SAN ĊIRILLU Saċerdot 827-869
u
SAN METODJU Isqof 826-885
14 ta’ Frar
FESTA TA'
SAN ĊIRILLU Saċerdot: 827 - 869 u
SAN METODJU Isqof: 826 – 885
San Ċirillu u San Metodju kienu aħwa minn Tessalonika (Salonika), il-Greċja. San Ċirillu li kien xi sena iżgħar minn ħuh, kien jismu Kostantinu, u biddel ismu meta sar patri, ftit ġimgħat qabel miet. Huwa studja l-Universita’ Imperjali ta’ Kostantinopli fejn fost l-għalliema kellu lill Fozju. Metodju ħalla minn Gvernatur ta’ Kolonja Slava fil-Provinċja ta’ Opsikion, biex ordna saċerdot.
Fis-sena 861, fuq talba ta’ l-Imperatur tal-Lvant Mikiel III, iż-żewġ aħwa marru jevanġelizzaw fl-inħawi li llum jagħmlu parti mir-Russja u l-Bulgarija u għamlu suċċess kbir għax kellhom ħafna u ħafna konverżjonijiet.
F’863, il-Prinċep Rotislav ta’ Moravja (fiċ-Ċekoslavakkja u l-Jugoslavja) talab biex jintbagħtu missjunarji Nsara ħalli jxerrdu l-Kristjaneżmu f’pajjiżu. Fozju li issa kien il-Patrijarka ta’ Kostantinopli reħa dan ix-xogħol f’idejn dawn iż-żewġ aħwa. It-tnejn flimkien ippreparaw kotba liturġiċi u qalbu l-Iskrittura fi lsien il-poplu Slav, b’tipi li saru magħrufa bħala ”Ċirilliċi”. Ċirillu kien ivvinta alfabet li għadu jiġi wżat sal-lum fil-liturġija Jugoslava, u minnu tnisslu l-alfabet Russu, Bulgaru u Serbjan.
Billi bdew jinqdew bl-ilsien Slav tal-poplu, ir-Re Lwiġi u l-isqfijiet Ġermaniżi bdew jarawhom koroh u bdew jagħmlulhom il-bsaten fir-roti. Għalhekk Ċirillu u Metodju, fis-sena 869, marru Ruma biex jiddefendu ruħhom, u l-Papa Adrijanu II laqagħhom u approva x-xogħol tagħhom. Ċirillu sar patri imma miet f’Ruma, fl-14 ta’ Frar 869.
Metodju ġie kkonsagrat isqof u mar ikompli jaħdem waħdu fil-missjoni ta’ Pannonja (Ungerija), u wara l-Papa ħatru Arċisqof ral-Moravja u tal-Pannonja u għamel is-sede tiegħu indipendenti mill-Ġermanja. Miet fis-6 ta’ April 885, f’Velahard, Ċekoslovakkja. Bil-priedki u bil-kitba tagħhom, San Ċirillu u San Metodju wasslu l-Kristjaniżmu fil-pajjiżi tal-Bulgarija, Jugoslavja, Ungerija, Ċekoslovakkja, u wkoll f’partijiet mill-Polonja u r-Russja.
Talba
Mulej, Alla li tista’ kollox, ibni l-Knisja tiegħek u saħħaħha dejjem f’għaqda waħda. (laikos)

http://www.youtube.com/watch?v=-0tQw56IIeM