MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
It-Tlieta 10 ta’ Ottubru 2017. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.
Il-Papa Franġisku fakkar lill-fidili kollha li l-ħniena bla tarf
t’Alla tiżboq kollox, imma wissiena li m’għandniex inkunu riġidi u
għandna nkunu dejjem qlubna miftuħin.Franġisku kien qed jitkellem waqt il-quddiesa fil-kappella tad-Dar
Santa Marta fejn għamel riflessjoni, għat-tieni jum wara l-ieħor, dwar
qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġona. Il-Papa qal li hi biss il-ħniena
t’Alla li tiftħilna qlubna u tirbaħ kollox.
Ġona, qal Franġisku, kien bniedem rasu iebsa, kien marid
bir-riġidità, ruħ imġewħa. Fl-istorja tal-Bibbja, Alla jitlob lil Ġona
biex jikkonverti l-belt ta’ Ninwè. Għall-ewwel il-Profeta rrifjuta u
ħarab, imbagħad wettaq l-amar ta’ Alla u qeda dmiru sew. Madankollu,
osserva l-Papa, Ġona hu mgħaddab u nkurlat għax Alla ħafer lill-poplu li
b’qalb miftuħa wera sogħba.
Dawk li qalbhom hi stinata ma jifhmux x’inhi l-ħniena t’Alla. Huma
bħal Ġona, qal il-Papa, ma jafux jiftħu qalbhom għall-Mulej. Dawn
il-bnedmin huma ta’ qalb dgħajfa: qlub ċkejknin, magħluqin għall-ħniena u
marbutin biss mar-rettitudni stretta. Jinsew li l-ġustizzja t’Alla
saret laħam f’Ibnu, saret ħniena u maħfra. Jinsew li l-qalb t’Alla hi
dejjem miftuħa għall-maħfra.
Jinsew xi ħaġ’oħra, issokta l-Papa. Jinsew li l-omnipotenza ta’ Alla turi
ruħha primarjament fil-ħniena u l-maħfra tiegħu.
Mhux faċli nifhmu l-ħniena t’Alla. Jeħtieġ li nitolbu ħafna għax din
hi grazzja. U aħna mdorrijin bl-attitudni ta’ tpattija li tfisser li
għalina l-ġustizzja hi li tħallas għal dak li tkun għamilt. Madankollu
rridu niftakru li Ġesù ħallas għalina u għadu jħallas.
Lil Ġona Alla seta’ abbandunah u ħallieh mar-ras iebsa u r-riġidità
tiegħu. Minflok, mar ikellmu u kkonvinċieh; salvah bħalma salva
lill-poplu ta’ Ninwè. Alla hu Alla tal-paċenzja, li jaf imelles, li jaf
kif għandu jiftaħ il-qlub.
Il-qofol tal-messaġġ tal-ktieb tal-Profeta, kompla jgħid il-Papa,
insibuh fid-djalogu bejn il-profezija, il-penitenza, il-ħniena u l-qalb
dgħajfa jew ir-ras iebsa. U minn dan naraw li l-ħniena t’Alla dejjem
toħroġ minn fuq għax l-omnipotenza tiegħu tidher fil-ħniena tiegħu.
Intikom parir, temm il-Papa, li llum taqraw il-Ktieb ta’ Ġona. Hu
ktieb żgħir ħafna, tliet faċċati biss, u taraw kif jaħdem il-Mulej, kif
il-ħniena tiegħu tittrasforma qlubna, u niżżu ħajr ‘l Alla talli hu tant
ħanin. Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija
========================================
========================================
========================================
THE INVITATION TO FAITH IN JESUS IS OPEN TO ALL ...
ĦNIENA SKANDALUŻA (Prepared and read for the first time on 18th September 2018 during meeting of prayer group Pentekoste, in St Paul's Bay, Malta)
ALLA HU D-DAWL - [1Ġw:1:5-10] Din hi
l-aħbar li smajna mingħandu u li qegħdin inxandrulkom: li Alla hu dawl u ebda
dlam ma hemm fih. Jekk ngħidu li aħna mseħbin miegħu imma nimxu fid-dlam, nkunu
qegħdin nigdbu u ma nagħmlux il-verità. Iżda jekk nimxu fid-dawl, kif inhu
fid-dawl hu stess, aħna nissieħbu flimkien, u d-demm ta' Ġesù Kristu Ibnu
jnaddafna minn kull dnub.Jekk ngħidu
li m'għandniex dnub, nkunu qegħdin inqarrqu bina nfusna u l-verità ma tkunx
fina. Jekk nistqarru dnubietna, hu
fidil u ġust, hekk li jaħfrilna dnubietna u jnaddafna minn kull ħażen. Jekk ngħidu li ma dnibniex, nkunu qegħdin
ingiddbuh, u kelmtu ma tkunx fina.
Il-qalb tal-bniedem qisa’ kamp
tal-battalja fejn jikkumbattu kontra xulxinżewġ spirti – dak ta’ Alla u dak tad-dinja – It-tajjeb kontra
l-ħażen ... IMMA - [Prov:9:10] Il-biża' tal-Mulej hu l-bidu ta' l-għerf, u
li tagħraf lill-Qaddis, hu d-dehen.
Jista’ Alla jirraġuna bħalna
? Le għax Hu perfett u aħna
m’aħniex u niġu konxji ta’ dan waqt il-prova għax naraw kemm ngħidu kliem
żejjed, kemm ikonna skużi lesti ... Daqs tant ieħor ma nistgħux nifhmu l-ĦNIENA
TIEGĦU !
Kellu għalfejn jibgħat lil
Ibnu Ġesù u jgħaddi minn dak kollu biex jeħlisna u jsalvana ? Le. Kien il-kaġun
tal-imħabba perfetta tiegħu, li għażel li jkun lest li jagħti ħajtu
għalina lkoll. Fl-umanità tagħna ma nistgħux naslu ngħaġġixxu bil-maqlub li
tgħidilna d-dinja (ħobb lil min iħobbok u għobod lil min jgħobodok ecc). ( [Lq 6:27-37] ) Fl-umanità tagħna
ma nistgħux nifhmu kif irridu naħfru lil min għamlilna d-deni bil-fomm jew
ukoll bl-għemil ! Aħna jidrilna li għandha ssir ġustizzja ... (Waħda mir-raġuni
għax ma nistgħux inniżżluha din - isemmiha Patri Elija Vella OFM Conv (Mejju
2004) ... Għax m’għandniex għajnejna jħarsu l-ġewwa ukoll, imma dejjem jikkoreġu
u jakkużaw il-ħażin ta’ ħaddieħor ... u li qatt ma ninsewh –
jinbidel kemm jinbidel għal aħjar, ikkonverta kemm ikkonverta ! Ma ninsewx ---
li l-akbar akkużatur huwa x-xitan – l-ewwel iwaqqak fid-dnub umbagħad jgħajjrek
... biex ma tmurx tqerr !) Min hu l-aqwa avukat difensur tagħna jekk mhux Alla
li jaf kollox x’jgħaddi minna. Hu jaf l-isforzi tagħna, tant jemmen meta nixtiequ
li rridu nimbidlu, infiequ, li wara li
nqerru dnubietna, sa jasal biex JINSA l-passat mimli żbalji tagħna ! Grazzi
Mulej ... U jasal ukoll biex jinsa l-passat ta’ ħaddieħor – iii kif jista’ jkun
? Sa naslu niskandalizzaw ruħna għax Alla jinsa d-dnubiet maħfura tal-oħrajn
... u kif jista’ jkun li l-antenati, fl-umanità qaddisa ta’ Ġesù kien
hemm nies korrotti, qattiela, adulteri, prostituti ... u mhux QADDISIN BISS
???... Bħallikieku rridu nindaħlu u nmaqdru
l-ġustizzja perfetta ta’ Alla !!!
Fil-ħajja tal-qaddisin, bnedmin
bħalna, naqraw kif huma kienu lesti li jmutu martri – Dan ma jfissirx li fittxew
huma, biex jiġu vvittimizzati, abbużati u maqtula – huma trażżnu bis-sħiħ biex
jgħożżu d-dinjità ta’ persunthom … għax tant kienu mimlija bil-qawwa
tal-Ispirtu Qaddis ta’ Alla, li aċċettaw ir-rieda tiegħU u imma, li baqgħu
sodi fil-fidi …
[Fil:3:8]Jiena
ngħodd kollox bħala telf ħdejn il-qligħ kbir li hemm filli nagħraf lil Kristu
Ġesù Sidi; minħabba fih, ridt li nitlef kollox, u ngħodd kollox bħala knis,
biex nirbaħ lil Kristu … [Fil:3:10]
Irrid nagħraf lilu u l-qawwa tal-qawmien tiegħu mill-imwiet, u naqsam miegħu
t-tbatijiet tiegħu, u nsir nixbhu fil-mewt, [Fil:3:11] biex jirnexxili nikseb il-qawmienmill-imwiet.Għalhekk
aħna nemmnu bis-sħiħ li l-vittmi kollha ta’ kull żmien (anzjani, irġiel,nisa,
tfal, trabi, embrijuni ) – minn kif imutu, ikunu jinsabu jgawdu il-preżenza ta’
Kristu Ġesù – il-Qassis il-Kbir li offra lili nnifsu biex minn rajh isir vittma
għall-ħelsien tagħna lkoll.[2Sam:22:31]Dritta hi
t-triq ta' Alla; safja hi l-kelma tal-Mulej. Tarka huwa Alla għal kull min jistkenn fih. [S:145:17-18] Ġust il-Mulej
fl-imġiba tiegħu kollha, twajjeb f'dak kollu li għamel. Qrib il-Mulej lejn kull min isejjaħlu, lejn
kull min isejjaħlu fis-sewwa.
Imma kemm nitolbuh lil Alla biex
jeħlisna mill-għedewwa tagħna hux ?!Imma l-akbar għadu tiegħi hu il-JIEN - għax minni jiddependi jekk inċedix għad-dnub jew le; minni
jiddependi jekk naħfirx jew le – minnflok naqa’ għat-tormenti tal-provokazzjoni
– inżomm is-skiet, nitlob u nafda’ fl-għajnuna ta’ Alla ! [Mk:7:21-23] Għax hu minn ġewwa, mill-qalb tal-bniedem,
li joħorġu l-ħsibijiet il-ħżiena, żína, serq, qtil, adulterju, regħba, ħażen,
qerq, libertinaġġ, għira, malafama, suppervja u bluha. Dal-ħażen kollu minn
ġewwa joħroġ u jtabba' lill-bniedem."Ir-rebħa
tagħna li naħarbu l-ħażen hi biss ma’ Alla: F’omelija Papa Franġisku jgħid: “Il-bniedem li jħalli l-mondanità tmexxih,
jitlef l-identità Nisranija, jirvinaha, għax ma jibqagħlux ħila jkun koerenti”( u jgħix ħajja doppja
). https://w2.vatican.va/content/francesco/en/cotidie/2015/documents/papa-francesco-cotidie_20151117_without-compromise.html & https://laikosblog.org/2015/11/17/mhemmx-kompromessi/. Fil-magħmudija jsir Patt ma’ Alla, nistqarru li nemmnu fih, nkunu
leali lejħ billi nobdu l-kmandamenti - għax huma jipproteġuna, niċħdu x-xitan u tlellix kollhu tiegħu. [2Kor:11:14] M'hux għaġeb, għax Satana stess jitbiddel f'anġlu tad-dawl – (irridu nżommu dejjem
f’moħħna - li kull tentazzjoni hi attraenti), [Mt:5:37] Mela ħa jkun id-diskors tagħkom, 'Iva, iva', 'Le, le'; kull ma hu iżjed minn hekk ikun ġej mill-Ħażin – m’hemmx kompromessi – waqt il-Quddiesa
mod u mbagħad ngħix mod ieħor. [Lhud:4:13]Xejn ma
hemm fil-ħolqien li hu moħbi għalih, imma kollox hu miftuħ għal għajnejn Alla, li lilu rridu
nagħtu kont: Hemm min
li minkejja kollox, jibqa’ leali lejn Alla ħajtu kollha (Sta Theresa ta’ Lisieux, Sta Marija Goretti); hemm min jersaq lejn Alla hekk kif jiġi mġarrab minn xi inkwiet,
xi marda, xi traġedja (San Injazju ta’ Loyola); hemm min jiġi mkaxkar mill-vizzji li
jara madwaru u jiċħad lil Alla, imma wara jiġi f’sensieh (Ir-Re David, Santu
Wistin, Sta Marija Madalena, Il-Beatu Bartolo Longo): U Alla juża’ kull esperjenza biex jeżżiżna – jurina kemm ninsew li Hu
jaf kollox, imma li xorta nintelqu fl-inganni, fid-dnubniet, fis-sagrileġġi, saħansitra ma nindunawx li nsiru
monstri mingħajru – Hu jreġġana lura għandu ħa jgħina nsibu l-paċi f’qalbna – jiġifieri li r-rieda tagħna tkun f’armonija
mar-rieda tiegħu, għax meta nitilfu x’inhu Alla għalina, nitilfu d-dinjità
tagħna l-bnedmin ... U kultant Alla jaqa’ fis-silenzju, jħallina nindunaw u nħossu
n-nuqqas tiegħu ... [Is:49:14-15]U
Sijon kienet tgħid: 'Ħallieni l-Mulej ,' u: 'Sidi nsieni.' Tista' mara
tinsa t-tarbija tagħha, u ma tħennx għal bin ġufha? Mqar jekk din tinsa, jien ma ninsiek qatt!M’hemmx qaddis mingħajr passat u m’hemmx midneb
mingħajr futur... iva, hemm it-tama u l-għajnuna ta’ Alla -
imma l-għażliet u d-deċiżjonijiet f’idejja. = Irridu nżommu f’moħħna -
speċjalment fis-sefsif ta’ għira – li l-fortuna ma teżistix Iżda hi
l-PROVIDENZA TA’ ALLA - x’ħin irid Hu u kif irid Hu !
Alla tagħna huwa Alla żvinturat: Il-Bibbja kollha hija ġirja waħda tiegħu wara l-bniedem
biex jgħallmu, iwissieh, jwiddbu, jrażżnu, jfejjqu, jeħilsu, jaħfirlu, jdewwieh, jipprovdilu,
jsalvah ... u hekk għadu, u jibqa’ jagħmel minn kollox, biex kull ruħ ma tintilifx.
Alla tagħna hu l-ħallieq - hu li joħloq, hu li għad irid joħloq – Naraw kemm Alla tagħna
huwa Alla żvinturat nerġa ngħid u xorta jibqa’ jfisset fil-bnieden:
Fil-kapulavur tiegħu tal-ħolqien ried li jaqsmu ma’ kreatura XBIEHA TIEGĦU - [Ġen:2:7, 15-24]Il-Mulej Alla sawwar il-bniedem mit-trab ta' l-art u nefaħlu fi mnifsejh nifs il-ħajja, u l-bniedem sar ħlejqa ħajja.U l-Mulej
Alla ħa lill-bniedem u qiegħdu fil-ġnien ta' l-Għeden biex jaħdmu u jħarsu. U l-Mulej Alla ordna lill-bniedem u qallu: “Mis-siġar kollha tal-ġnien tista' tiekol, imma
mis-siġra ta' tagħrif it-tajjeb u l-ħażin, la tikolx minnha, għax dak in-nhar li tiekol
minnha żgur li tmut.” U l-Mulej Alla qal: “M'hux sewwa li
l-bniedem jibqa' waħdu. Ħa nagħmillu għajnuna tgħodd għalih.” U l-Mulej Alla sawwar mill-art annimali
selvaġġi u t-tajr kollu ta' l-ajru, u ġiebhom quddiem il-bniedem
biex jara xi jsemmihom; u skond ma jkun il-bniedem semma lil kull ħliqa ħajja, dak ikun isimha. U
l-bniedem ta isem lil kull bhima u 'l kull tajra ta' l-ajru, u 'l kull annimal
selvaġġ; imma għall-bniedem ma nstabet ebda għajnuna tgħodd għalih. U l-Mulej Alla tefa'
nagħsa tqila fuq il-bniedem; u dan raqad. U ħadlu waħda minn kustiljih u flokha
mlieh bil-laħam. U l-Mulej Alla sawwar il-kustilja, li kien ħa mill-bniedem, f'mara u ġiebha lill-bniedem. Mbagħad il-bniedem qal: “Din id-darba
din hi għadma minn għadmi, u laħam minn laħmi, għalhekk tissejjaħ mara, għax mir-raġel ittieħdet hi.” Għalhekk ir-raġel iħalli lil missieru u lil ommu u jingħaqad ma' martu u jsiru ġisem wieħed... u ma dan kollu Alla ra kifgħas-sefsif tax-xitan - tqarrqu bil-kurżità ... imma minkejja li tkeċċew mill-ġnien ta’ Għeden, ħallihom jgħixu fil-libertà, iva, imma b’konsegwenza tad-diżubbidjenza, jerfgħu r-responsabilità kollha
ta’ għemilhom, jaħdmu bit-tbatija fiżika u fi ġlieda spiritwali; ... u ħallihom ikattru u jitkattru
– għax Alla jħobb tassew - iħallina fil-libertà jekk irridux
nirreċiprokaw imħabbtu jew le – Id-dinjità
ta’ uliedu tinsab fil-libertà tagħhom ...
Imma kulħadd huwa msejjaħ għall-qdusija.
Wara ħafna ġenerazzjonijiet ta’
disfatti u fallimenti, Alla kellem lil bniedem xiħ, pagan [Ġen:12:1] U l-Mulej qal lil Abram: “Qum u itlaq minn
artek, minn art twelidek, u minn dar missierek, lejn l-art li jien nurik. U
minkejja li kien pagan, Abram emmen li qed ikellmu Alla u obdieh bis-sħih, għax
telaq b’niesu u b’kollox, avolja ma kienx jaf fejn sejjer !!! U
b’Abraham, Alla beda’ jibni poplu, poplu li kien għadu mingħajr pajjiz.
[Ġen:15:13] U l-Mulej qal lil Abram: “Frustier għad jgħammar
nislek, f'art li ma tkunx tiegħu. Hemm iħaddmuhom u jgħakksuhom għal erba'
mitt sena. Imma l-ġens li huma jaqdu nagħmel ħaqq minnu jien.Għaddew il-mijiet tas-snin u
naraw kif Alla għin lil Mose jeħles il-poplu tiegħu mill-jasar fl-Eġittu, jiktiblu
l-kmandamenti u jagħtih l-ordnijiet billi għamel Patt mal-poplu tiegħu ... imma
l-bniedem jinsa malajr lil min l-aktar jixtieqlu l-vera ġid ... Hekk naraw kif
mill-bidu tal-bniedem fuq din l-art, ix-xitan
ħataf l-opportunità biex
jabbuża minn din il-libertà biex
jinfiltra fil-ħajja tal-bniedem – Mhux ta’ b’xejn Ġesù jwissina [Lq:21:36]Ishru, mela, u itolbu l-ħin kollu, biex tkunu tifilħu tgħaddu minn kull ma għandu jiġri u tieqfu quddiem Bin
il-bniedem."... u [Mt:10:16] "Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup. Kunu mela għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem.
Dan hu l-bombardiment
kontinwu, riżultat tal-mibgħeda, tal-għira u l-indannazzjoni tax-xitan, li qatt ma aċċetta li ALLA jagħżel bniedem
– anzi bniedma, verġni, imnissla bla dnub, mimlija bil-grazzja, biex issir omm
ta’ Ibnu Ġesù u omm il-Knisja tiegħu, jitnissel bniedem bħalna minbarra d-dnub, jitwieled,
jikber u jgħallem bil-qawwa kollha minkejja l-opposizzjoni u tfixkil, biex juri
s-sbuħija tas-Sewwa (IL-VERITÀ) u jikxef it-tattiċi qarrieqa tax-xitan ... Fi
tliet snin Ġesù għallem kif il-bniedem jista’ jkun kapaċi jgħix bix-xejn meta jkun sinċier miegħu nnifsu, u ħaġa waħda ma Alla. Meta nżommu il-Patt miegħU u nifhmu id-dinjità tal-Liġi tiegħu, il-prioritajiet li qabel
konna nagħtu lilna nfusna, isiru irrilevanti. [Ġw:6:63]Hu l-ispirtu li jagħti l-ħajja, il-ġisem ma jiswa għal xejn. Il-kliem li jiena għedtilkom huwa spirtu u ħajja. F’imħabba u ubbidjenza
mal-Missier, Ġesù[Fil:2:8]ċekken lilu nnifsu, billi
obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib, u wara li qam mill-mewt,
baqa jibni lil appostli fil-Fidi, imlihom bil-qawwa tal-Ispirtu Qaddis, urihom u
għadu jurihom kif huma għandhom imexxu l-Knisja tiegħu b’fedeltà dejjiema u sinċiera - missjunarji li jwassluh
fid-dinja kollha bil-Kelma, bis-sagramenti, fl-Ewkaristija u bl-opri tal-ħniena.
GĦALHEKK ALLA, minkejja d-disappunti
u l-abbandun tagħna, l-inganni u l-fallimenti tagħna, it-tagħlim tajjeb li ħrabna minnu, il-ħama u l-ħmieġ tagħna, it-taħwid u t-taqlib tagħna, minkejja l-mard u d-djufija
tagħna, l-iskandli li nirċievu u anke l-iskandli li ngħatu – JIBQA’ JĦOBBNA GĦAX HU - ALLA LI
ĦALAQNA GĦANDU FIDUĊJA FINA !
JIBQA’ JEMMEN U JIBQA’ JIBGĦAD GĦAJNUNA KIF NISTGĦU NINBIDLU GĦALL-AĦJAR ! – L-IMĦABBA
TIEGĦU ppersonifikatha bil-patriarki, profeti, slaten ... u pperfezzjonatha fi
Kristu Ġesù – minkejja li bi dnubna niċħduh, nittraduħ, niddubitawh, inżebilhuh, ngħajjruh, nirredikulawh, nabbandunawh,
nisfidawh, nabbużaw mill-ħniena infinita tiegħu u mis-sagrament tal-Qrar ... Alla jibqa b’dirajh
miftuħa jilqa’ lil kull min tiġih ix-xewqa li jinfatam
mill-qerq u mill-vizzji li waqa’ fihom: Il-ħażen iseħħ - bit-tendenza tad-dnub
tan-nisel, jew għax il-bniedem qatt ma
sema bil-Kelma ta’ Alla jew għax ikun irid iwarrabha ħa jħossu komdu fid-dlam
tad-dnub -[Lhud:4:12] Il-kelma ta' Alla hi ħajja u qawwija, taqta' aktar
minn xabla b'żewġt ixfar; hija tinfed sa tifred minn xulxin ir-ruħ ul-ispirtu u l-ġogi u l-mudullun; u tgħarbel il-ħsibijiet u l-fehmiettal-qalb - timlina bil-perseveranza,
bit-tama, bl-indiema sobiena ... u bil-qawwa t’Alla nkunu nifilħu nrażżnu u ngħelbu n-natura dgħajfa’ tagħna mis-sefsif u l-qerq tal-Ħażin. Inkunu nifilħu niffaċċjaw u ngħelbu lilna nnfusna mit-tendenzi
negattivi fina – bħal nuqqas ta’ paċenzja, rabja, tpattija, biża, anzjetà, qtiegħ il-qalb, dubji, suppervja, vanità,
vana-glorja ...
(Lk 6:27-38)Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom - MA NIĠĠUDIKAWX, lanqas bil-ħsieb – Biss biss ma ninsewx il-ħniena ta’ Ġesù ... waqt li hu jinsab imbiċċer,
imdendel mas-salib, jitlob [Lq:23:34] "Missier, aħfrilhom,
għax ma jafux x'inhuma jagħmlu."Kif
ukoll ma ninsewx il-maħfra mmedjata lil ħati li nidem meta qal [Lq:23:42-43]
"Ġesù, ftakar fija meta tidħol fis-Saltna tiegħek." u Ġesù wieġbu:
"Tassew ngħidlek, illum tkun fil-Ġenna miegħi."
Alla jħobbna, kif ukoll iħobb lil min jagħmlilna l-bsaten fir-roti, lil
min jipprovokana u jittormentana biex nirrispondu għall-inkejja u l-isfidi
tiegħu għall-ħazen, lil min jogħbodna, lil min jixtieqilna
d-deni, lil min biċċrilna l-paċi fil-familja, anke lil min jaħseb li
mhux se jiġi milħuq minn Alla ! Alla hu
l-aqwa psikologu għax Hu jaf li x-xitan isefsef il-ħażen f’moħħ il-bniedem, sa
mill-bidu: Hu biss jaf minn x’hiex tkun għaddejja kull persuna – sew min
jagħmel id-deni u sew il-vittma + l-familja tagħha ! Jibqa’ jħobb lil min jaqa’ għal kull livel ta’ kriminalità, għax Hu jara lil hinn x’ġegħlu jaqa’ daqshekk fil-baxx:
Jista’ jkun li għaddej minn stress ta’ problemi, disperazzjoni u mard
psikoloġiku ... imma jinfexx fid-dgħajjef li jara madwaru minnflok fl-għajnuna
u l-kura; jista’ jkun trobbija b’eżemżji ħżiena u skandli; jista’ jkun ġie mmaqdar u bullied minn ċkunitu u jirribella; jista’
jkun intilef b’tentazzjonijiet ta’ poter u jabbuża mis-sitwazzjoni jew professjoni (eż. Tabib li suppost
wiegħed li jagħmel minn kollox biex ma tintilifx il-ħajja u mbaghad jaqbel
mal-abort, l-awtenażia u esperimenti illeċiti ) ... u Alla jibqa’ jħobb lil kull persuna l-istess, anke lil dik, li hu
għadhu kif ħalaq - sew fil-ġuf u sew fil-laboratorju -
avolja jsir abbuż xjentifiku – għax il-ħajja ta’ kull bniedem hi importanti
u prezzjuża. Ħi rigal minn Alla l-Missier għall-eternità. B’hekk naraw u niġu konxji kif
IL-QAWWA TIEGĦU TIDĦER
L-AKTAR, FIL-ĦNIENA TIEGĦU
U, LI ... IL-ĦNIENA TA’ ALLA
... HIJA ‘L FUQ MIL-LIĠI !
Min jaf kemm għad irridu
niskantaw b’min ħa naraw fil-Ġenna ! (J’Alla li narawhom mill-viċin )
Għalhekk O Trinità Qaddisa aħna nitolbuk maħfra ta’ kemm il-darba niddiżappuntawk – aħna li rridu
nwassluk lid-dinja anke f’kull prova – għax kull persuna li hija diffiċli,
ta’ xkiel f’hajjitna, Inti O Alla tkun
qed tfakkarna li rridu nkunu mezz ta’ konverżjoni għaliha ... u għalina biex
nibqgħu saqajna ma l-art u ma nitkabbrux li wasalna f’xi tarġa ‘l fuq minn ħaddieħor:
Fakkarna nistaqsu lilna nfusna, ”Kieku int Ġesù x’tagħmel?” QABEL ma nwettqu xi azzjoni, qabel ma jiġina xi ħsieb li noġġezzjonaw
u nikkritikaw. Ibnina ħalli bil-kalma, bis-silenzju u bit-talb, nwasslu biss il-Verità
u l-ġustizzja perfetta tiegħek. Agħllimna naħfru lil min jonqosna, kif Int tgħadirna u taħfrilna fis-sagrament tal-qrar.
Nirringrazzjawk tal-grazzja li timlina bis-sensittività għall-ħtiġijiet u l-bżonnijiet tal-oħrajn.
B’ħarsitna lejk biss O Alla nibqgħu f’sensina, umli u leali lejn il-Liġi tiegħek, għax Int tridna ngħożżu l-persuna tagħna u ta’ l-oħrajn ... bid-dinjità u
r-rispett li jixraq it-tempju tiegħek fina ... bil-għajnuna u l-grazzja speċjali
tal-Ispirtu Qaddis, flimkien ma l-eżempju, l-għajnuna u l-interċessjoni ta’
Ommna Marija u tal-qaddisin.
[Efes:4:1-6]Nħeġġiġkom jien, il-priġunier tal-Mulej, biex timxu sewwa skond is-sejħa li biha kontu msejjħin; billi bl-umiltà kollha, bil-ħlewwa u bis-sabar, taħmlu u tħobbu 'l xulxin. Ħabirku biex iżżommu spirtu wieħed bir-rabta tas-sliem; ġisem wieħed u ruħ waħda, l-istess kif kontu msejjħa għal tama waħda: Mulej wieħed, fidi waħda, magħmudija waħda; Alla
wieħed u Missier ta' kulħadd, li hu fuq kulħadd, b'kulħadd u f'kulħadd. [S:121:1-2] Nerfa' għajnejja lejn l-għoljiet; mnejn se
tiġini l-għajnuna? L-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej, li għamel is-sema u
l-art. [S:9:8-11] Imma
l-Mulej isaltan għal dejjem, iwaqqaf għall-ħaqq it-tron tiegħu. Hu jagħmel ħaqq mid-dinja bil-ġustizzja, jiġġudika l-popli
bis-sewwa.Ikun il-Mulej kenn għal min hu mgħakkes, kenn għalih fi żmien id-dwejjaq. Fik jittama
min jagħraf lil ismek, għax int, Mulej, ma titlaqx 'il min ifittxek.
- - - - - - - - - - - -
Ex Opere Operato from 3 Minute Theology youtube Channel
--- ... ISSA Ftit teoloġija
sagramentali ... ħalli x-xitan ma jidħaqx bina biex nitbgħedu mill-Knisja,
mill-quddies, mis-sagramenti – b’hekk, kif jgħid sew San Ġorġ Preċa -
it-tagħlim TAJJEB huwa l-għajn ta’ kull ġid !–
Ex Opere Operato li tinsab fil-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika 1128:
Dan ifisser dak li tgħid il-Knisja: li s-sagramenti jaħdmu ex opere operato
(letteralment “mill-fatt stess li qiegħed isir għemil”), jiġifieri bis-saħħa
tal-ħidma għas-salvazzjoni ta’ Kristu, ħidma li saret darba għal dejjem. Minn
dan jiġi li “s-sagrament ma jseħħx permezz tal-ġustizzja tal-bniedem li jagħti
s-sagrament jew jirċevih, iżda bil-qawwa ta’ Alla”. Sakemm sagrament hu
ċċelebrat skond il-fehma tal-Knisja, is-setgħa
ta’ Kristu u ta’ l-Ispirtu tiegħu jaħdmu fih u permezz tiegħu, tkun
xi tkun il-qdusija personali tal-ministru. Iżda l-frott tas-sagramenti
jiddependi ukoll
mid-diżposizzjonijiet ta’ min jirċevihom.
IS-SAGRAMENTI HUMA X-XOGĦOL
TA’ KRISTU, LI JAĦDEM FIL-KNISJA TIEGĦU: Santu
Wistin jgħid “Meta Pietru jgħammed, huwa Kristu li jgħammed, meta Ġuda
jgħammed, huwa Kristu li jgħammed”. Mela iċ-ċelebrazzjonijiet tas-sagramenti
ma jiddependux fuq il-qdusija personali tas-saċerdot li jkun qed jiċċelebrahom
għax attwalment huwa Kristu li jkun qed jagħti l-grazzja li dak is-sagrament
iseħħ - jekk ikun validu (ir-rit ikun bil-kliem propju u jintuża eż., l-ilma
għall-mgħamudija u l-ħobż u nbid għall-Ewkaristija) u aħna jkonna l-grazzja li
nirċevu lil Ġesù ... basta li nkunu fi stat ta’ grazzja li nirċevuh - jiġifieri
mingħajr dnub mejjet.
--- Ma naqtgħux qalbna – Alla
– li ħalaqna ... għandu fiduċja fina ! Grazzi Ġesù ---
N.B. The phrase - Scandalous Mercy (the title of the book by Sr. Emmanuel Maillard) impressed me so much from the first time i saw it, that I could not stop marvel about God's mercy from the beginning when He created man, in His own image.
Please note that I had not read Sr. Emmanuel Maillard's book when I wrote the above, ĦNIENA SKANDALUŻAeven now I have not yet. I am certain that she has so much more to say and to testify about God's unconditional love for us all ! I recommend this very inspiring book. Thank you Sr. Emmanuel
SCANDALOUS MERCY - When God Goes Beyond the Boundaries
1 COR 15:1-11
I am reminding you, brothers and sisters,
of the Gospel I preached to you,
which you indeed received and in which you also stand.
Through it you are also being saved,
if you hold fast to the word I preached to you,
unless you believed in vain.
For I handed on to you as of first importance what I also received:
that Christ died for our sins in accordance with the Scriptures;
that he was buried;
that he was raised on the third day in accordance with the Scriptures;
that he appeared to Cephas, then to the Twelve.
After that, he appeared to more than five hundred brothers at once,
most of whom are still living, though some have fallen asleep.
After that he appeared to James,
then to all the Apostles.
Last of all, as to one born abnormally,
he appeared to me.
For I am the least of the Apostles,
not fit to be called an Apostle,
because I persecuted the Church of God.
But by the grace of God I am what I am,
and his grace to me has not been ineffective.
Indeed, I have toiled harder than all of them;
not I, however, but the grace of God that is with me.
Therefore, whether it be I or they,
so we preach and so you believed.
Gospel of the day
LK 7:36-50
A certain Pharisee invited Jesus to dine with him,
and he entered the Pharisee's house and reclined at table.
Now there was a sinful woman in the city
who learned that he was at table in the house of the Pharisee.
Bringing an alabaster flask of ointment,
she stood behind him at his feet weeping
and began to bathe his feet with her tears.
Then she wiped them with her hair,
kissed them, and anointed them with the ointment.
When the Pharisee who had invited him saw this he said to himself,
"If this man were a prophet,
he would know who and what sort of woman this is who is touching him,
that she is a sinner."
Jesus said to him in reply,
"Simon, I have something to say to you."
"Tell me, teacher," he said.
"Two people were in debt to a certain creditor;
one owed five hundred days' wages and the other owed fifty.
Since they were unable to repay the debt, he forgave it for both.
Which of them will love him more?"
Simon said in reply,
"The one, I suppose, whose larger debt was forgiven."
He said to him, "You have judged rightly."
Then he turned to the woman and said to Simon,
"Do you see this woman?
When I entered your house, you did not give me water for my feet,
but she has bathed them with her tears
and wiped them with her hair.
You did not give me a kiss,
but she has not ceased kissing my feet since the time I entered.
You did not anoint my head with oil,
but she anointed my feet with ointment.
So I tell you, her many sins have been forgiven;
hence, she has shown great love.
But the one to whom little is forgiven, loves little."
He said to her, "Your sins are forgiven."
The others at table said to themselves,
"Who is this who even forgives sins?"
But he said to the woman,
"Your faith has saved you; go in peace."
Words of the Holy Father
The word salvation — ‘Your faith has saved you!’ — is only said to the woman, who is a sinner. And she says it because she managed to weep for her sins, so to speak. ‘I am a sinner’. On the contrary, he doesn’t say it to those people who, although they were not bad, these people actually “believed they weren’t sinners”. To them the sinners were the others: the publicans, the prostitutes. Salvation enters the heart only when we open the heart in the truth of our sins. (Santa Marta, 18 Sept 2014)
==================
Lk 7:36-50 -- Jesus Anointed by a Sinful Woman - Dnubietha, li kienu ħafna, nħafrulha, għax ...
--- Her many sins have been forgiven, or she would not have shown such great love ---
- THURSDAY GOSPEL OF WEEK 24 IN ORDINARY TIME
- IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 11 IN ORDINARY TIME
OR Alternative Gospel Lk 7, 36-8:3
--- https://youtu.be/D0I_U4GFU9A ---
Evanġelju
Dnubietha, li kienu ħafna, nħafrulha, għax ħabbet ħafna
Lq 7, 36-50
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F'dak iż-żmien,[Lq:7:36] Wieħed mill-Fariżej stieden lil Ġesù biex jiekol miegħu; Ġesù daħal għand il-Fariżew u qagħad għall-ikel. [Lq:7:37] Issa fil-belt kien hemm midinba magħrufa. Din saret taf li kien qiegħed għall-ikel fid-dar tal-Fariżew; ġiebet vażett ta' l-alabastru biż-żejt ifuħ; [Lq:7:38] u marret qagħdet warajh ħdejn riġlejh, tibki u xxarrablu riġlejh bi dmugħha u tixxuttahomlu b'xuxitha; mbagħad bisitlu riġlejh u dilkithomlu biż-żejt ifuħ.
[Lq:7:39] Kif ra hekk il-Fariżew li stiednu qal bejnu u bejn ruħu: "Dan, li kien profeta, kien ikun jaf min hi u x'mara hi din li qiegħda tmissu; kien ikun jaf, għax hi midinba!" [Lq:7:40] Imma Ġesù qabad u qallu: "Xmun, għandi ħaġa xi ngħidlek.""Għid, mgħallem" qallu dak. [Lq:7:41] "Tnejn min-nies kellhom id-dejn ma' wieħed li jislef il-flus; wieħed kellu jagħtih ħames mitt dinar u l-ieħor ħamsin. [Lq:7:42] Minn fejn iħallsu dejnhom ma kellhomx, u hu ħafrilhom it-tnejn. Min minnhom se jħobbu l-iżjed?" [Lq:7:43] Wieġeb Xmun u qal: "Jidhirli jien li dak li ħafirlu l-iżjed." "Ħsibtha tajjeb" qallu Ġesù.
[Lq:7:44] Mbagħad dar lejn il-mara u qal lil Xmun: "Qiegħed taraha lil din il-mara? Dħalt għandek, u ilma għal riġlejja ma tajtnix, iżda hi riġlejja xarrbithomli bi dmugħha u xxuttathomli b'xuxitha. [Lq:7:45] Bewsa ma tajtnix, iżda hi minn xħin daħlet ma waqfitx tbusli riġlejja. [Lq:7:46] Rasi ma dlikthilix biż-żejt, imma hi dilkitli riġlejja b'żejt ifuħ. [Lq:7:47] Għalhekk ngħidlek li dnubietha, li kienu ħafna, nħafrulha, għax ħabbet ħafna; imma min jinħafirlu ftit, ftit iħobb."
[Lq:7:48] Mbagħad qal lilha: "Dnubietek maħfura." [Lq:7:49] Dawk li kienu fuq il-mejda miegħu bdew jgħidu fihom infushom: "Dan min hu biex jaħfer id-dnubiet ukoll?" [Lq:7:50] Iżda hu qal lill-mara: "Il-fidi tiegħek salvatek; mur bis-sliem."
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
==============================
Pope in Santa Marta: The workhorse of the devil is hypocrisy - Published on 20 Sep 2018
In the morning Mass at the Casa Santa Marta, Pope Francis calls us to be merciful like Jesus, and to not condemn others.
By Giada Aquilino
Let us ask Jesus, “with His mercy and His forgiveness,” always to protect our Church which “like a mother, is holy,” but is also “full of sinful children, like us.” This was the prayer of Pope Francis at the morning Mass at the Casa Santa Marta. The Holy Father was reflecting on the day’s readings, focusing on the words of Jesus: “her many sins have been forgiven; for she has shown great love.”
Jesus sees small acts of love
The Pope described three types of people in the day’s readings: Jesus and his disciples; Paul and the woman whose sins were forgiven; and the doctors of the law.
The woman in the Gospel is described as having “so much love towards Jesus,” while not hiding the fact that she is a sinner. Saint Paul, the Pope said, is similar in recognizing, and handing on to us, that “Christ died for our sins.” Both were seeking God “with love,” but their love was a kind of “half-love.” The Pope explained that when Paul was persecuting the Church, he thought that love was a law and his heart was closed to the revelation of Jesus Christ. He persecuted Christians out of zeal for the law; and this, the Pope said, was a love that was immature.
The woman, too, was seeking love, the “little love.” The Pharisees commented on the fact that she was a sinner, but Jesus explains: “This woman was forgiven much because she loved much.” The Pope puts a question in the mouth of the Pharisees:
“But how can she love? These people [sinners] do not know how to love.” [But] they seek love. And Jesus, speaking about these people, says – he once said – that they are before us, in the Kingdom of Heaven. “But what a scandal!” – the Pharisees [say] – “But these people!” Jesus looks upon the small gesture of love, the small gesture of good will, and takes it, and carries it forward. This is the mercy of Jesus: He always forgives, He always receives.
The scandal of the hypocrites
With regard to the “doctors of the law,” Pope Francis says that “they have an attitude that only the hypocrites use often: they are scandalized.” And they say:
“But look, what a scandal! You can’t live like that! We have lost our values. Now everyone has the right to enter into the church, even the divorced, everyone. But where are we?” The scandal of the hypocrites. This is the dialogue between the great love that forgives all, [the love of] Jesus; [and] the love “by halves” of Paul and of this woman, and also our [love], which is an incomplete love because none of us is a canonized saint. Let’s be honest. It is hypocrisy: the hypocrisy of the “just,” of the “pure,” of those who believe they are saved by their own proper external merits.
The Church historically persecuted by hypocrites
Jesus recognizes how such people show exteriorly that “all is well” – He speaks of “whitened sepulchers” – but within there is rot and decay. The Pope continued:
And the Church, when it journeys through history, is persecuted by hypocrites: hypocrites within and without. The devil has nothing to do with repentant sinners, because they look upon God and say, “Lord, I am a sinner, help me!” And the devil is impotent; but he is strong with hypocrites. He is strong, and he uses them to destroy, to destroy the people, to destroy society, to destroy the Church. The workhorse of the devil is hypocrisy, because he is a liar. He makes himself out to be a powerful prince, beautiful, and from behind he is an assassin.
No comments:
Post a Comment