blank'/> SHARING CATHOLIC TRUTH: NOVENA + Chaplet of Divine Mercy - IL-KURUNELLA TAL-HNIENA DIVINA minn fuq RADJU MARIJA MALTA ------- ĠESÙ, JIENA NAFDA' FIK --- JEZU, UFAM TOBIE --- JESUS, I TRUST IN YOU ------- One Body, One Face

Monday, November 07, 2011

NOVENA + Chaplet of Divine Mercy - IL-KURUNELLA TAL-HNIENA DIVINA minn fuq RADJU MARIJA MALTA ------- ĠESÙ, JIENA NAFDA' FIK --- JEZU, UFAM TOBIE --- JESUS, I TRUST IN YOU ------- One Body, One Face

 

 Novena u l-Kurunella tal-Hniena Divina 
 

 








 

 
 
&...Chaplet of Divine Mercy - IN ENGLISH
 
 
 
 
><>   ><>   ><>
 
 
 
 
Chapelet de la Misericorde avec Sr Emmanuel 

 
 

 
 
 
Isaiah 53:3-5
 
3 he was despised, the lowest of men, a man of sorrows, familiar with suffering, one from whom, as it were, we averted our gaze, despised, for whom we had no regard.
 
4 Yet ours were the sufferings he was bearing, ours the sorrows he was carrying, while we thought of him as someone being punished and struck with affliction by God;


5 whereas he was being wounded for our rebellions, crushed because of our guilt; the punishment reconciling us fell on him, and we have been healed by his bruises.
 
 
 
 
 
[Is:53:3] Kien imżeblaħ u mwarrab mill-bnedmin,
bniedem li bata u kien jaf x'inhu l-mard,
bħal wieħed li n-nies jaħbu wiċċhom minnu,
bniedem imżeblaħ, u aħna xejn ma qisnieh.

 
[Is:53:4] Iżda hu rafa' fuqu l-mard tagħna,
tgħabba bin-niket tagħna.
Aħna ħsibnieh bħal wieħed ikkastigat,
mitluq minn Alla u miġjub fix-xejn.
 

[Is:53:5] Iżda hu kien miġruħ minħabba fi dnubietna,
misħuq minħabba fi ħżunitna.
Għas-saħħa tagħna waqa'  l-kastig fuqu,
u bis-swat tiegħu sibna  l-fejqan tagħna.



><>       ><>       ><>



KURUNELLA TAL-HNIENA DIVINA kantata minn Fr Hayden Willams OFM Cap


 
 
 

ĠESÙ, JIENA NAFDA' FIK --- JEZU, UFAM TOBIE --- JESUS, I TRUST IN YOU 
  
 La ténèbre n'est point ténèbre devant Toi: La nuit comme le jour est lumière.) - TAIZÉ
 
The darkness is no darkness before Thee: The night is light as during the day
 
 
 
><>            ><>            ><>
 
 
 
THE MESSAGE OF DIVINE MERCY
 
 
 
MY MEMORIES OF THE LATE SISTER FAUSTINA
 
 
 
Helena Kowalska (1905-1938)
 
 
 
><>            ><>            ><>
 
 
 
One Body, One Face

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
IL-KURUNELLA TAL-HNIENA DIVINA minn fuq RADJU MARIJA MALTA 





Il-Kurunella tal-Ħniena Divina



+  Fl-isem tal-Missier, u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu.   Ammen

 

Fit-3pm tinghad it-talba tas-Siegħa tal-Ħniena Divina:
 

Meta Inti mitt, Ġesu, minnek tnisslet il-ħajja għall-umanita’, u nfetaħ baħar ta’ ħniena għad-dinja kollha. O għajn tal-ħajja, Ħniena Divina bla’ qjies, imla’ d-dinja kollha u ferragħ lilek innifsek fuqna……

(semmi l-grazzji li tixtieq u itlobhom għall-merti tal-passjoni tal-Mulej Ġesù).
O Demm u Ilma, li ħrigtu mill-Qalb ta’ Ġesù bħala għajn ta’ ħniena għalina,  jiena nafda’ fiK.  Ammen
 

- - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - -


(tgħid darba)  l-Missierna, Ħobżna, s-Sliema u l-Qaddisa


l-Kredu ta’ l-Appostli   

Jiena nemmen f’Alla, l-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u l-art; u f’Ġesù Kristu, Ibnu wieħed Sidna, li kien konċeput mil-Ispirtu s-Santu, twieled minn Marija Verġni; bata taħt il-ħaqq ta’ Ponzju Pilatu, sallbuh, miet u difnuh; niżel bejn l-imwiet, mat-tielet jum qam minn bejn l-imwiet; tela’ fis-smewwiet, qiegħed in-naħa tal-lemin t’Alla l-Missier, li jista’ kollox; minn hemm għandu jerġa’ jiġi biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin. Nemmen fl-Ispirtu s-Santu; fil-Knisja Mqaddsa Kattolika, fix-Xirka tal-Qaddisin; fil-maħfra tad-dnubiet; fil-qawma ta’ l-imwiet; u fil-ħajja ta’ dejjem.  Ammen.

(Tibda’ biha u minflok il-Glorji )
Missier Etern,  jiena   noffrilek il-Ġisem, id-Demm, ir-Ruħ u d-Divinita` ta’ Ibnek il-Għażiż, Sidna Ġesù Kristu, bi tpattija għad-dnubiet tagħna u għal dawk tad-dinja kollha.
(Għal għaxar darbiet – flok is-Sliema u l-Qaddisa).
- F’ġieħ il-Passjoni ħarxa Tiegħu
- Ħenn għalina u għad-dinja kollha.
 
(u fl-aħħar tgħid)
Qaddis Alla, Qaddis Qawwi, Qaddis Immortali --- Ħenn għalina u għad-dinja kollha.  X 3  
Ammen.


  Talba lil Ġesù Ħanin.
 
“O Ġesù ħanin, aħna nemmnu fik u nafdaw fik.  Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila.  Agħtina l-grazzja li nwasslu lill-bnedmin kollha biex jgħarfuk u jħobbuk.  U mimlijin fiduċja fil-kobor bla qies ta’ Mħabbtek, aħna nkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen li hemm fina u fid-dinja kollha għall-Glorja Tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.”  Ammen.

 
  Litanija tal-Ħniena Divina
 
Mulej Ħniena - Mulej Ħniena Kristu Ħniena - Kristu Ħniena
Mulej Ħniena - Mulej Ħniena Kristu Ismagħna - Kristu Ismagħna
Kristu ilqa’ t-talb taghna - Kristu ilqa’ t-talb tagħna
Missier Etern Alla - Ħenn għalina
Iben Alla li fdejt id-dinja - Ħenn għalina
Spirtu Qaddis Alla - Ħenn għalina
Trinita` Qaddisa Alla wieħed - Ħenn għalina
Ħniena Divina, li ħriġt minn ħdan il-Missier - jiena nafda’ fiK.
Ħniena Divina, l-akbar attribut ta’ Alla - jiena nafda’ fiK.
Ħniena Divina, misteru li ħadd ma jista’ jifhmu - jiena nafda’ fiK.
Ħniena Divina, għajn li ħarġet mill-misteru tat-Trinità Qaddisa - jiena nafda’ fiK.      
Ħniena Divina li l-ebda moħħ tal-bnedmin jew tal-angli ma jista’ jifhmeK - jiena nafda’ fiK.
Ħniena Divina, li minnha tiġi kull ħajja u hena - jiena nafda’ fiK.
Ħniena Divina, aqwa mis-smewwiet - jiena nafda’ fiK.
Ħniena Divina, għajn ta’ mirakli u għeġubijiet - jiena nafda’ fiK.
Ħniena Divina, li tħaddan il-ħolqien kollu - jiena nafda’ fiK.
Ħniena Divina, li nżilt fl-art fil-Persuna tal-Verb Inkarnat - jiena nafda’ fiK.
Ħniena Divina, li ħrigt mill-gerħa miftuħa tal-Qalb ta’ Ġesù - jiena nafda’ fiK
Ħniena Divina, miġbura għalina fil-Qalb ta’ Ġesù, b’mod speċjali għall-midinbin - jiena nafda’ fiK.

Ħniena Divina, fit-twaqqif ta’ l-Ewkaristija - jiena nafda’ fiK.
Ħniena Divina, fit-twaqqif tal-Knisja Mqaddsa - jiena nafda’ fiK.
Ħniena Divina, fis-Sagrament tal-Magħmudija - jiena nafda’ fiK.
Ħniena Divina, fil-ġustifikazzjoni tagħna permezz ta’ Ġesù Kristu - jiena nafda’ fiK.
Ħniena Divina, li sseħibna tul ħajjitna kollha - jiena nafda’ fiK.
Ħniena Divina, li tħaddanna ‘l aktar fis-siegħa ta’ mewtna - jiena nafda’ fiK.        

Ħniena Divina, li tagħtina l-ħajja li ma tintemmx - jiena nafda’ fiK.
Ħniena Divina, li tkun magħna f’kull ħin ta’ ħajjitna - jiena nafda’ fiK.
Ħniena Divina, li tħarisna min-nar ta’ l-Infern - jiena nafda’ fiK.
Ħniena Divina, li tidher fil-konverżjoni tal-midinbin ‘l aktar ostinati - jiena nafda’ fiK.
Ħniena Divina, li l-anġli jistgħaġbu biha, u l-Qaddisin ma jistgħux jifhmuha - jiena nafda’ fiK.
Ħniena Divina, li hadd ma jista jifhmeK fil-misteri kollha ta’ Alla - jiena nafda’ fiK.    
Ħniena Divina, li terfagħna minn kull miżerja tagħna - jiena nafda’ fiK.
Ħniena Divina, għajn ta’ l-hena u l-ferħ tagħna - jiena nafda’ fiK.
Ħniena Divina, li mix-xejn ġibtna fl-eżistenza -   jiena nafda’ fiK.
Ħniena Divina, li tħaddan l-għemejjel kollha ta’ jdejn Alla - jiena nafda’ fiK.   

Ħniena Divina, li tinkuruna x-xogħol kollu tiegħu - jiena nafda’ fiK.
Ħniena Divina, li fiha aħna lkoll ninsabu mgħaddsa - jiena nafda’ fiK.
Ħniena Divina, serħan ħelu għall-qlub imnikkta - jiena nafda’ fiK.
Ħniena Divina, tama waħdanija ta’ l-erwieħ b’jieshom maqtugħ - jiena nafda’ fiK.    
Ħniena Divina, mistrieħ tal-qlub, paċi f’kull biża’ - jiena nafda’ fiK.
Ħniena Divina, għaxqa u ferħ kbir tal-erwieħ qaddisin - jiena nafda’ fiK.
Ħniena Divina, tama kontra kull tama - jiena nafda’ fiK.

Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja - Aħfrilna nitolbuk Mulej.
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja - Ismagħna nitolbuk Mulej.
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja - Ħenn għalina.


V. Qalb Ħanina ta’ Ġesù.

R. Kebbes fina n-nar ta’ mħabbtek


Nitolbu - O Alla ta’ dejjem, li l-Ħniena tiegħek hija bla tmiem, u t-teżor tal-mogħdrija tieghek qatt ma jispiċċa, ħares bit-tjieba lejna u kattar il-ħniena tiegħek fina, sabiex fil-mumenti tqal tal-ħajja, aħna ma naqtgħux qalbna u lanqas nibżgħu, imma b’fiduċja kbira noqogħdu għar-rieda mqaddsa tiegħek, li hija l-istess Imħabba u Ħniena. Bl-istess Kristu Sidna. Ammen.
 
+   Fl-isem tal-Missier, u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu.  Ammen.




NITOLBU GĦAL RADJU MARIJA MALTA - NGĦINU LIL RADJU MARIJA MALTA



><>            ><>            ><>



 
The small chapel of Divine Mercy in Nadur, Gozo



>>>>>>>>>>>>
 
 
 
The Original Image of Divine Mercy in Vilnius Lithuania - A Virtual Pilgrimage --- & --- (December 2015) The Documentary movie trailer
 
 
 
 
 
 
 
.