blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 09/18/12

Tuesday, September 18, 2012

SEPTEMBER 18 - St Joseph of Cupertino - San Ġużepp ta' Kopertino - Mt 11:25-30 - Homily: Loftiness Via Lowliness



SEPTEMBER 18 - St Joseph of Cupertino - San Ġużepp ta' Kopertino

FEAST OF THE ORDER OF CONVENTUAL FRANCISCANS
 



 
 







 



Mt 11:25-30 --- The Father Revealed in the Son - Ejjew għandi, u jiena nserraħkom


EvanġeljuJiena ta’ qalb ħelwa u umli.
Mt
11:25-30Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

[Mt:11:25] F'dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: "Nfaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. [Mt:11:26] Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. [Mt:11:27] "Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu.

[Mt:11:28] "Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. [Mt:11:29] Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta' qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. [Mt:11:30] Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu.
 




Homily: Loftiness Via Lowliness  

 


St Joseph of Cupertino The Reluctant Saint









Difficli biex issib qaddis iehor li beda l-hajja tieghu b'tant dizabilitajiet daqs Guzeppi Desa, li twieled fis-17 ta' Gunju, 1603, fir-rahal ckejken ta' Copertino, bejn Brindisi u Otranto, fl-Italja.

Missieru, mastrudaxxa fqir, kellu tant dejn li kellu jbigh id-dar fejn kienet tghix il-familja biex jifdi d-dejn. Difatti Guzeppi twieled go kamra mwarrba fuq il-parti ta' wara tad-dar fejn ommu kienet qieghda tinheba bil-misthija tal-faqar li waqa' fuqhom. Wara ftit miet missieru. It-tifel ghex hajja mizera, nieqes mis-sustanzi u marradi tant li kien ilaqqat kull marda li tkun ghaddejja u kien fil-pont tal-mewt hafna drabi.

FI-iskola kien dejjem l-ahhar tal-klassi u lanqas biss ma kellu l-hila jfisser dak li xtaq jghid. Kien dejjem qisu sturdut u skantat, dejjern halqu miftuh qisu iblah, tant li qalghuhielu "Boccaperta" (=Halq miftuh). Kien sahansitra jinsa jmur jiekol u wara jiskuza ruhu ghax nesa! Kien tant jinhasad mix-xejn li anke jekk b'kumbinazzjoni ddoqq qanpiena ta' knisja huwa u sejjer l-iskola, kienu jaqghulu l-kotba minn idejh. Darba pprova jidhol ma' skarpan biex jitghallem is-sengha imma la rnexxielu jaghmel zarbun u lanqas almenu jsewwi xi wiehed. Tant ma kien tajjeb ghal xejn li anqas ommu stess ma riditu maghha; ghaliha kien toqol u xkiel.

Kien hemm zewg hwejjeg favur tieghu: dik li almenu kien jaccetta lilu nnifsu kif kien bin-nuqqasijiet tieghu kollha, tant li hu stess kien isejjah lilu nnifsu "il-hmar", u l-ohra dik li mhux biss kien ihobb jitlob hafna izda kien ukoll devot, verament mill-qalb, ta' Ommna Marija. L-icken haga li kien jilmah kienet bizzejjed biex tfakkru fil-kobor u fl-imhabba t'Alla ghalina. Kull hlejqa kienet bizzejjed biex jiccassa fuqha u titfghu f'estasi ta' mhabba lejn il-Hallieq!

Bil-mod il-mod din l-imhabba profonda mmanifestat ruhha mhux biss f'sensiela ta' mumenti ta' estasi imma anke ta' mirakli ta' fejqan u ta' grajjiet sopranaturali li ma nsibuhom imsemmija fil-hajja ta' ebda qaddis iehor.

Isib ruhu fit-triq imcercer

Darba, meta Guzeppi kellu 17-il sena, gie patri jitlob il-karità fir-rahal tieghu. Kif rah, Guzeppi hass illi hu wkoll seta' jaghmel dak ix-xoghol, jidhol patri u jaqla' l-hobza ta' kuljum b'dak il-mod. Beda jhabbat il-bibien ta' monasteru wara l-iehor sakemm fl-ahhar gie accettat bhala lajk minn komunità ta' Kapuccini. Imma kien kollu ghal xejn; ma seta' jdahhal xejn f'mohhu. Barra minn hekk, il-patrijiet ma felhux ghal dawk il-mumenti ta' aljenazzjoni li ta' spiss kien jaqa' fihom. Filli kien ikun qed jahdem u filli kien jieqaf cass u skantat, jekk mhux ukoll jaqa' gharkobbtejh ikun fejn ikun. Il-platti jaqghulu minn idejh u jitfarrku ma' l-art. Biex forsi jgeghluh joqghod iktar attent sahansitra rabtulu bicciet tac-caqquf li kisser ma' hwejgu biex izommuh attent. Imma kollox ghal xejn. Fl-ahhar wara tmien xhur, ma felhux izjed u kellhom ikeccuh. Darba qal li l-iktar gurnata iebsa ta' hajtu kienet dik meta kellu jnehhi c-coqqa minn fuqu; hassu qishom qeghdin iqaxxrulu l-gilda minn fuqu!

Guzeppi sab ruhu fit-triq imcercer, bi hwejgu mqattghin u ma jafx x'se jaghmel. Qabad it-triq ghal ghand zijuh, li kien negozjant u jaghmilha tajjeb. - Imma kif wasal ghandu, qala' tghajjira kif imiss u rega' sab ruhu fit-triq minghajr centezmu fil-but. Telaq lejn Copertino, ir-rahal tieghu, mar lejn id-dwejra t'ommu, fetah il-bieb u dahal, ra lil ommu u waqa' fl-art quddiemha sturdut u miflug ghall-ahhar tant li ma felahx ilissen kelma. Seta' biss ihares lejn ommu b'ghajnejh mimlijin dmugh jitlobha hniena. Imma anqas ommu ma hennet ghalih.

"Keccewk mill-kunvent" qaltlu ommu "waqqajtilna wiccna l-art. Itlaq minn hawn ma tiswa ghal xejn. Mur il-habs, jekk trid, jew mur fuq il-bahar. Jekk tibqa' hawn tmut bil-guh." Imbaghad ommu marret ghand huha, li kien Frangiskan Konventwali fi Grotella u lmentat kif il-Kapuccini keccew lil binha b'dak il-mod u talbithom ituh xi xoghol iehor, ikun xi jkun, basta jzommuh. Il-Frangiskani accettawh bhala terzjarju u tawh ix-xoghol li jiehu hsieb il-baghal li kellhom fl-istalla. Guzeppi tghidx kemm ferah! Ghalkemm ma setax jilbes ic-coqqa ta' Frangiskan, almenu seta' jkun is-seftur taghhom!

Ilqghuh fl-Ordni
L-umiltà, il-pacenzja, il-qdusija u l-ubbidjenza ta' Guzeppi, seftur mal-Frangiskani Konventwali, malajr gibdu l- ammirazzjoni tal-patrijiet. Qatt ma kien igerger u kien jaccetta kull ma jaghtuh bil-ferh, hwejjeg u ikel; ikun x'ikun. Sahansitra ma kienx jiddejjaq jorqod fuq tavla li kien hemm fl-istalla tal-baghal li kien jiehu hsieb tieghu. Mhux hekk biss imma anke offra li jmur jittallab ghall-bzonnijiet tal-patrijiet, kif kienet id-drawwa ta' dak iz-zmien. Kien dejjem ferhan u jilqa' lil kulhadd bi tbissima. Tant ammirawh li ddecidew li jaccettawh fl-Ordni taghhom u jhalluh ukoll jipprepara ruhu biex jircievi l-Ordni Sagri. Dan kien fis-sena 1625, meta kellu madwar 22 sena.

L-istudju kien haga iebsa hafna ghal Guzeppi; bilkemm irnexxielu jitghallem jaqra u jikteb u qatt ma kellu l-hila jfisser fi kliemu xi passagg mill-Iskrittura hlief, ohrog il-ghageb, wiehed biss! Dan kien Luqa 11:27: "Hieni l-guf li giebek (fid-dinja)..." Meta kien jaqbad jitkellem fuq dak il-vers ma kienx ikun jista' jiegaf ghax taut kien jintilef fl-imhabba li kellu lejn Marija, Omm Alla. Haga li ma titwemminx, imma meta kellu jersaq quddiem l-Isqof biex jezaminah qabel ma seta' jircievi d-Djakonat, l-Isqof talbu spjegazzjoni preciza ta' dik is-silta li tant kien ihobb! Naturalment Guzeppi ma setax imur ahjar.

Kien baqa' ghadma ohra ghax is-sena ta' wara kellu jaghmel l-ezami qabel jircievi s-Sacerdozju. Imma x'gara? L-Isqof tant kien impressjonat bir-risposti tajbin li tawh l-ewwel grupp ta' kandidati li ddecieda li jaccetta anke lil dawk li kien ghad baqa' minghajr ma jezaminahom; u Guzeppi kien wiehed minnhom. Tassew li riditu l-Madonna! Guzeppi issa kellu 25 sena meta beda jqaddes. Imma baqa' umli bhal qabel. Kien imur jahsel il-platti fil-kcina, jahsel l-art, igorr il-bricks u t-tajn u jaghmel ix-xoghol kollu li l-ohrajn ma kinux iridu jaghmlu.

Issa, pero, bdew jidhru fih fenomeni ta' l-ghageb li forsi ma dehru f'ebda qaddis iehor. Waqt il-hin tat-talb, kien ta' spiss jintilef (estasi ta' mhabba ghall-Mulej u jdum hekk ghal sighat shah. Hutu l-patrijiet gieli kienu jniggzuh u anke jmissuh bil-gmamar biex forsi jqajmuh mill-estasi. Kollu ghalxejn. Kien jigi f'siktu biss meta kien jordnalu ssuperjur tieghu u dak il-hin ta' estasi divina ta' l-imhabba t'Alla hu stess kien isejjahlu "sturdament!" Bl-intercessjoni tieghu saru ghadd kbir ta' mirakli; kien imiss lghajnejn ta' nies ghomja u jigu jaraw, jerfa' tarbija mifluga f'dirghajh u din tfiq fil-pront; kien jikteb il-barkiet ta' San Frangisk fuq karta u hafna minn dawk li kienet tigi f`idejhom, mar-rahal kollu, kienu jfiqu. Kien jaqra l-qlub. Bilkemm kien jaf jaqra u jikteb u b'danakollu kellu gherf divin tant li kien isolvi problemi dottrinali l-izjed difficli. In-nies kienu jmorru bi hgarhom biex iqerru ghandu, u meta kien imur jittallab ta' spiss kienu jaqtghulu xi bicca mic-coqqa biex izommuha b'devozzjoni.

l-Qaddis li jtir

San Guzepp ta' Copertino hu maghruf bhala "l-Qaddis li jtir" minhabba d-don li kellu li jinqata' mill-art. Ta' spiss, waqt il-quddies kien jinqata' u joghla. Anke xi drabi, meta kien jiccassa fejn xi pittura tal-Madonna fis-saqaf tal-knisja u jidhol f'meditazzjoni profonda, kien mhux biss jinqata' mill-art imma joghla sa hdejn il-pittura fis-saqaf! Anke waqt l-ikel, gieli kien jidhol f'estasi u joghla 'l fuq bil-platt f'idejh. Meta kien ikun fil-kampanja, mhux l-ewwel darba li kien itir ghal f'xi sigra u joqghod hemm mitluf fil-meditazzjoni. Dawn il-fenomeni kienu jarawhom mijiet ta' nies u xi whud minnhom huma rrekordjati ufficjalment.

Darba wahda - u dan il-fatt hu wiehed - minn dawk maghrufin ufficjalment - xi haddiema kienu qeghdin isibu diffikultà biex iwahhlu salib kbir, twil 36 pied, fil-hofra tieghu, bejn zewg slaleb ohra. Guzeppi rahom, inqata' mill-art u ghola 'l fuq, qabad is-salib, gisu xi tibna, u nizlu fil-hofra tieghu. Minhabba dawn il-fenomeni straordinarji, matul il-35 sena tas-sacerdozju tieghu, Guzeppi kien sospiz ghal hafna zmien milli jqaddes fil-knisja; seta' biss iqaddes f'kappella privata, ma setax jiekol fir-refettorju, ma setax jirrecta l-Ufficcju Divin mal-Komunità u lanqas ma seta' jiehu parti f'xi processjoni.

Kien hemm sahansitra min beda jissuspetta hazin fih u li kien qed jaghmel dak kollu biex jitkessah, li ried jaqla' l-inkwiet, u akkuzawh quddiem il-Vigarju Generali. Minhabba f'hekk Guzeppi kellu jidher quddiem l-Inkwizituri ta' Napli, imma dawn ma sabu ebda htija fih. Baghtuh quddiem il-Ministru Generali ta' l-Ordni f'Ruma. Dan baqa' impressjonat bl-umiltà ta' Guzeppi. Fl-ahhar kellu jidher quddiem il-Papa Urbanu VIII. Kif sab ruhu quddiem il-Papa, Guzeppi waqa' f'estasi u nqata' mill-art b'ghageb ta' kulhadd,

Mewtu

Fis-sena 1653, l-Inkwizituri ta' Perugia gew ordnati li jibaghtu lil Guieppi lura lill-Kapuccini u li jinzamm f'xi kunvent `il boghod, maqtugh min-nies. Meta n-nies saru jafu fejn kien u bdew imorru jfittxuh hemm, lil Guzeppi haduh f' kunvent iehor, imbaghad f'iehor u iehor. Dan baga' sejjer hekk ghal erba' snin shah. Fis-sena 1657 baghtuh lura lill-Ordni tal-Konventwali, fil-Kunvent ta' Osimo, fejn qeghduh f'cella zghira b'kappella privata maghha. L-unici nies li setghu jarawh kienu dawk biss maghzula minn fost il-kleru. Issa kien waqa' tista tghid f'estasi kontinwa. Issa li gie maqtugh minn man-nies, Guzeppi hassu mahbub minn Alla aktar minn qatt qabel!

Guzeppi kellu l-ordni li qatt ma jitlaq minn Osimo. FI-10 ta' Awissu, 1663, f'daqqa wahda qabdu attakk ta' deni li ma riedx ihallih. Guzeppi xorta baqa' jqaddes sa ma waslet il-festa ta' l-Assunzjoni. Minn dak inhar ma felahx izjed u kellu jibqa' fis-sodda. Imma qatt ma tilef tqarbina. FI-ahhar, meta wasal fi stat hazin hafna, ircieva lGriima tal-Morda u fit-18 ta' Settembru, 1663, halla dal-wied tad-dmugh waqt li bi tbissima fuq wiccu tenna l-kliem ta' San Pawl: "Ix-xewqa tieghi hi li mmur u ninghaqad ma' Kristu." (Fil 1:23). Il-Papa Klement XIII ikkanonizzah fis-sena 1767.

Fi zmien San Guzepp hadd ma kien isemmi titjir bl-ajru; kien ghadu kmieni wisq, imma meta vvintaw l-ajruplani, fis-seklu ghoxrin, San Guzepp ta' Copertino gie maghzul bhala l-Patrun ta' l-ivvjaggar bl-ajru u tal-Piloti. Illum ukoll huma hafna dawk l-istudenti li jitolbu lil San Guzepp ta' Copertino biex jintercedi ghalihom halli jghaddu mill-ezamijiet.
 
https://www.facebook.com/ParroccaMarijaAddolorataSanPawlIlBahar


18 ta' Settembru
Festa ta' San Ġużepp ta' Copertino
Franġiskan Konventwal.

Storja 


Giuseppe minn Copertino, jew Giuseppe Maria Desa twieled Copertino, Italja, fis- 17 ta' Ġunju 1603.
Bin Felice Desa, ħajjat u bniedem ta' qalb tajba u ma kienx sabha bi tqila li jħallas id-djun ta' x'uhud mill-hbieb tieghu; imma l-istess generozità tieghu kienet il-htija li hu nnifsu kellu jiddejjen biex izomm il-familja fqira tieghu, u kellu sahansitra jahrab minn daru biex ma jaqax taht il-pieni tal-ligi. Fi zmien meta martu Franceschina, imwielda Panaca, kienet se twelled lil Giuseppe, il-pulizija kienet qed tigri warajhom. Ghal­hekk hi kellha tinheba fi stalla fil-qrib sabiex ma tinstabx. Kienet tilfet erbgha minn uliedha f'eta ckejkna hafna.
Fi zmien meta ulied il-ghonja biss kienu jistudjaw, ommu baghtitu jitghallem. Guzeppi, fi tfulitu, kellu natural difficli u, billi kien malajr jirrabja, hu ma tantx kellu hbieb.
Guzeppi kien ghadu ta' seba' snin meta meta kellu jaqta' mill-iskola. Tumur f'dahru, li deher li kien il-bidu ta' kankru, tefghu f'qiegh ta' sodda ghal hames snin shah. Ir-rimedji tat-tobba ma swew ghalxejn. Imma, imbaghad, ommu fis-sena 1615 haditu fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f'Galatone, u dilkitlu dahru biz-zejt li kien jixghel quddiem il-Madonna. Hu dlonk hassu ghaddej ghall-ahjar, u, tul hajtu kollha, baqa' dejjem konvint li dak in-nhar il-Madonna gham­let miraklu mieghu.
Guzeppi ta' tnax-il sena beda jaqla' xi haga billi jbigh il-haxix; imbaghad hu beda jghin 'il wiehed mastrudaxxa. Imma hu donnu ma kien jinqala' ghal xejn. Guzeppi beda jhass ukoll li Alla kien qieghed sejjahlu ghall-hajja religjuza. L-ewwel gibda tieghu kienet lejn l-Ordni tal-Frangiskani Konventwali, kellu xi qraba; imma l-Frangiskani ma rawhx adattat. Guzeppi qatt ma habbat hlief bibien ta' Ordnijiet Frangiskani ohrajn. Hu xxennaq ghall-hajja religjuza fost il-Frangiskani Riformati; imma dawn baqghu jtawlulu.

Fis-sena 1620, il­-Kapuccini laqghuh bhala Fratell, u bdewlu n-novizzjat f'Martina­franca bl-isem ta' Fra Stiefnu. Imma, ghalkemm twajjeb, ma sata' jaqbad f'xejn: la biex jaghmel xi haga fl-għalqa, u lanqas biex jgħin fil-kcina. Kollox deher kontra tieghu gha­liex, fi zmien in-novizzjat, kellu tumur f'irkopptu, u hu nnifsu ghamel l-izball li pprova jnehhih minghajr ghajnuna ta' ta­bib. Ghalhekk, wara tmien xhur novizzjat, il-Kapuccini bagh­tuh lura lejn daru bhala wiehed li ma kienx kapaci ghall-hajja tal-kunvent. Guzeppi kien għad għandu 18 il sena. Imma kien digà bata hafna; b'mod specjali, in-nuqqas ta' hila tieghu ghaddieh minn hafna umiljazzjonijiet.
Fis-sena 1621, il-Frangiskani Konventwali raw ir-rieda tajba ta' dak iz-zaghzugh, u accettawh bhala Fratell fil-kunven­t ta' Santa Maria della Grottella, qrib Copertino. Xi pass 'il quddiem kien sar ghax Guzeppi ghamel hiltu kollha biex, flimkien mar-rebh fuqu nnifsu biex jghix dejjem ahjar, hu qaghad attent halli bl-akbar ezattezza jiddedika ruhu wkoll għat-tindif tal-kunvent. Imma l-Patrijiet intebhu li Guzeppi, matul il-lejl, fil-hinijiet ta' l-akbar hemda, meta kulhadd kien jistrieh, kien qed jghaddi sighat fl-istudju.

Diffikultajiet fl-Istudju
Wiehed miz-zijiet tieghu li kien Patri Frangiskan, ghalkemm fi zminijiet ohrajn ma ried jaghmel xejn ghalih ghax iz-zaghzugh ma kienx qed jispiralu fiducja, ghenu biex mill-istat ta' Fratell, ghaddi ghal dak ta' kjerku, u jibda jithejja biex isir sacerdot. Dan gara fis-sena 1625. F'dik is-sena hu beda n-novizzjat tieghu.
Xejn ma kienet haga haffa ghaz-zaghzugh meta hu kellu jistudja l-Latin. Kien sforz kbir fuqu nnifsu biex lilu sehhlu jistudja bl-amment it-tnax-il kapitlu tar-Regola Frangiskana. Imma, fis-sena 1626, huwa radd hajr minn qalbu lil Alla talli s-Superjuri tieghu accettawh ghall-professjoni relig­juza fi hdan il-Frangiskani Konventwali. Ghalkemm b'passi tqal, Guzeppi baqa' miexi 'l quddiem. Kien b'ferh kbir ghalih meta beda tiela' t-tarag tal-artal.
Wara ezami li swieh tant qtigh il-qalb, fis-6 ta' Jannar, 1627, Guzeppi rcieva l-ordni sagru tad-djakonat, u ma kienx fadallu hlief l-ahhar pass biex isir sacerdot. F’dak iz-zmien, hu kien fil-belt ckejkna ta' Nardò fejn kien qed jaghmel l-ahhar thejjijiet ghas-sacerdozju. Qatt f'hajtu ma kellu tant biza' mill-ezami. Imma, min-naha l-ohra, qatt ma helisha b'tant heffa. Hu baqa' jipprepara sal-ahhar, u shabu bdew dehlin qablu. Imma l-Isqof baqa' mista­ghgeb kemm kienu ippreparati tajjeb dawk iz-zghazagh fran­giskani; ghalhekk, hu ggudika li ma kienx hemm ghalfejn jib­qa' jezamina lill-ftit li kien fadal. Ghalhekk, Guzeppi helisha, u gie ordnat sacerdot minghajr ma resaq ghall-ezami. Dan kien fit-18 ta' Marzu, 1628.
San Guzepp ta' Copertino temm perjodu difficli hafna fil-­hajja tieghu meta, bil-ghajnuna li tah Alla, hu gie ordnat sa­cerdot. Minbarra mill-preparazzjoni bl-istudju, Guzeppi thejja ghall-ezamijiet bis-sawm u bit-talb. Barra minn hekk, il-biza' kien il-htija li hu ghadda ljieli shah li matulhom ma satax jor­qod. Ghal din ir-raguni, kull min jistudja jara f'San Guzepp ta' Copertino l-qaddis li jharsu mis-sema. L-istudenti tad-dinja kollha jirrikorru lejh sabiex jghinhom b'mod specjali fiz-zmien difficli tal-ezamijiet.

Quddiem l-Inkwiżizzjoni
F'Ottubru, 1638, Guzeppi rcieva l-ordni biex jidher quddiem l-Inkwizitur ta' Napli wara rapporti li kien qed jinqata' mill-art waqt it-talb. Guzeppi vvjagga minn Copertino ghal Napli, u mar fil-kunvent tal-Frangiskani Konventwali ta' San Lorenzo Maggiore. Il-Patrijiet ma hadux gost jilqghu fost­hom 'il wiehed li gie akkuzat quddiem l-Inkizizzjoni. Quddiem l-Inkizitur, b'diffikulta kbira, Guzeppi rrakkonta l-ghegubijiet li Alla kien qed jaghmel mieghu. Ghall-ewwel, hu ma impress­jona 'l hadd. Lilu ordnawlu jaqra bicca mill-Ufficcju Divin biex jaraw kellux xi kwalita tajba biex ikun sacerdot.
Jumejn wara, dawk l-imhallfin ordnawlu jqaddes, u huma attendew ghall-Quddiesa tieghu. Waqt il-Quddiesa, hu tala' estasi. Hu­ma riedu jkunu jafu minghandu x'kien jigri fost il-poplu meta kien jiġrilu hekk. Imma hu ma kienx jaf x'jaqbad iwegibhom. Kien ahjar li jistaqsu lin-nies. L-Inkwizizzjoni ta' Napli ma sabitx fiex tikkundannah; imma hu ma giex iddikjarat innocenti. Il-process kellu jkompli qudd­iem il-Papa nnifsu, u ma ntemmx b'dikjarazzjoni ta' inno­cenza hlief wara disa' xhur.
Imma Guzeppi ntbaghat quddiem il-Miinistru General ta' l-ordni li kien P. Gwannbattista Berar­dicelli. Bhala Patri li habat difru mat-Tribunal ta' l-Inkwiziz­zjoni, Guzeppi ma satax jintlaqa' tajjeb mill-General tal-Ord­ni. Anki jekk kien innocenti, kien hemm bzonn li jghix maq­tugh min-nies u mbieghed minn artu. Hu rcieva l-ordni li jmur fil-komunita tas-Sacro Convento ta' Assisi.
Guzeppi wasal Assisi fit-30 ta' April, 1639, u baqa' jghix hemm ghat-tul ta' erbatax-il sena. Hu kellu jghix maqtugh min-nies; imma l-qdusija tieghu kienet tinhass hafna. Persunaggi maghrufin bdew ifittxuh; imma dawn ma setghux jit­kellmu mieghu hlief wara li kien jinqala' l-permess. Fost l-ohrajn, il-princep Luteran Gwanni Federiku ta' Brunswick tqanqal minn kliemu u kkonverta ghar-religjon Kattolika. Ghalkemm ta' ftit skola, il-pariri tieghu kienu juru gherf kbir.
Il-Papa Innocenzu X, fis-sena 1653, osserva li Guzeppi ma kienx qed jghix maqtugh min-nies. L-ordni kien li hu jghix mifrud sahansitra minn shabu l-Patrijiet stess. Kienu ghaddew 14-i1 sena; imma dak l-ordni kien ghadu jghodd fil­-qawwa tieghu. Ghalhekk, il-kaz ta' Guzeppi raga' tressaq ghal darb'ohra quddiem l-Inkwizizzjoni.
Il-kastig li Guzeppi rcieva kien wiehed ahrax, u li ma kienx soltu jinghata. Hu rcieva l-ordni li jitlaq minn fost hutu, il-Frangiskani Kon­ventwali, u jmur jghix ghal zmien indeterminat gewwa Pie­trarubbia, f'kunvent tal-Kapuccini li kien qieghed f'quccata ta' gholja; minn hemm, hu rega' ttiehed fil-kunvent kapuc­cin ta' Fossombrone. Guzeppi kien fl-istat ta' wiehed habsi; imma l-Kapuccini taffewlu hafna minn dik it-tbatija gha­liex huma ntebhu li l-prigunier li kellhom kien persunagg straordinarju.
F'dak iz-zmien, Guzeppi kien jilbes ta' Kapuccin. Il-Ka­puccini, li kienu saru qishom hutu, kienu jmorru ta' sikwit fil-kamra tieghu biex jisimghuh jitkellem, u jiehdu pariri ­minghandu.
Bil-mod il-mod, kulhadd sar konvint mill-qdusija ta' Guzeppi. Din issaffiet bi provi mill-izjed kbar. Il-Frangiskani Konventwali ta' Assisi kienu hallewlu c-cella tieghu kif kienet biex hu jkun jista' jerga' jirritorna fiha. Id-decizjoni fil­kaz tieghu riedet tigi mill-Papa. Imma Papa Alessandru VII wiegeb lill-Frangiskani Konventwali b'dawn il-kelmiet: "Ahna ma rriduhx f'dak is-Santwarju. Hemm, intom diga ghand­kom 'il San Frangisk. Ma rridux li jkun hemm San Frangisk iehor".

Osimo
Sadanittant, fl-10 ta' Lulju, 1657, Guzeppi rcieva l-ordni li jhalli l-kunvent tal-Kapuccini u jirritorna fost hutu l-Frangiskani Konventwali tal-kunvent ta' Osimo fil-Marche. Guzeppi laqa' dak l-ordni bil-ferh. Huwa u diehel f'dak il-kunvent b'farag fil-galb tieghu, Guzeppi stqarr: "Dan hu l-post tal-mistrieh tieghi". Il-belt ta' Osimo ferrhet il-qalb ta' Guzeppi ta' Copertino­. Hu kien mimli bl-imhabba lejn il-Madonna. Dak il-kun­vent ma hux imbieghed wisq mill-belt ckejkna ta' Loreto fejn hemm Santwarju tad-dar tal-Madonna.
Fis-sena 1663, meta hu ghalaq 60 sena, is-sahha ta' Guzeppi baqghet sejra dejjem lura.Fis-17 ta' Settembru, nhar il-festa tal-Pjagi ta' Missieru San Frangisk, Guzeppi bilkemm sata' jibla' l-ostja li s-sacerudot qarbnu biha. Hu offra dik l-ahhar tqarbina tieghu ghall-bzonnijiet tat-Papa u tal-knisja.
Nhar it-18 ta' Settembru, 1663, Guzeppi talab fis-skiet waqt li qaghad jistenna bil-kalma lill-mewt li, bhal San Fran­gisk, sejhilha "Ohti". Ftit qabel nofs il-lejl, miet.
Fis-16 ta' Lulju, 1767, il-Papa Klement XIII ghollieh ghall­-gieh ta' Qaddis.
Minn dak iz-zmien 'il hawn, il-fdal tieghu baqa' dejjem meqjum fil-belt ta' Osimo fejn il-Frangiskani Konventwali ddedikaw ghalih Santwarju li gie moghti t-titlu ta’ bazilka. Ghalkemm ma ghex f'din il-belt ckejkna hlief fl-ahhar snin ta' hajtu, illum, l-akbar qima li tinghatalu hi minn dan il-post ckejken qrib il-belt ta’ Ancona. Imma ismu baqa' marbut mal-post fejn hu twieled ghaliex minn dejjen: baqa' maghruf bhala “San Guzepp ta' Copertino".





At Our Lady of Sorrows, St Paul's Bay Parish Church, Malta








.