blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 06/26/22

Sunday, June 26, 2022

ĦELSIEN MILL-ISPIRITIŻMU --- OMELIJA minn Patri Elija Vella OFM Conv. & TALBA TAL-FEJQAN ta' San Pio fil-LIBERATION MASS tat-23 ta' Ġunju, 2022

 

Mill-Video tal-Quddiesa kollha, fil-Facebook tal-Parrocca Marija Addolorata San Pawl il-Baħar --- https://fb.watch/dTwoKS2vvt/ ---




===========================
24 ta’ Ġunju ( Fil-2022, Solennità trasferita għat-23 ta' Ġunju ) It-Twelid ta’ San Ġwann Battista Solennità QARI I Is 49:1-6 Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija Isimgħuni, gżejjer, agħtuni widen, popli mbiegħda! Il-Mulej mill-ġuf sejjaħli, minn ħdan ommi ftakar f’ismi. Għamilli fommi xabla msinna, taħt id-dell ta’ idu ħbieni. Għamel minni vleġġa maħtura, fil-barżakka tiegħu ħbieni. U qalli: “Israel, inti l-qaddej tiegħi, bik jiena nkun imfaħħar.” U jien għedt: “Għalxejn inkeddejt, u fix-xejn ħlejt saħħti.” Imma l-ġustizzja tiegħi fil-Mulej u l-ħlas tiegħi għand Alla tiegħi. U issa tkellem il-Mulej, li minn ħdan ommi għamilni qaddej tiegħu, biex għandu rreġġa’ lura ’l Ġakobb u biex Israel jinġabar miegħu mill-ġdid, għax jien kont imfaħħar f’għajnejn il-Mulej, u Alla tiegħi kien il-qawwa tiegħi. Hu qalli: “Tkun ħaġa żgħira wisq għalik li inti tkun il-qaddej tiegħi biex tqajjem biss it-tribù ta’ Ġakobb u treġġa’ lura l-fdal ta’ Israel. Jien nagħmel minnek dawl għall-ġnus, biex is-salvazzjoni tiegħi sa truf l-art tinfirex.” Il-Kelma tal-Mulej. R/. Irroddu ħajr lil Alla. SALM RESPONSORJALI Salm 138: 1-3. 13-15 R/. Irroddlok ħajr, għax tal-għaġeb għamiltni! Mulej, int tgħarbilni u tagħrafni; int taf meta noqgħod u meta nqum, int tagħraf mill-bogħod ħsibijieti. Int tagħraf il-mixi u l-waqfien tiegħi; triqati kollha inti tafhom sewwa. R/. Int sawwart il-ġewwieni tiegħi, u f’ġuf ommi inti nsiġtni. Irroddlok ħajr, għax tal-għaġeb għamiltni: tal-għaġeb huma l-għemejjel tiegħek. R/. U ’l ruħi inti tafha tajjeb. Ma kienx moħbi għadmi minnek, meta kont qiegħed insir fis-satra u nintiseġ fil-qigħan tal-art. R/. QARI II Atti 13:22-26 Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli F’dak iż-żmien: Pawlu qal: “Alla, lil missirijietna, qiegħed ’il David bħala sultan tagħhom, li għalih ta din ix-xhieda: ‘Sibt ’il David, bin Ġesse, raġel skont qalbi li jagħmel dak kollu li rrid jien.’ Hu minn nislu li Alla, skont il-wegħda tiegħu, ġieb għal Israel salvatur, li hu Ġesù. Qabel il-miġja tiegħu, Ġwanni deher ixandar magħmudija ta’ ndiema lill-poplu kollu ta’ Israel. U meta kien wasal fi tmiem il-ħidma tiegħu, Ġwanni qal: ‘Jien miniex dak li intom taħsbu li jien. Dan ġej warajja, u jien anqas jistħoqqli nħoll il-qorq ta’ riġlejh.’ Ħuti, ulied in-nisel ta’ Abraham, u intom li tibżgħu minn Alla, lilna ġiet mibgħuta l-bxara ta’ din is-salvazzjoni.” Il-Kelma tal-Mulej. R/. Irroddu ħajr lil Alla. AKKLAMAZZJONI GĦALL-EVANĠELJU Lq 1:76 Hallelujah. Hallelujah. Int, tfajjel, tissejjaħ profeta tal-Għoli, għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu. Hallelujah. EVANĠELJU Lq 1:57-66.80 Qari mill-Evanġelju skont San Luqa Eliżabetta għalqilha ż-żmien li teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel, riedu jsemmuh Żakkarija, għal missieru; imma qabżet ommu u qalet: “Le, imma Ġwanni jkun jismu.” Qalulha: “Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek!” Imbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x’ried isemmih, u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: “Ismu huwa Ġwanni.” U kulħadd baqa’ mistagħġeb. Dak il-ħin stess Żakkarija nfetaħlu fommu, ilsienu nħall, u beda jitkellem u jfaħħar ’l Alla. U l-ġirien tagħhom ilkoll qabadhom il-biza’, u bdew ixerrdu dawn il-ġrajjiet kollha mal-għoljiet kollha tal-Lhudija, u kull min kien jismagħhom kien iżommhom f’qalbu u jgħid: “Mela x’għad ikun dan it-tifel?” U tassew, id il-Mulej kienet miegħu. It-tifel kiber u ssaħħaħ f’ruħu, u baqa’ jgħix fid-deżert sa dakinhar li ħareġ quddiem Israel. Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu. QARI TAL-QUDDIESA mis-sit LAIKOS --- https://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddie... --- 2022 - Il-Ħamis, 23 ta' Ġunju EVANĠELJU: Lq 1:57-66.80 -- OMELIJA minn P. Elija Vella OFM Conv. LIBERATION MASS 23 ta' Ġunju, 2022






Patri Elija Vella OFM Conv. jitlob it-Talba tal-Fejqan ta' San Pio fil-Liberation Mass Ġunju 23, 2022


L-IKTAR TALBA TA' FEJQAN B'SAĦĦITHA MINN SAN PIO TAL-PJAGI

Missier fis-smewwiet, nirringrazzjak talli tħobbni.

Nirringrazzjak talli bgħatt lil Ibnek, Sidna Ġesù Kristu,

f’din id-dinja biex isalvani u jeħlisni.

Nemmen fis-setgħa u fil-grazzja tiegħek li jsostnuni u jirriġenerawni.

 

Missier li tħobb,

żomm idejk fuqi u bihom fejjaqni,

għaliex nemmen li r-rieda tiegħek hija li jien inkun tajjeb fil-moħħ, fil-ġisem, fir-ruħ u fl-ispirtu.

Iksini minn rasi sa saqajja bl-iktar demm prezzjuż ta’ Ibnek, Sidna Ġesù Kristu.

Ixħet ‘il barra dak kollu li m’għandux ikun fija.

Neħħi kull ċellola marida u anormali.

Iftaħ kull arterja jew vina misduda u erġa ibni u rriġenera kull parti li sofriet xi ħsara.

Neħħi kull infjammazzjoni u naddaf kull infezzjoni,

bis-setgħa tad-demm prezzjuż ta’ Ġesù.

Ħalli l-fjamma ta’ mħabbtek li tfejjaq, tgħaddi minn ġismi kollu

biex tfejjaqni u tirriġenera kull parti marida,

biex b’hekk ġismi jiffunzjona bil-mod li inti ħlaqtu biex jiffunzjona.

Żomm ukoll idejk fuq moħħi u fuq l-emozzjonijiet tiegħi,

anki fuq l-iktar parti profonda ta’ qalbi.

 

Għaddasni fil-preżenza, fl-imħabba, fil-ferħ u fil-paċi tiegħek

u qarribni dejjem aktar lejk, f’kull mument ta’ ħajti.

U Missier, agħmel li jiġi l-Ispirtu s-Santu fuqi

u jagħtini s-saħħa li nagħmel ir-rieda tiegħek,

sabiex ħajti ġġib glorja, u tagħmel unur lil ismek Qaddis.

Nitlob dan f’isem Sidna Ġesù Kristu.

Ammen.


Potente Preghiera di Guarigione di Padre Pio


THE MOST POWERFUL HEALING PRAYER BY ST. PADRE PIO

Heavenly Father, I thank you for loving me.

I thank you for sending your Son,

Our Lord Jesus Christ, to the world to save and to set me free.

I trust in your power and grace that sustain and restore me.

 

Loving Father,

touch me now with your healing hands,

for I believe that your will is for me to be well in mind, body, soul and spirit.

Cover me with the most precious blood of your Son,

our Lord, Jesus Christ from the top of my head to the soles of my feet.

Cast anything that should not be in me.

Root out any unhealthy and abnormal cells.

Open any blocked arteries or veins and rebuild and replenish any damaged areas.

Remove all inflammation and cleanse any infection

by the power of Jesus’ precious blood.

Let the fire of your healing love pass through my entire body

to heal and make new any diseased areas

so that my body will function the way you created it to function.

Touch also my mind and my emotion,

even the deepest recesses of my heart.

 

Saturate my entire being with your presence,

love, joy and peace and draw me ever closer to you every moment of my life.

And Father, fill me with your Holy Spirit

and empower me to do your works

so that my life will bring glory and honour to your holy name.

I ask this in the name of the Lord Jesus Christ.

Amen.

 

--- https://holyfamilyparishssm.ca/news/t... ---

 

 ========================================================

 

Ready to print on A4 paper - adjust size of image to fill page:

- Orientation Landscape

- All Margins 1cm 

- Layout 0.5cm both Header and footer


=========================================

=========================================



.

.