blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 03/19/13

Tuesday, March 19, 2013

Is-Sejħa ta' Sbieħ il-Jum - SALMI INVITATORJI = Salm 94(95), Salm 99(100), Salm 66(67), jew Salm 23(24)

Is-Sejħa ta' Sbieħ il-Jum - SALMI INVITATORJI = Salm 94(95), Salm 99(100), Salm 66(67), or Salm 23(24)


V/. Mulej, iftaħli xofftejja.

R/. U Fommi jxandar it-tifħir tiegħek.


      Glorja…….

 L-antifona tigi mtennija fejn hemm: Ant.  

 
(Fi żmien il-Għid, fl-aħħar ta' l-antifona, fejn m'hemmx diġa, tiżdied, Alleluja)

Salm 94(95)

Ejjew, ħa nfaħħru bl-hena l-Mulej,


   ħa ngħajtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!


Nersqu quddiemu b’għana ta’ radd il-ħajr,


   ngħannulu b’għajjat ta’ ferħ.  Ant:




Għax Alla kbir hu l-Mulej,


   sultan kbir fuq l-allat kollha.


F'idejh huma qigħan l-art,


   tiegħu huma l-qċaċet ta’ l-għoljiet.


Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu;


   tiegħu l-art, għax b'idejh saret.  Ant:




Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,


   għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna!


Għaliex hu Alla tagħna,


   u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu


      u n-nagħaġ tiegħu.  Ant:




Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu !


   "La twebbsux qalbkom bħal f'Meribah,


bħal dakinhar f'Massah, fid-deżert,


   meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom,


   għalkemm raw dak li jien għamilt. Ant:




Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel;


   u jien għedt: Qalbu mħassra dan il-poplu,   


   u triqati ma jagħrfux.


Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi:


   Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi?"  Ant:




Glorja lill-Missier, u lil Iben, u lil Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen. Ant:
 <>< <>< <><

Salm 99(100)

<>< <>< <><
Salm 66(67)

<>< <>< <><
Salm 23(24)


V. Mulej iftaħli xufftejja

R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħek

Ant: ...[tingħad tal-ġurnata]

Salm 23 (24)

Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, *

id-dinja u kull ma jgħix fiha.

Għax hu fuq l-ibħra waqqafha, *

u fuq ix-xmajjar fis-sod qiegħdha. Ant:


Min jista’ jitla’ fuq l-għolja tal-Mulej, *

min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?

Min għandu jdejh indaf u qalbu safja, †

min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, *

u anqas ma jaħlef bil-qerq. Ant:


Dan ikollu barka mingħand il-Mulej, *

u ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.

Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh; *

li jfittxu ‘l wiċċek, Alla ta’ Ġakobb. Ant:


Intrefgħu, bibien, infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

Hu l-Mulej setgħan u qawwi,

il-Mulej qawwi fit-taqbida. Ant:


Intrefgħu, bibien, infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *

ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!

Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *

Hu l-Mulej ta’ l-eżerċti:

dan hu s-Sultan tal-glorja! Ant: