THE ENTIRE STORY OF THE APPARITIONS OF OUR LADY OF FATIMA AND THE ANGEL 100TH YEAR ANNIVERSARY!!
A SIGN FROM HEAVEN - THE MIRACLE OF THE SUN - 13th OCTOBER 1917
(mill ktieb Għanjiet il-Ġemgħa paġna 147 - Innu Ta' Fatima - 144)
Ħdejn Fatima dehret l-Omm tagħna Marija,
Ħdejn Fatima dehret l-Omm tagħna Marija,
Liċ-ċkejkna tliet rgħajja, tfal safja w għaqlija.
Rit: Ave, Ave, Ave
Marija x2
Bil-ġmiel u bil-ħlewwa tas-sema mogħnija. Rit:
Ilbiesha bajdani, jgħattilha riġlejha,
Kuruna sabiħa, imdendla f’idejha. Rit:
“Min fejn inti ġejja?”, staqsietek Luċija :
“Is-Sema pajjiżi”, weġibt, o Marija. Rit:
Għidtilhom jitolbu għall-midneb, għall-ħati
Biex jibdel fis ħajtu, u le jmur ibati. Rit:
Dik qalbek urejthom bil-grazzja mimlija
Bl-imrar u bin-niket, tal-ħżiena mifnija. Rit:
Int ridthom ibatu, sabiex ipattulek
Għal dik il-moħqrija li l-kiefra jagħmlulek. Rit:
Kastigi tal-biża’, dhert Int biex tħabbrilna,
Li mħabba ħtijietna, ilkoll jistħoqqilna. Rit:
B’dan ridt fina tqanqal mibegħda għall-ħtija,
Li magħha ġġib fuqna hemm, biki w tbatija. Rit:
Imbierek Missierna li tam’
oħra tana,
f’dik qalbek bla tebgħa, wisq
ħelwa w setgħana. Rit:
Għemil ta’ tpattija, int tlabtna nagħmlulek
Biex qalbek imnikkta, bl-imħabba nfarrġulek. Rit:
Biex lilek ġieħ nagħtu O xebba, Omm, Sidtna
Li ngħidu r-Rużarju kuljum inti ridtna. Rit:
“Teħtieġ penitenza” Int fl-aħħar wissejtna;
Hekk biss jistħoqqilna il-ħniena li wrejtna. Rit:
O Sidt tar-Rużarju, O ħelwa, O pija.
Għas-sema mexxina, Omma tagħna Marija. Rit: