ħallina noqogħdu wieħed fuq il-lemin u l-ieħor fuq ix-xellug fil-glorja tiegħek."

[Mk:10:38] Imma Ġesù qalilhom: "Ma tafux x'intom titolbu. Għandkom ħila tixorbu l-kalċi li se nixrob jien, u titgħammdu wkoll bil-magħmudija li biha se nitgħammed jien?" [Mk:10:39] "Ghandha," qalulu. Mbagħad qalilhom Ġesù: "Il-kalċi li se nixrob jien tixorbuh, iva, u titgħammdu wkoll bil-magħmudija li biha se nitgħammed jien; [Mk:10:40] imma li wieħed joqgħod fuq il-lemin jew fuq ix-xellug tiegħi, din m'hijiex ħaġa tiegħi li nagħtiha jien, imma hi għal dawk li għalihom kienet imħejjija."

[Mk:10:41] L-għaxra l-oħra, meta semgħu dan, saħnu għal Ġakbu u għal Ġwanni. [Mk:10:42] Imma Ġesù sejjħilhom u qalilhom: "Tafu intom, dawk in-nies, li l-bnedmin jgħodduhom  bħala kapijiet tal-pagani, jaħkmu fuqhom, u l-kbarat tagħhom iħaddmu s-setgħa tagħhom fuqhom. [Mk:10:43] Fostkom ma għandux ikun hekk, imma min irid ikun kbir fostkom, għandu jkun qaddej tagħkom, [Mk:10:44] u min irid ikun   l-ewwel fostkom, għandu joqgħod ilsir ta' kulħadd. [Mk:10:45] Għax hekk ukoll Bin il-bniedem, hu ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u biex jagħti ħajtu b'fidwa għall-kotra."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu




 >>>            >>>            >>>


The psychological suffering and intense fear of Jesus in the garden of Gethsemane -  It-tbatija psikoloġika u l-biża intensa ta' Ġesù fil-ġnien taż-żebbuġ ...


STAY WITH ME - Ishru miegħi = Isaiah 53:11; Matthew 26:37-44; Mark 14:34-42; Luke 22:42-44

TAIZÉ:
Stay with me, remain here with me.
Watch and pray, watch and pray.
1. Stay here and keep watch with me. Watch and pray, watch and pray!
2. Watch and pray not to give way to temptation.
3. The spirit is eager, but the flesh is weak.
4. My heart is nearly broken with sorrow. Remain here with me, stay awake and pray.
5. Father, if it is possible, let this cup pass me by.
6. Father, if this cannot pass me by without my drinking it, Your will be done.
- - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - -
Isaiah 53:11;   Matthew 26:37-44;    Mark 14:34-42;   Luke 22:42-44

Isaiah 53:11  

After he has suffered,
    he will see the light of life and be satisfied;
by his knowledge my righteous servant will justify many,
    and he will bear their iniquities.



Matthew 26:37-44
37 He took Peter and the two sons of Zebedee along with him, and he began to be sorrowful and troubled. 38 Then he said to them, "My soul is overwhelmed with sorrow to the point of death. Stay here and keep watch with me."
39 Going a little farther, he fell with his face to the ground and prayed, "My Father, if it is possible, may this cup be taken from me. Yet not as I will, but as you will."
40 Then he returned to his disciples and found them sleeping. "Couldn't you men keep watch with me for one hour?" he asked Peter. 41 "Watch and pray so that you will not fall into temptation. The spirit is willing, but the flesh is weak."
42 He went away a second time and prayed, "My Father, if it is not possible for this cup to be taken away unless I drink it, may your will be done."
43 When he came back, he again found them sleeping, because their eyes were heavy. 44 So he left them and went away once more and prayed the third time, saying the same thing.


Mark 14:34-42
34 "My soul is overwhelmed with sorrow to the point of death," he said to them. "Stay here and keep watch."
35 Going a little farther, he fell to the ground and prayed that if possible the hour might pass from him. 36 "Abba, Father," he said, "everything is possible for you. Take this cup from me. Yet not what I will, but what you will."
37 Then he returned to his disciples and found them sleeping. "Simon," he said to Peter, "are you asleep? Couldn't you keep watch for one hour? 38 Watch and pray so that you will not fall into temptation. The spirit is willing, but the flesh is weak."
39 Once more he went away and prayed the same thing. 40 When he came back, he again found them sleeping, because their eyes were heavy. They did not know what to say to him.
41 Returning the third time, he said to them, "Are you still sleeping and resting? Enough! The hour has come. Look, the Son of Man is delivered into the hands of sinners. 42 Rise! Let us go! Here comes my betrayer!"


Luke 22:42-44
42 "Father, if you are willing, take this cup from me; yet not my will, but yours be done." 43 An angel from heaven appeared to him and strengthened him. 44 And being in anguish, he prayed more earnestly, and his sweat was like drops of blood falling to the ground.


Betrayed by Judas Iscariot ...



Denied by Peter, who, as soon as he heard the cock crow, remembered Jesus's words and repented...



Jesus flogged...



Jesus after the scourging...


 ---------------------------------------


THE GOSPELS IN YEAR A, YEAR B, YEAR C  - 
on the Solemnity of Our Lord 
Jesus Christ, King of the Universe  



YEAR A --- Mt 25:31-46 -- The Judgement of the Nations - Il-ħaqq mill-popli

- THE GOSPEL on MONDAY OF WEEK 1 OF LENT
- IN YEAR A,  LAST SUNDAY GOSPEL - WEEK 34 - in Ordinary Time - Solemnity of Our Lord Jesus Christ, King of all creation

Evanġelju
Mt 25, 31-46

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: [Mt:25:31] "Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, mbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. 
[Mt:25:32] U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: [Mt:25:33] in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug.

[Mt:25:34] Imbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta' fuq il-lemin tiegħu, 'Ejjew, mberkin minn Missieri, ħudu b'wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa  mill-ħolqien tad-dinja.
[Mt:25:35] Għax jien kont bil-ġuħ u tmajtuni, kont bil-għatx u sqejtuni, kont barrani u lqajtuni, [Mt:25:36] kont għeri u libbistuni, kont marid u ġejtu tarawni, kont fil-ħabs u ġejtu żżuruni.'

[Mt:25:37] Imbagħad iweġbuh il-ġusti, 'Mulej', jgħidulu, 'meta rajnik bil-ġuħ u tmajnik, jew bil-għatx u sqejnik ? [Mt:25:38] Meta rajnik barrani u lqajniek, jew għeri u libbisniek? [Mt:25:39] Meta rajnik marid jew fil-ħabs u ġejna nżuruk?' [Mt:25:40] U s-Sultan iweġibhom u jgħid, 'Tassew, ngħidilkom, kull ma għamiltu ma' wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.' 

 [Mt:25:41] Imbagħad jgħid ukoll lil dawk ta' fuq ix-xellug: 'Morru minn quddiemi, misħutin, fin-nar ta' dejjem li tħejja għax-xitan u għall-anġli tiegħu. [Mt:25:42] Għax jien kont bil-ġuħ u ma tmajtunix, kont bil-għatx u ma sqejtunix, [Mt:25:43] kont barrani u ma lqajtunix, kont għeri u ma libbistunix, kont marid u fil-ħabs u ma ġejtux iżżuruni!

[Mt:25:44] Imbagħad huma wkoll iweġbuh, 'Mulej,' jgħidulu, 'meta rajniek bil-ġuħ, jew bil-għatx, jew barrani, jew għeri, jew marid, jew fil-ħabs, u aħna ma waqafniex miegħek?' [Mt:25:45] Iweġibhom imbagħad u jgħidilhom, 'Tassew, ngħidilkom, dak li ma għamiltux ma' wieħed minn dawk iż-żgħar, anqas miegħi ma għamiltuh.'

[Mt:25:46] U dawn imorru fit-tbatija ta' dejjem u l-ġusti fil-ħajja ta' dejjem.


Il-Kelma tal-Mulej
Rl . Tifħir lilek Kristu

============

Kristu Re U Jum Iż-żgħażagħ
Quddiesa tal-Ħadd waqt Encounter, mill-Mużew tal-Avjazzjoni f'Ta' Qali - 26 ta' Novembru 2023



============


Patri Elija Vella O.F.M. Conv. ---  L-34 Ħadd matul is-sena - Kristu Sultan (B)

KRISTU RE 

--- RE TAL-ISTORJA - 
  • L-istorja tagħna nqisuha dik Qabel Kristu u dik Wara Kristu
--- RE TAN-NATURA - 

===================================


YEAR B --- Jn 18:33b-37 -- Jesus' Trial before Pilate - Ġesù quddiem Pilatu
IN YEAR B, SOLEMNITY OF OUR LORD JESUS CHRIST, KING OF THE UNIVERSE

Evanġelju
Int qiegħed tgħid li jien sultan.
Ġw 18, 33b-37

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F'dak iż-żmien, [Ġw:18:33b] Pilatu sejjaħ lil Ġesù u qallu: "Inti s-sultan  tal-Lhud?" [Ġw:18:34] Ġesù wieġeb: "Dan qiegħed tgħidu int minn moħħok? Jew kienu oħrajn li qalulek dan fuqi?" [Ġw:18:35] Pilatu wieġeb: "Mela jiena Lhudi? Kien il-poplu tiegħek u l-qassisin il-kbar li tawk f'idejja. X'għamilt?"

[Ġw:18:36] Ġesù wieġeb: "Is-saltna tiegħi m'hijiex ta' din id-dinja. Li kieku saltnati kienet ta' din id-dinja, l-għases tiegħi kienu jiġġieldu biex ma ningħatax f'idejn il-Lhud; imma tabilħaqq saltnati m'hijiex ta' hawn."

[Ġw:18:37] Pilatu qallu: "Mela int sultan?" U Ġesù wieġeb: "Int qiegħed tgħidu; jien sultan. Jien għalhekk twelidt, u għalhekk ġejt fid-dinja, biex nixhed għall-verità. U kull min iħobb il-verità jisma' leħni."


Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu




============


Christ the King - Homily - Fr Ignatius - Nov 25, 2018






Inti s-Sultan tal-Lhud ? - Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fis-Solennita ta' Kristu Re - 25 ta' Novembru 2018



 


King of the Universe 



-------------------------------------


Lk 23:35-43 -- "Jesus remember me..." - "Ġesù, ftakar fija meta tidħol fis-Saltna tiegħek."


IN YEAR C - SOLEMNITY OF CHRIST THE KING OF THE UNIVERSE -- SUNDAY GOSPEL OF WEEK 34 IN ORDINARY TIME ---
SOLENNITÀ TA' KRISTU SULTAN TAL-ĦOLQIEN KOLLU-- L-EVANĠELJU TAL-ĦADD TAL-34 ĠIMGĦA TA' MATUL IS-SENA C

Evanġelju
Ġesù, ftakar fija meta tidħol fis-Saltna tiegħek.
Lq 23, 35-43

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

F’dak iż-żmien, [Lq:23:35] wara li sallbu lil Ġesù, il-poplu waqaf hemm iħares, waqt li l-kapijiet bdew jiddieħku b’Ġesù u jgħidu : "Salva lil oħrajn; ħa jsalva lilu nnifsu jekk dan hu l-Messija, il-Maħtur ta' Alla!" [Lq:23:36] Is-suldati wkoll bdew jgħadduh biż-żmien; u resqu lejh, newwlulu nbid qares [Lq:23:37] u qalulu: "Jekk inti s-sultan tal-Lhud salva lilek innifsek!" [Lq:23:38] Fuq rasu kien hemm ukoll kitba li kienet tgħid, 'Dan huwa s-sultan tal-Lhud.'

[Lq:23:39] Wieħed mill-ħatjin li kienu msallbin miegħu beda jgħajjru u jgħidlu: "Int m'intix il-Messija? Salva lilek innifsek u lilna." [Lq:23:40] Imma qabeż l-ieħor, ċanfru u qallu: "Anqas minn Alla int ma tibża',  int li qiegħed taħt l-istess kundanna? [Lq:23:41] Tagħna hija ġusta, tassew, għax qegħdin nieħdu li ħaqqna ta' kull ma għamilna; imma dan ma għamel xejn ħażin." [Lq:23:42] Mbagħad qal: "Ġesù, ftakar fija meta tidħol fis-Saltna tiegħek." [Lq:23:43] U Ġesù wieġbu: "Tassew ngħidlek, illum tkun fil-Ġenna miegħi."


Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu


 
============
 


Omelija tal-Arċisqof Charles Scicluna fis-Solennità ta' Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu u l-Għeluq tal-Ġublew Strordinarju tal-Ħniena. Katidral tal-Imdina. 20/11/2016







--------------------------------------






... "Don't cry for me, cry for yourselves and for your children" ... by Sal Solo





ALLA MA JIKKASTIGA LIL ĦADD -
L-Għażliet li jieħu l-bniedem, jiddestinawlu l-eternità --- għall-hena ta' dejjem jew għall-indannazzjoni ta' dejjem.


Lk 9:51-56 -- Samaritan Opposition - B’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm. 

TUESDAY GOSPEL OF WEEK 26 IN ORDINARY TIME

Evanġelju
B’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm.
Lq 9, 51-56

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

[Lq:9:51] Meta qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja, Ġesù b'rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm.

[Lq:9:52] U bagħat xi messaġġiera qablu li, huma u sejrin, daħlu f'raħal tas-Samarija biex iħejjulu fejn joqgħod. [Lq:9:53] Iżda hemmhekk ma laqgħuhx, billi hu kien sejjer Ġerusalemm.

[Lq:9:54] Meta raw dan, id-dixxipli Ġakbu u Ġwanni qalulu: "Mulej, tridx ngħidu lin-nar jinżel mis-sema u jeqridhom?" [Lq:9:55] Iżda hu dar fuqhom u ċanfarhom. [Lq:9:56] U marru f'raħal ieħor.


Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu


************

ĠESÙ PATTA GĦALL-DNUBIETNA BL-IMĦABBA U JIBQA' JPATTI GĦAL KULL NUQQAS TAGĦNA - BL-IMĦABBA...JILQANA DEJJEM LURA, B'DIRAJH MIFTUĦA.



 The Seven Last Sayings of Jesus Christ









LITANY OF OUR LORD'S PASSION
---       ---       ---
Litanija tat-Tbatija ta’ Ġesù (Litanija tal-Passjoni)

· Mulej ħniena
· Kristu ħniena
· Mulej ħniena
· Kristu ismagħana
· Kristu ilqa’ t-talb tagħna
· Alla Missier tas-Sema, ħenn għalina
· Alla l-Iben, Salvatur tad-dinja, ħenn għalina
· Alla l-Ispirtu s-Santu, ħenn għalina
· Trinita’ Qaddisa Alla wieħed, ħenn għalina
· Ġesù, l-Għerf Etern, ikollok ħniena minna.
·Ġesù, mibjugħ għal tletin biċċa tal-fidda, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, mixħut fl-art titlob fil-ġnien taż-żebbuġ, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, imqawwi bil-preżenza ta’ anġlu, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, maħsul bl-għaraq tad-demm fl-agunija Tiegħek, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, ittradut minn Ġuda b’bewsa, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, marbut mis-suldati, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, abbandunat mid-dixxipli, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, miġjub quddiem Anna u Kajfa, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, mogħti daqqa ta’ ħarta f’wiċċek minn qaddej, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, akkużat b’xhieda foloz, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, ikkundannat għall-mewt bla ħtija, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, mimli bil-bżieq, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, b’għajnejk mgħottin, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, miċħud minn Pietru, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, iddisprezzat u mwaqqa’ għaż-żufjett minn Erodi, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, imlibbes libsa bajda, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, imwarrab minflok Barabba, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, b’ġismek iffraġellat, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, imbenġel għal dnubietna, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, stmat bħal lebruż, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, imlibbes tunika ħamra, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, inkurunat bix-xewk, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, li ġejt mogħti daqqiet ta’ qasba fuq rasek, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, mitlub li tiġi msallab mil-Lhud, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, ikkundannat għal mewta ħarxa, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, mogħti għar-rieda tal-għedewwa tiegħek, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, mgħobbi bit-tagħbija tas-Salib, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, meħud bħal nagħġa għall-qatla, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, imneżża’ minn ħwejġek, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, li wegħedt il-Ġenna lill-ħalliel li nidem, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, li tajt lil San Ġwann lil Ommok bħala binha, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, li stqarrejt lilek innifsek minsi mill-Missier, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, li ingħatajt il-ħall meta qabdek l-għatx, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, li tajt xhieda li kull ma nkiteb fuqek kien mitmum, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, li tlaqt ruħek f’idejn Missierek, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, li obdejt sal-mewt tas-salib, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, minfud b’lanza, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, imniżżel minn fuq is-salib, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, impoġġi fis-sepulkru, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, li qomt glorjuż fuq il-mewt, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, li tlajt is-Sema, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, avukat tagħna quddiem il-Missier, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, li bgħatt l-Ispirtu s-Santu, il-Paraklitu fuq id-dixxipli Tiegħek, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, li għollejt lil Ommok fuq il-kori kollha tal-anġli, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, li għad tiġi biex tiġġudika lill-ħajjin u lill-mejtin, ikollok ħniena minna.
· Kun ħanin, eħlisna Mulej.
· Kun ħanin, ismagħna nitolbuk Mulej.
· Minn kull ħażen, eħlisna Mulej.
· Minn kull dnub, eħlisna Mulej.
· Mill-korla, mill-mibiegħeda u minn kull rieda ħażina, eħlisna Mulej.
· Mill-gwerer, għaks u pestilenza, eħlisna Mulej.
· Minn kull periklu tar-ruħ u tal-ġisem, eħlisna Mulej.
· Mill-mewt ta’ dejjem, eħlisna Mulej.
· Permezz tat-tnissil tiegħek bla tebgħa, eħlisna Mulej.
· Permezz tat-Twelid mirakoluż Tiegħek, eħlisna Mulej.
· Permezz taċ-ċirkonċiżżjoni umiljanti Tiegħek, eħlisna Mulej.
· Permezz tal-magħmudija u s-sawm Tiegħek, eħlisna Mulej.
· Permezz tal-ħidma u s-sahra Tiegħek, eħlisna Mulej.
· Permezz tal-flaġellazjoni krudili u l-inkoronazzjoni bix-xewk, eħlisna Mulej.
· Permezz tal-għatx, tad-dmugħ u tal-għera Tiegħek, eħlisna Mulej.
· Permezz tal-mewt prezzjuża Tiegħek fuq is-Salib, eħlisna Mulej.
· Permezz tal-Qawmien u t-Tlugħ glorjuż Tiegħek, eħlisna Mulej.
· Permezz tal-miġja tal-Ispirtu s-Santu, il-Paraklitu, eħlisna Mulej.
· F’Jum il-Ġudizzju, eħlisna Mulej.
· Lilna midimbin, ismagħna nitolbuk Mulej.
· Nitolbu li Int teħlisna, ismagħna nitolbuk Mulej.
· Nitolbu li Int taħfrilna, ismagħna nitolbuk Mulej.
· Nitolbu li Int twassalna għal indiema sinċiera, ismagħna nitolbuk Mulej.
· Nitolbu li fil-ħniena Tiegħek Int tferra f’qalbna l-grazzja tal-Ispirtu s-Santu, ismagħna nitolbuk Mulej.
· Nitolbu li Int tiddefendi l-Knisja Mqaddsa Tiegħek, ismagħna nitolbuk Mulej.
· Nitolbu li Int tħares u tkabbar il-popli kollha miġbura f’ismek, ismagħna nitolbuk Mulej.
· Nitolbu li Inti tagħtina l-paċi vera Tiegħek, ismagħna nitolbuk Mulej.
· Nitolbu li Int tagħtina perseveranza fil-grazzja u fis-servizz qaddis Tiegħek, ismagħna nitolbuk Mulej.
· Nitolbu li Int teħlisna minn ħsibijiet impuri, mit-tentazzjonijiet tax-xitan u mill-indannazjoni ta’ dejjem, ismagħna nitolbuk Mulej.
· Nitolbu li Int tgħaqqadna mal-kumpanija tal-qaddisin Tiegħek, ismagħna nitolbuk Mulej.

Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, eħlisna, Mulej.
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, itolbuk ismgħana, Mulej.
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ħenn għalina, Mulej.

V. Kristu, ismagħna.
R. Kristu, nitolbuk ismagħna.

V. Nadurawk O Ġesù u nberkuk,
R. Għax b’Salibek u l-mewt Tiegħek Inti fdejt id-dinja.

Nitolbu: Alla Etern u li tista’ kollox, li ddestinajt lill-uniku Iben tiegħek biex ikun is-Salvatur tad-dinja u ridt li permezz tad-Demm Prezzjuż Tiegħu tagħtina l-paċi li konna tlifna, agħtina l-grazzja li nqimu l-prezz tas-salvazzjoni tagħna u li niskopru fiha il-virtu’ li għandha – id-difiża kontra l-ħażin taż-żmien preżenti – b’tali mod li nkunu nistgħu ingawdu l-frott tagħha fis-sema permezz ta’ l-istess Kristu, Sidna. Ammen.

 https://www.laikos.org/Talb_Sacerdoti_J.htm - no 62 Litanija tal-Passjoni








NADURAW LIL ALLA LI JIĊĊEKKEN TANT GĦALINA ... U HU JAGĦTTINA BID-DIJA TIEGĦU, KOLLHA TIEBA U ĦNIENA !





IS-SATANISTI STESS JIKXFU L-QAWWA FIL-VERITÀ TAL-PREŻENZA TA' ALLA TRINITÀ QADDISA FL-OSTJI KKONSAGRATI - KULL META HUMA JISIRQUHOM - IMMA LIL ALLA ĦADD U XEJN MA JISTA' JAGĦMILLU ĦSARA !

MARTRI IVA JKUN HAWN, IMMA ĦADD MA JISTA' JEQRED LILL- ĦALLIEQ TA' DAK KOLLU LI HU TAJJEB !








"IX-XEMX TIDDALLAM, IL-QAMAR JITLEF ID-DIJA TIEGĦU..." BID-DIJA TA' ALLA, META JERĠA JIĠI B'QAWWA U GLORJA KBIRA !





Mk 13:24-32 - The Coming of the Son of Man - Il-miġja ta' Bin il-Bniedem

IN YEAR B, SUNDAY GOSPEL OF WEEK 33 IN ORDINARY TIME

Evanġelju
Jiġbor flimkien il-maħturin tiegħu mill-erbat irjieħ
Mk 13, 24-32



Qari mill-Evanġelju skont San Mark

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: [Mk:13:24] "Wara jiem ta' dwejjaq kbar, ix-xemx tiddallam, il-qamar jitlef id-dija tiegħu, [Mk:13:25] il-kwiekeb jibdew jaqgħu mis-sema, u l-qawwiet tas-smewwiet jitqallbu.

[Mk:13:26] Imbagħad jaraw lil Bin il-bniedem ġej fis-sħab b'qawwa kbira u bi glorja. [Mk:13:27] U mbagħad jibgħat l-anġli biex jiġbor flimkien il-maħturin tiegħu mill-erbat irjieħ, minn tarf l-art sa tarf is-sema.

[Mk:13:28] "Mis-siġra tat-tin tgħallmu din il-parabbola. Meta l-fergħa tagħha tirtab u tarmi l-weraq, intom tintebħu li s-sajf fil-qrib. [Mk:13:29] Hekk ukoll meta taraw dan jiġri, kunu afu li hu fil-qrib, fil-bieb.

[Mk:13:30] Tassew ngħidilkom, li ma jgħaddix dan in-nisel qabel ma jiġri dan kollu. [Mk:13:31] Is-sema u l-art jgħaddu, imma kliemi ma jgħaddix.

[Mk:13:32] "Dwar dak il-jum u s-siegħa ħadd ma jaf meta se jaslu, anqas l-anġli fis-sema, u anqas l-Iben; ħadd ħlief il-Missier.


Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu



============


Lk 21:5-11 -- Destruction of Temple, Signs of End Times - Il-qerda tat-Tempju u l-persekuzzjonijiet

TUESDAY GOSPEL OF WEEK 34 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Ma tibqax ġebla fuq oħra
Lq 21, 5-11
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F'dak iż-żmien, [Lq:21:5] Kien hemm xi wħud li bdew jgħidu fuq kemm it-tempju kien imżejjen b'ġebel sabiħ u għotjiet; iżda Ġesù qalilhom: [Lq:21:6] "Kull ma qegħdin taraw, għad jiġi żmien li ma tibqax ġebla fuq oħra minnu li ma tiġġarrafx."
[Lq:21:7] U huma staqsewh u qalulu: "Mgħallem, issa dan meta għad jiġri? U x'se jkun is-sinjal li dawn il-ħwejjeġ ikunu waslu biex iseħħu?" [Lq:21:8] Qalilhom: "Araw li ma titqarrqux. Għax għad jiġu ħafna f'ismi u jgħidu, 'Jien hu,' u, 'Iż-żmien wasal.' Tmorrux warajhom! [Lq:21:9] Meta tisimgħu min jitkellem fuq gwerer u taqlib fil-pajjiżi, tinħasdux għax jeħtieġ li l-ewwel jiġri dan, iżda t-tmiem ma jasalx minnufih."
[Lq:21:10] Mbagħad qalilhom: "Għad iqum ġens kontra ġens u saltna kontra saltna, [Lq:21:11] l-art titheżheż bil-kbir, f'ħafna bnadi jkun hemm il-ġuħ u mard li jittieħed, u fis-sema jidhru ħwejjeġ tal-biża' u sinjali ta' l-għaġeb.
Il-Kelma tal-Mulej
Tifħir lilek Kristu
============


Introductory Prayer: Lord Jesus, thank you for this special time I have with you. It’s one of the few calm moments of the day. Your presence reassures me that I don’t have to endure the trials of the day alone. You are my strength and my peace. I wish to abide in your love.

Petition: Jesus, help me to keep hoping despite the crises in my life.
  1. Temple of Doom: For the Jews, the Temple in Jerusalem was the centre of religious and cultural life. It contained the Holy of Holies, the sanctuary that once housed the Ark of the Covenant. The people were proud of the Temple, but Jesus warns them that the day will arrive when it will be destroyed (as indeed it was, in A.D. 70). Yet the end of the Temple will not be the end of religion. Jesus himself will remain with us, as he does to this day, in the Eucharist. Likewise, no matter what else passes away—our house, our office, our school —Christ remains. Does that belief fill me with confidence?
  2. Be Not Deceived: Jesus doesn’t directly answer the question about when the Temple will be destroyed. Rather, he tries to get his listeners to focus on what is really important: their faith. Our Lord warns them not to listen to the wrong people. Throughout the course of a normal day, to whom do we listen? Whose voices are on our radios, our TV sets? Who really has our ear day–by-day? Worldly talk-show hosts? The news media’s "instant experts"? Hollywood stars? Jesus cautions us that the people we listen to might affect the quality of our lives — and the quality of our eternity. Do I judge carefully, then, the voices I listen to?
  3. Do Not Be Terrified: Terrorist attacks, wars, abortion, euthanasia, natural disasters-- is the world a nicer place today than in Jesus’ time? Our Lord was no stranger to bad news. He knew about the tower in Siloam that killed 18 people (see Luke 13:4)--and he knew what awaited him on Good Friday. Yet he always remained hopeful and encouraged the best in people. As his followers, we too must be witnesses to hope. We need to brighten the lives of those around us. More importantly we need to remind others that God will win in the end. "Good, not evil, has the last word," Pope Saint John Paul II told the general audience of Oct. 17, 2001, "God triumphs over the hostile powers, even when they seem great and invincible."

Conversation with Christ: Lord, I know in my mind that you will win in the end. If only my heart would believe that, too! Grant me this grace. Grant that my life will show that kind of optimism at every moment.

Resolution: I will make a small sacrifice or offer up a special prayer for someone suffering today.



 --------------------------

Dr. Timothy O'Donnell - Christ the King - Published on 25 Sep 2017

“When once men recognize, both in private and in public life, that Christ is King, society will at last receive the great blessings of real liberty, well-ordered discipline, peace and harmony. ... Moreover, the annual and universal celebration of the feast of the Kingship of Christ will draw attention to the evils which anticlericalism has brought upon society in drawing men away from Christ, and will also do much to remedy them. While nations insult the beloved name of our Redeemer by suppressing all mention of it in their conferences and parliaments, we must all the more loudly proclaim his kingly dignity and power, all the more universally affirm his rights.” - Pope Pius XI, Quas Primas 19, 25

Hosted by the Institute of Catholic Culture
www.instituteofcatholicculture.org



************




Christus Vincit. Christus Regnat. Christus Imperat !   






.