blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Monday, September 13, 2010

DANJEL 3: 51-90 --- Kantiku tat-tliet żagħżagħ

 

Thrown Into The Fire (The Bible mini series) Beautiful scene

https://www.youtube.com/watch?v=uq9BO1McHI0





Kantiku tat-tliet żagħżagħ

[3:51] Mbagħad it-tlieta b’leħen wieħed bdew ifaħħfru, jsebbħu u jbierku ‘l Alla fil-forn u jgħidu:

[3:52] Mbierek Int, Mulej Alla ta’ missierijietna, ta’ min ifaħħrek u jgħollik għal dejjem, Imbierek ismek, qaddis u msebbaħ, ta' min ifaħħru sewwa u jgħollih fuq kollox għal dejjem.

[3:53] Mbierek Int fit-tempju tas-sebħ imqaddes tiegħek, ta’ min jogħllik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

[3:54] Mbierek Int li qiegħed fuq il-kerubini, li ħarstek tinfed l-abbissi, ta’ min ifaħħrek u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

[3:55] Mbierek Int fuq it-tron ta’ saltnatek, ta’ min ifaħħrek fuq kollox għal dejjem.

[3:56] Mbierek Int fil-wisa’ kollu tas-sema’, ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

[3:57] Bierku għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, faħħruh u għolluh għal dejjem.

[3:58] Bierku, anġli tal-Mulej il-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

[3:59] Bierku smewwiet lill-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

[3.60] Bierku , ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem

[3:61] Bierku, setgħat kollha il-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

[3:62] Bierku, xemx u qamar il-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

[3:63] Bierku, kwiekeb tas-sema il-Mulej,faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

[3.64] Bierku xita u nida kollha il-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

[3.65] Bierku rjieħ kollha il-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

[3:66] Bierku, nar u sħana il-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

[3.67] Bierek bard u ksieħ il-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem

[3:68] Bierku nida u borra il-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

[3:69] Bierku, silġ u bard il-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

[3:70] Bierku, ġlata u silġ il-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

[3.71] Bierku, ljieli u ġranet il-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem

[3:72] Bierku, dawl u dlam il-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

[3:73] Bierku, beraq u sħab il-Mulej, faħħruh u għolluh għal dejjem.

[3:74] Ħa tbierek l-art il-Mulej, ħa tfaħħru u tgħollih fuq kollox għal dejjem.

[3.75] Bierku, muntanji u għoljiet il-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

[3:76] Bierku, kull ma jinbet fl-art il-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

[3:77] Bierku, għejun, il-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

[3:78] Bierku, ibħra u xmajjar il-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

[3:79] Bierku, ħut u kull ma jżiġġ fl-ilma il-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

[3:80] Bierku, tjur kollha ta’ l-ajru, il-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

[3:81] Bierku, bhejjem selvaġġi u mansi kollha il-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

[3:82] Bierku, ulied il-bnedmin il-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem

[3:83] Bierek, Iżrael il-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

[3:84] Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

[3:85] Bierku, qaddejja tal-Mulej il-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

[3:86] Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

[3:87] Bierku, qaddisin u intom ta’ qalb umli, il-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

[3:88] Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael il-Mulej faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem. Għax Hu salvana mill Art l-Imwiet, ħelisna minn id il-mewt, salvana minn ġo nofs il-forn ta’nar iħeġġeġ, ħelisna minn qalb l-ilsna tan-nar.

[3:89] Roddu ħajr il-Mulej, għax Hu tajjeb, għax it-tieba Tiegħu għal dejjem.

[3:90] Bierku l’Alla ta’ l-allat, intom ilkoll li tqimu l-Mulej, faħħruh u roddulu ħajr, għax it-tieba tiegħu għal dejjem

Friday, September 10, 2010

1 Kor 9:16-19, 22-27 --- 1 Cor 9:16-19, 22b-27

[1Kor:9:16] Jekk jiena nxandar l-Evanġelju ma għandix biex niftaħar; jien obbligat nagħmlu dan. Ħażin għalija jekk ma nxandarx l-Evanġelju.
[1Kor:9:17] Jekk dan nagħmlu minn rajja, ikolli dritt għall-ħlas; imma jekk nagħmlu għax obbligat, dan ifisser li qiegħed nagħmel ix-xogħol li Alla fdali f'idejja.
[1Kor:9:18] X'inhu mela l-ħlas tiegħi? Li meta nxandar l-Evanġelju, nxandru b'xejn, bla ma nfittex id-dritt li jagħtini l-Evanġelju stess.
[1Kor:9:19] Għax għad li ma jiena marbut ma' ħadd, jien għamilt lili nnifsi lsir ta' kulħadd biex nirbaħ lil ħafna.

[1Kor:9:22] Sirt dgħajjef fost dawk li kienu dghajfa fil-fidi, biex nirbaħ id-dgħajfin. Sirt kollox ma' kulħadd, biex insalva 'l xi whud minnhom b'kull mezz li nista'.
[1Kor:9:23 U da kollu naghmlu ghall-Evanġelju sabiex inkun naqsam il-barka tieghu ma' haddiehor.
[1Kor:9:24] Ma tafux li fl-istadju l-ġerrejja kollha jiġru, imma l-premju jirbħu wieħed ? Iġru, mela, ħalli tirbħuh.
[1Kor:9:25] Kull atleta kollox jiehu bil-qies, u dawn biex jirbħu kuruna midbiela, imma aħna, waħda li ma tidbielx.
[1Kor:9:26] Jien issa hekk niġri, mhux qisni bl-addoċċ; ma nissarax bħallikieku qiegħed nagħti fil-vojt.
[1Kor:9:27] Iżda ngħakkes bl-aħrax lil ġismi u njassru, biex ma jiġrilix li, wara li nkun ippridkajt lil ħaddieħor, jiena stess insib ruħi kkundannat.


1 Cor 9: 16-19, 22b-27

16 For if I preach the Gospel, it is not glory for me. For an obligation has been laid upon me. And woe to me, if I do not preach the Gospel.
17 For if I do this willingly, I have a reward. But if I do this reluctantly, a dispensation is granted to me.
18 And what, then, would be my reward? So, when preaching the Gospel, I should give the Gospel without taking, so that I may not misuse my authority in the Gospel.
19 For when I was a free man to all, I made myself the servant of all, so that I might gain all the more.
22 I became weak, so that I might gain the weak. To all, I became all, so that I might save all.
23 And I do everything for the sake of the Gospel, so that I may become its partner.
24 Do you not know that, of those who run in a race, all of them, certainly, are runners, but only one achieves the prize. Similarly, you must run, so that you may achieve.
25 And one who competes in a contest abstains from all things. And they do this, of course, so that they may achieve a corruptible crown. But we do this, so that we may achieve what is incorruptible.
26 And so I run, but not with uncertainty. And so I fight, but not by flailing in the air.
27 Instead, I chastise my body, so as to redirect it into servitude. Otherwise, I might preach to others, but become myself an outcast.

Wednesday, September 01, 2010

ALLA DEJJEM JILQGĦEK LURA GĦANDU - ALLA JIBQA' JĦOBBOK - ALLA HUWA MĦABBA



KEMM iżejjinulek sabiħ id-dnub ix-xitan: Kif tħossok li int xi Alla, għandek id-dritt, il-jedd - għax tħoss li la għajrek ħaddieħor, għax weġġgħak xi ħadd, għax tħossok li ġejt abbandunat/a, għax int ġejt misruq/a, għax ġejt iddiżappuntat/a, għax ġejt ittradut/a, għax tħossok minsi/ija minn kullħadd, għax ġejt abbużat/a, għax trabbejt f'ambjent mħawwad, għax ħadd ma ħa ħsieb jgħallmek, għax tefgħuk f'istitut, għax trabbejt bla ġenituri, għax ħassejtek il-'black sheep' u kont mwarrab/a minħabba preferenzi, għax in-negattivita tal-arblu tar-razza qed tiġbdek lejn il-ħażen, vizzji, dbaħrit;...
jew...
mill-banda 'l oħra għax rnexxejt fl-iskola, għax ilħaqt fl-aqwa posizzjoni u tikkmanda n-nies....ix-xitan jimlik b'ħafna arja u kburija, bil-vana glorja, u b'ħafna mibegħda, rabja, korla lejn min joħodha kontra tiegħek, tara lil kullhadd dubbien, timtela' kollok ribeljoni....u taqa' ma kull tentazzjoni li jġiblek quddiemek għax jgħidlek int għandek id-dritt, la ħa tieħu sudisfazzjon biħ u ISSA . Allura tinġarr mal-kurrent --- tas-sess - li ALLa ħalaq bejn mara u raġel FIŻ-żwieġ; kull kwalita ta' serq anke adulterju; qtil anke emozjonali, psikoloġiku, morali, mhux fiżiku biss; tinġarr mal-kurrent tal-vizzji li, sew għax tkun trid tixxowja bi skandli, aħseb u ara bli ma tafx min qiegħed jarak u int ma tarahx għax minn għalik qiegħed waħdek.....( ALLa dejjem qed jarak, jgħarbel u jagħraf x'qed tredden f'moħħok kull ħin; Jaf kull intenzjoni ta' għemilek )..... Kif iġibek 'puppet on a string' ix-xitan...u kemm tħossok kburi u 'ferħan' għax għaddiet tiegħek.....iżda tibda' tħossok marbut b'katina ħoxna...għax jibda' jseffsiflek li, la wasalt s'hawn ħu izjed, ħu aktar u aktar u aktar....IMMA xorta tibqa' tħoss vojt, tħoss li dak is-sudisfazzjon li webblek ix-xitan jissfaxxa malajr fix-xejn !...
u tibda tniggżek il-kuxjenza u tibda tgħid kif wasalt sal-qieh daqshekk, kif kellek l-guts li tabbuża' mill-liberta t'ALLA daqshekk. Kif għażilt il-jasar flok il-ħelsien ?  Tibda' tiġik ix-xewqa li tmur tqerr u dbiddel ħajtek............ISSA tibda' tara l-qerq 'l ieħor tax-xitan - għax jibda' jimlik bil-mistħija ta kif se tiftaħ qalbek ma' saċerdot, bniedem ieħor ( imma nafu li s-saċerdot, uman bħalna, hu magħżul u mbierek minn ALLA ), jibda' jbeżżak li s-saċerdot ħa jgħid bik, li ħa waqqak għaċ-ċajt u ħa jgħajjrek, ( iżda nafu li s-saċerdot hu marbut bis-sigriet tas-sagrament); u x-xitan jibda' jonfoħ dnubietek u jkabbarhom biex aktar tistħi u tibza' tmur tqerr; jibda' saħansitra jgħajjrek bid-dnubiet li hu stess waqqak fihom....għax tant ikun indannat li ħa jitilfek minn taħt il-ħakma tiegħu li saħansitra jpoġġik f'tentazzjonijiet li ssoltu kont taqa', ħa terġa' lura...
Kun lest li ħa jingannak ukoll, u jgħidlek 'iva ok dnibt imma mur GĦADA' u l-għada jerga' jgħidlek 'u le mur ġurnata oħra qerr!'. X'ingann hux biex ma tinħelisx mill-ħakma tiegħu; tibqa' indannat bil-geġwiġija ta' ħsibijiet ħa tibqa' mċaħħad mill-ferħ u paċi fil-qalb..........IMMA ALLA DEJJEM MIEGĦEK, dejjem jistennik titolbu l-għajnuna...

'' Għejni O ALLA, tini l-kuraġġ ħa nbiddel ħajti, ħa nistqarr dnubieti, nitolbok qawwili l-fidi fiK, għax kelli mmiss il-qiegħ, fil-ħama u t-tajn biex niġi f'sensija u ninduna bil-ħajja żbaljata ?  Għinni Mulej Ġesù"........Iva Alla jimlik bil-kuraġġ, irid jerġa' jgħannqek miegħu ...ħa ssib il-veru ferħ ġenwin li jfakkrek meta kont tifraħ bix-xejn, meta kont innoċenti.
Grazzi Mulej talli ridtni nwassal dal-messaġġ ta' kuraġġ lil min wasal jaqra s'hawn. Iva Mulej int tinqegħda bl-aktar dgħajjef, ħalli aktar toħrog il-qawwa tiegħeK, l-imħabba tiegħeK, il-Glorja tiegħeK.....

Iva ALLA qed jgħidlek "Jien id-Dawl li nurik it-triq tal-Verità. Irridek tgħix bis-serenità f'qalbek - 'l bogħod mill-jasar u l-ġidba tal-vizzji... - irridek taqsam il-ferħ veru li nimla' lil qalbek, mal-proxxmu kollu"



(2006) - Fr Elija Vella OFM Conv In Jesus' Name, I renounce to any evil spirit in me or against me






.

EJJA MULEJ ĠESÙ. GĦINNA NĦOSSU L-PREŻENZA TIEGĦEK F'ĦAJJITNA


Kieku jaħmel il-bniedem ferħan ix-xitan. X’għira għandu, għax jaf li Alla jibqa’ jħobbna minkejja d-djufija tagħna, dejjem lest jilqana lura bil-ħmieġ u l-ħama ta' dnubietna għax l-imħabba infinita tiegħU tibdilna.
Ix-xitan jara kif joħloq sitwazzjonijiet ta’ għira, rabja, mibegħda, xewqat u ħsibijiet ħziena, mard, inċidenti, intoppi u diffikultajiet; jinqegħda b’min jemmen fih, għax jipprova ikissirlu ħajtu, aħseb w ara b’min ma jemminx bl-eżistenza tiegħu, kif iħawwdu bl-illużjonijiet. 
 Kif qed jaqta’ qalb iż-żgħażagħ mill-vokazzjoni taż-żwieġ nisrani ! Hu jagħmihom bis-sudisfazzjon immedjat, bil-ħolm ta’ ġid u festa biss u dejjem, mingħajr responsabbilità ta' xejn. Minn naha jagħmiħom ħa jsiefru, jonfqu, jiddejnu, ‘jgawdu’ u mill-banda l-oħra jġgħelħom jiffungaw fis-sess barra żwieġ…..u jekk jiġu t-tfal iseffsfilħom biex jagħmlu l-abort ! Ja żgħażugħ, tista’ timmaġinak erbgħin, ħamsin, sittin sena oħra:- Ġo darek imma waħdek għax kellek vokazzjoni imma kont ġejt mbeżża' miż-żwieġ nisrani – mill-għaqda li ħalaq Alla Nnifsu...
Kif jipprova minn kollox biex ikisser il-familja x-xitan - sew tal-futur kif ukoll il-familji li hawn - għax jaf li hi l-ossiġnu tas-soċjetà. Alla ried li ibnu stess jitwieled ġewwa familja u Hu jaf li f’familja nisranija magħquda miegħU, hemm l-għaqda, il-ħlewwa, il-paċenzja, il-mogħdrija, il-maħfra, il-ferħ li taqsam ħajtek fiż-żwieġ, ma wliedek fil-barka t’Alla, titgħallem tgħid kelma inqas flok tkabbar argument; l-umiltà li tkun lest li ċċedi, titgħallem tisma’, tistenna u anke taċċetta id-difetti ta' ħaddieħor ( għax Alla jġibek konxju li la aċċetta lilek bid-defetti kollha tiegħek, hekk ukoll int trid tagħder lil ħaddieħor għax ebda bniedem ma hu perfett ) Veru hemm difetti u vizzji li mhux kulhadd jiflaħ għalihom....U għalhekk Alla jrid l-għerusija - żmien ta' deċiżjoni biex tgħarbel il-karattru - bis-sabiħ u l-ikraħ tiegħu. Dejjem itlob l-għajnuna t'Alla ħa jgħinnek tieħu deċiżjoni tajba.
Ix-xitan ma jridx l-vokazzjonijiet: Jipprova jimla' l-imħuh bl-aljenazzjonijiet tad-dinja u jipprova jaqta’ qalb dawk iż-żgħażagħ li Alla qed isejjaħ għall-ħajja missjonarja, reliġjuża jew saċerdotali.
Qawwilhom qalbhom Mulej u għinnhom iħossu li l-preżenza Tiegħek hi magħhom, dejjem.
Iva x-xitan irid il-firda, il-biki, it-taħwid u dbaħrit, l-għazz u ħela ta’ ħin -  raġunament li jien xi Alla u kif qed nirraġuna jien tajjeb; hu jogħxa meta nduru għal allat oħra, nissuppervjaw, ngħajjru, ngħiru, nweġġgħu, noqtlu, nisirqu, nifirdu, nkissru……..Qed tindunaw li kollha kontra l-Kmandamenti ??? Alla jrid il-ħajja, il-mogħdrija, l'umiltà  / ix-xitan irid il-mewt, il-mibgħeda, il-kburija. Għalhekk nitolbu l-Alla jgħinna nħossu l-preżenza tiegħU fostna, nersqu lejH mill-ewwel, għatxxana għal dik il-kalma, il-konsolazzjoni, il-paċi f’qalbna, l-iskop tal-ħajja - li Hu biss jagħtina. Ejja Mulej Ġesù, Maranatha, għax aħna nintilfu mingħajreK. Ammen



.