Mk 10: 2-16 -- What God has united, man must not divide - Id divorzju / Ġesù jbierek it-tfal
IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 27 IN ORDINARY TIME
Short form --- Mk 10, 2-12 ( --- https://youtu.be/XeLvw1sBVyM --- )
Evanġelju
Dak li għaqqad Alla, ma għandux jifirdu l-bniedem
Mk 10, 2-16
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F'dak iż-żmien, [Mk:10:2] Resqu xi Fariżej lejn Ġesù u biex iġarrbuh staqsewh jekk raġel jistax jitlaq lil martu. [Mk:10:3] Weġibhom u qal: "X'ordnalkom Mosè?" [Mk:10:4] Qalulu: "Mosè ta l-permess li wieħed jagħmel il-kitba tad-divorzju, u jibgħatha.
"[Mk:10:5] Mbagħad weġibhom Ġesù: "Minħabba l-ebusija ta' qalbkom kitbilkom dan l-ordni. [Mk:10:6] Iżda sa mill-bidu tal-ħolqien Alla għamilhom raġel u mara.
[Mk:10:7] Għalhekk mela raġel iħalli lil missieru u 'l ommu u jingħaqad ma' martu, [Mk:10:8] u t-tnejn isiru ġisem wieħed. Għalhekk m'humiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed. [Mk:10:9] Mela dak li għaqqad Alla ma għandux jifirdu l-bniedem. "
[Mk:10:10] Xħin daħlu d-dar id-dixxipli reġgħu staqsewh fuq dan, [Mk:10:11] u hu qalilhom: "Min jitlaq lil martu u jiżżewweġ oħra jkun ħati ta' adulterju kontra l-ewwel waħda; [Mk:10:12] u jekk mara titlaq lil żewġha u tiżżewweġ ieħor tkun ħatja ta' adulterju."
[Mk:10:13] Ġibulu quddiemu xi tfal ċkejknin biex iberikhom, iżda d-dixxipli tiegħu qabdu jgħajjtu magħhom. [Mk:10:14] Ġesù, meta ra hekk, inkorla u qalilhom: "Ħalluhom it-tfal żgħar jiġu għandi; iżżommuhomx, għax ta' min hu bħalhom hija s-Saltna ta' Alla. [Mk:10:15] Tassew ngħidilkom, li min is-Saltna ta' Alla ma jilqagħhiex bħal tifel ċkejken ma jidħolx fiha." [Mk:10:16] Mbagħad ħaddanhom miegħu u qiegħed idejh fuqhom u berikhom.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
********************************
ŻWIEĠ NISRANI HUWA PATT ( tagħti kompletament lilek nnifsek ) - Traduzzjoni propja hija - JINKOLLAW RUĦHOM, U JEKK JIPPRUVAW JINFIRDU ĦA JIĊĊARTU U L-FERITI MA JFIEQU QATT
IS-SAĊERDOT, MINN FUQ L-AMBONE HUWA MĦALLEF IMMA S-SAĊERDOT FIL-QRAR HUWA MISSIER: FI ŻMINIJIET DIFFIĊILI FIŻ-ŻWIEĠ GĦANDNA NIRRIKORRU IŻJED GĦALL-GĦAJNUNA MIS-SAGRAMENT TAL-QRAR.
.********************************