https://www.laikos.org/Rit-tal-Quddiesa.pdf
Paġni 33 u 34
Paġni 33 u 34
************
TALBA EWKARISTIKA II TAR-RIKONĊILJAZZJONI
Prefazju
O Alla, Missier li tista’ kollox,b’Ibnek Ġesù Kristu Sidna,
inroddulek ħajr u nfaħħruk
għall-ħidma tiegħek fid-dinja.
Għalkemm il-bnedmin jinsabu mifruda minn xulxin
minħabba l-ġlied u t-tilwim bejniethom,
aħna nafu, għax ġarrabnieh, li inti tbiddel il-fehma tal-bnedmin
biex jerġgħu jinħabbu bejniethom.
L-Ispirtu qaddis tiegħek iqanqal il-qlub
biex dawk li kienu għedewwa ta’ xulxin
jerġgħu jinħabbu bejniethom,
dawk li kienu wieħed kontra l-ieħor jieħdu b’idejn xulxin,
u l-popli kollha jfittxu li jkunu ħbieb.
Bil-qawwa tiegħek
dawk li jħobbu l-paċi jwaqqfu l-ġlied,
jirbħu l-mibegħda bil-maħfra
u jpattu d-deni bil-ġid.
Għalhekk jeħtieġ li aħna nroddulek ħajr
u nfaħħruk mal-kori kollha ta’ l-anġli,
li qatt ma jehdew ixandru l-kobor tiegħek u jgħidu:
Kulħadd iwieġeb:
Qaddis, qaddis, qaddis ….
Iċ-ċelebrant prinċipali
aħna nberkuk b’Ibnek Ġesù Kristu, Sidna,
li ġie fostna f’Ismek.
Hu l-Kelma li biha l-bnedmin isalvaw,
l-id li inti tagħti lill-midinbin,
it-triq li minnha jaslilna s-sliem tiegħek.
O Alla, Missier tagħna lkoll,
meta aħna tbegħedna minnek,
inti reġġajtna għandek b’Ġesù Kristu Ibnek,
li tajtu għall-mewt
biex aħna nitħabbu miegħek u nħobbu ’l xulxin.
Il-Konċelebranti flimkien
Għalhekk aħna u niċċelebraw il-ħbibierija miegħek,
li ħejja Kristu għalina,
nitolbuk biex tqaddes bil-barka ta’ l-Ispirtu tiegħek dawn
l-offerti, aħna u qegħdin nagħmlu dak li ordnalna Ibnek
Hu meta wasal biex jagħti ħajtu ħa jsalvana,
waqt li kien fuq il-mejda ma’ l-Appostli tiegħu,
ħa f’idejh il-ħobż,
raddlek il-ħajr, bierek,
qasam, ta lid-dixxipli tiegħu u qal:
.