blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 08/08/17

Tuesday, August 08, 2017

AUGUST 8 - FEAST OF SAINT DOMINIC, PRIEST AND FOUNDER OF THE DOMINICAN ORDER














8 agosto memoria liturgica di San Domenico di Guzman, fondatore dell’Ordine dei Frati Predicatori - Published on 7 Aug 2018

San Domenico, ascolto di Dio e degli uomini e poi predicazione

L’8 agosto la Chiesa ricorda san Domenico di Guzman, fondatore dell’Ordine dei Predicatori. Spagnolo, nella Francia del XIII secolo riuscì a convertire gli eretici usando la parola e la forza del Vangelo. Il rettore di Santa Sabina: come Domenicani cerchiamo di avvicinare le persone al Vangelo, ascoltando le domande degli uomini d’oggi




Aug 8 - Homily: Our Holy Father St. Dominic





************




Storja tal-kbir qaddis
Tfulija

San Duminku twieled f’Calaruega, Spanja, fl-1170, minn familja nobbli, bin Ġovanna ta’ Aza u Feliċ ta’ Guzman. It-tradizzjoni tgħid li meta ommu kienet tqila bih hija kellha ħolma li t-tarbija tagħha, kienet se tkun bħal kelb bit-torċa f’ħalqu, iktar tard interpretata li Duminku bil-prietki tiegħu kellu jagħti dawl lid-dinja kollha. Il-kelb bit-torċa f’ħalqu sar simbolu tal-Ordni Dumnikan. It-tradizzjoni tkompli tgħid ukoll li fil-magħmudija ta’ Duminku, ommu rat stilla tiddi fuq sidru, ġrajja li wasslet biex San Duminku jibda jitqis ukoll bħala patrun tal-astronomija.

Meta Duminku kellu erbatax-il sena, daħal l-Università ta’ Palencia, biex jistudja l-filosofija u t-teoloġija. Waqt li kien għadu student sar Kanonku tal-Katidral ta’ Osma. Wara l-ordinazzjoni tiegħu fl-1195, mar jgħix mal-Kanonċi skond ir-Regola ta’ Santu Wistin. Fl-1201, sar il-Pirjol tal-Kapitlu.

L-Albiġiżi

Fl-1204, kien ma’ l-Isqof tiegħu qiegħed jivvjaġġa fi Franza, u ra l-ħsara li kienu qed jagħmlu l-Albiġiżi, (minn Alby, Franza, li fost tagħlim eretiku ieħor kienu jsostnu li l-ispiritwali huwa tajjeb, u l-materjali huwa ħażin, u li Ġesù ma twelidx tassew minn Marija). F'Languedoc iltaqa’ ma’ wieħed Albiġiż u għadda l-lejl kollu jiddiskuti miegħu sakemm ikkonvinċieh u rah jerġa' jħaddan it-twemmin Kattoliku.

Minn din il-laqgħa, San Duminku ra ċar li l-missjoni tiegħu kienet li jippriedka l-Vanġelu u jikkumbatti l-ereżija Albiġiża. Għalhekk ġabar madwaru grupp ta’ għalliema biex jgħinuh iwettaq il-ħsieb tiegħu, u b’xi nisa minnhom waqqaf il-kunvent ta’ Prouille fl-1206. Huwa baqa’ f’Languedoc għal kważi għaxar snin jippriedka bla serħan.

L-Ordni tal-Predikaturi

Fl-1212 mar Toulouse, u fl-1215 attenda r-Raba’ Konċilju Lateran, f’Ruma. Lura f’Toulouse waqqaf l-Ordni tal-Predikaturi jew kif saru magħrufin “Id-Dumnikani”, fil-25 ta’ April 1215. L-għan prinċipali tal-Ordni kien li l-membri tiegħu jgħaqqdu l-għerf mal-qdusija u s-sempliċita’ tal-ħajja u jipprietkaw il-Vanġelu ħalli jikkumbattu l-ereżija tal-Albiġiżi. Il-Papa Onorju III approva l-Ordni f’Diċembru 1216.

F’qasir żmien id-Dumnikani xterdu fi Spanja, fi Franza, l-Ingilterra, l-Italja u f’pajjiżi oħra. Fl-1220 il-Papa Onorju III ħatar lil San Duminku bħala Superjur Ġenerali tal-Ordni. F’dik l-istess sena, San Duminku sejjaħ l-ewwel Kapitlu Ġenerali, f’Bologna.

Mewt

F’Bolonja marad u wara xi tliet ġimgħat miet, fis-6 ta’ Awissu, 1221. Il-Papa Girgor IX ipproklamah Qaddis fl-1234.




Ir-Rużarju

It-tradizzjoni Kattolika żżomm li San Duminku għamel ir-Rużarju devozzjoni popolari speċjalment biex jikkumbatti l-ereżija tal-Albiġiżi.

Id-Dumnikani f'Malta

L-ewwel Kunvent tad-Dumnikani f’ Malta twaqqaf madwar is-sena 1450, qrib għar fir-Rabat fejn, kif jingħad, il-Madonna kienet dehret lil wieħed kaċċatur; għalhekk il-Kunvent imsemmi beda jissejjaħ il-Kunvent tal-Madonna tal-Għar. Fl-1528 id-Dumnikani fetħu l-Kunvent tal-Lunżjata fil-Birgu; u fl-1569 fetħu l-Kunvent tal-Portu Salvu fil-Belt, Valletta, li kienet għadha kemm bdiet tinbena. Fl-1838 dawn it-tliet Kunventi nfirdu mill-Provincja ta’ Sqallija u twaqqfu bħala Provinċja ta’ San Piju V. Aktar tard imbagħad żdiedu żewġ Kunventi oħra: fl-1909 il-Kunvent tan-Nazzarenu f’Tas-Sliema; fl-1945 dak tal-Madonna ta’ Fatima fi Gwardamanġa; fl-1948 Flores College, il-Belt, għadda f’idejn id-Dumnikani li tawh l-isem ta’ St Albert the Great College.

Il-Kongregazzjoni Maltija tas-sorijiet Dumnikani twaqqfet f’ Għawdex fl-1889; u fl-1893 ingħaqdet mal-Ordni Dumnikan minn P. Fruhwirth, il-Mastru Ġenerali. Fl-1916 fetħet l-ewwel dar tagħha f’ Malta, il-Casa San Pietro, f’Ħal Lija; ma’ dawn imbagħad żdiedu tmint idjar oħra: St Joseph Home, Ħaż-Żabbar; Lourdes Home fl-Imġarr Għawdex; Apap Institute fil-Ħamrun; u St Catherine’s Home f’Ħ’Attard. Is-sorijiet Dumnikani Maltin għandhom ukoll djar fl-Ingilterra, fl-Italja, fl-Awstralja, fil-Pakistan u fis-Sri Lanka.

Nhar is-26 ta' Jannar 2007, il-patri Dumnikan Pawlu Cremona sar it-tielet Arċisqof ta' Malta.

Il-Parroċċa ta' San Duminku, il-Belt Valletta

Il-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt Valletta saret “il-parroċċa ewlenija u matriċi tal-Belt il-ġdida kollha kemm hi” mill-Papa San Piju V b’Bolla Apostolika Ex Debito Pastoralis tat-2 ta’ Lulju 1571. Fil-25 ta’ Mejju 1816, il-knisja tgħolliet għad-dinjità ta’ Bażilika Minuri. Il-knisja oriġinali, mibnija minn Ġlormu Cassar kellha tinħatt madwar mitejn sena wara, minħabba l-ħafna ħsarat li kienet ġarrbet bit-terremot tal-1693. Il-knisja ġdida ġiet konsagrata fil-15 ta’ Ottubru 1889.



 
 

mill-Facebook - Parroċċa Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar - 7 ta' Awwissu 2017
************



DOMINICAN PROVINCE OF THE ASSUMPTION
LITURGICAL ORDO
LITURGICAL CALENDAR for the ORDER OF PREACHERS
https://www.op.org.au/cal/




************


THE PROPER GOSPEL ON AUGUST 8
Mt 5:13-19 -- Your light must shine in the sight of men - Il-melħ ta' l-art u d-dawl tad-dinja
AUGUST 8 - GOSPEL ON THE FEAST OF SAINT DOMINIC, PRIEST AND FOUNDER OF THE DOMINICAN ORDER 

Evanġelju
Il-melħ ta' l-art u d-dawl tad-dinja
Mt 5,13-19 

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: [Mt:5:13] "Intom il-melħ ta' l-art. Imma jekk il-melħ jaqta', biex jerġa' jieħu t-togħma? Ma jibqa' tajjeb għal xejn iżjed ħlief biex jintrema barra u jintrifes min-nies. 
[Mt:5:14] Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba. [Mt:5:15] Anqas ma jixegħlu l-musbieħ u jqegħduh taħt il-siegħ, iżda fuq l-imnara, u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar. [Mt:5:16] Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet. 
[Mt:5:17] Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa' l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-perfezzjoni. [Mt:5:18] Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox. [Mt:5:19] Jekk mela xi ħadd iġib fix-xejn wieħed mill-iżgħar minn dawn il-kmandamenti u jgħallem lin-nies biex jagħmlu l-istess, dan jissejjaħ l-iżgħar fis-Saltna tas-Smewwiet. Imma min iħarishom u jgħallimhom, dan kbir jissejjaħ fis-Saltna tas-Smewwiet".

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu




************



Just two hours from the famous apparition site of Lourdes is the monastery of Notre Dame de Prouille. Here St. Dominic founded the Dominican order and Our Lady appeared to him to give him the prayer of the Rosary.

Saint Dominic Received the Rosary Here! // France: A Pilgrimage with Mary
 











.