MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Thursday, January 02, 2014
JANUARY - the month dedicated to THE MOST HOLY NAME OF JESUS - O.M. / Feast on January 3rd --- JANNAR - ix-xahar iddedikat LILL-ISEM QADDIS TA' ĠESÙ - T.O. - Festa fit-3 ta' Jannar
THE GOSPEL on January 3rd
Jn 1:29-34 -- 'Look: there is the Lamb of God' --- Araw il-Ħaruf ta’ Alla.
https://www.youtube.com/watch?v=q6p9cL1nnK8
- Also on JANUARY 3 - FEAST OF THE HOLY NAME OF JESUS --- Gospel Lk 2,16-21 --- https://youtu.be/SNhZ2_Q2Q3E ---
- IN YEAR A - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 2 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Araw il-Ħaruf ta’ Alla.
Ġw 1, 29-34
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak iż-żmien, [Ġw:1:29] Ġwanni ra lil Ġesù riesaq lejh, u qal: "Araw il-Ħaruf ta' Alla, li jneħħi d-dnub tad-dinja. [Ġw:1:30] Dan hu li għalih għedtilkom, 'Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli.' [Ġw:1:31] Anqas jien stess ma kont nafu; imma jien għalhekk ġejt ngħammed bl-ilma, biex hu jkun mgħarraf lil Iżrael." [Ġw:1:32] U Ġwanni xehed għalih u qal: "Jiena rajt l-Ispirtu nieżel mis-sema bħal ħamiema u joqgħod fuqu. [Ġw:1:33] Tabilħaqq, anqas jien ma kont nafu; imma dak li bagħatni ngħammed bl-ilma, hu stess qalli, 'Fuq min tara l-Ispirtu jinżel u joqgħod, dak hu li jgħammed bl-Ispirtu s-Santu.' [Ġw:1:34] Dan rajtu b'għajnejja, u għalhekk xhedt, 'Dan hu l-Iben ta' Alla.' "
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

What does the name “Jesus” mean?
A brief history behind the name that forever changed the world.
https://aleteia.org/2018/01/03/what-does-the-name-jesus-mean/GOSPEL:
Lk 2:16-21 -- The shepherds found Mary and Joseph, with the baby lying in a manger - Sabu lil Marija
https://www.youtube.com/watch?v=SNhZ2_Q2Q3E
Sabu lil Marija u lil Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura.
Lq 2, 16-21
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F’dak iż-żmien, ir-rgħajja [Lq:2:16] marru jgħaġġlu, u sabu lil Marija u 'l Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f'maxtura. [Lq:2:17] Kif raw dan, bdew jgħarrfu b'kull ma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija, [Lq:2:18] u kull min semagħhom baqa' mistagħġeb b'dak li qalulhom ir-rgħajja. [Lq:2:19] Marija, min-naħa tagħha, baqgħet tgħożż f'qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha. [Lq:2:20] Ir-rgħajja mbagħad reġgħu lura, isebbħu u jfaħħru lil Alla għal kull ma kienu raw u semgħu, kif l-anġlu kien qalilhom.
[Lq:2:21] Meta wasal it-tmien jum biex lit-tifel jagħmlulu ċ-ċirkonċiżjoni, semmewh Ġesù, bl-isem li kien tah l-anġlu qabel ma tnissel fil-ġuf.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
==========================================
Marija jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù.
Mt 1, 18-25
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
[Mt:1:18] It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu. [Mt:1:19] Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies.
[Mt:1:20] Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu: "Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu. [Mt:1:21] Hi se jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom".
[Mt:1:22] Dan kollu ġara biex iseħħ dak
li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal: [Mt:1:23] "Ara,
ix-xebba tnissel u jkollha iben, u jsemmuh Għimmanu-El", li bi lsienna
jfisser "Alla magħna". [Mt:1:24] Ġużeppi, meta qam, għamel kif
ordnalu l-anġlu tal-Mulej, u ħa lil martu għandu. [Mt:1:25] Imma baqa’ ma
għarafhiex sa ma kellha iben, u semmieh Ġesù.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek KristuJESUS - SAVIOUR
IESUS HOMINUM SALVATOR
The Holy Name of Jesus - Jan 03 - Homily - Fr Jacinto
https://www.youtube.com/watch?v=bN7HN5c-VBo
The Divinity in its total humility,
even still, in the Blessed Eucharist, hidden in a piece of bread...to be eaten, melted, mixed in our veins... and mind! Jesus, Jesus, Jesus, Blessed be Your Name !
Id-Divinitá li ċċekknet tant,
u tibqa’ tiċċekken fl-Ewkaristija Mqaddsa, moħbija f'biċċa ħobż, biex tittiekel, iddub u titħallat fil-vini... u f'moħħna! Ġesù, Ġesù, Ġesù, ikun imbierek IsmeK !

il-Mulej Ġesù Kristu,
iddiet għad-dinja kollha.
Hu ħa fuqu d-dnubiet
tal-bnedmin kollha,
jidfinhom fix-xmara Ġordan,
jiddi bid-dawl tad-divinità u jagħti lill-ġnus
id-dawl tal-għarfien veru. Imbierek Int, Alla
tagħna li wrejt ruħek, sebħ lilek.
(Mil-Liturġija Biżantina, Orthros tat-3 ta' Jannar)

