blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: EJJA MULEJ ĠESÙ. GĦINNA NĦOSSU L-PREŻENZA TIEGĦEK F'ĦAJJITNA

Wednesday, September 01, 2010

EJJA MULEJ ĠESÙ. GĦINNA NĦOSSU L-PREŻENZA TIEGĦEK F'ĦAJJITNA


Kieku jaħmel il-bniedem ferħan ix-xitan. X’għira għandu, għax jaf li Alla jibqa’ jħobbna minkejja d-djufija tagħna, dejjem lest jilqana lura bil-ħmieġ u l-ħama ta' dnubietna għax l-imħabba infinita tiegħU tibdilna.
Ix-xitan jara kif joħloq sitwazzjonijiet ta’ għira, rabja, mibegħda, xewqat u ħsibijiet ħziena, mard, inċidenti, intoppi u diffikultajiet; jinqegħda b’min jemmen fih, għax jipprova ikissirlu ħajtu, aħseb w ara b’min ma jemminx bl-eżistenza tiegħu, kif iħawwdu bl-illużjonijiet. 
 Kif qed jaqta’ qalb iż-żgħażagħ mill-vokazzjoni taż-żwieġ nisrani ! Hu jagħmihom bis-sudisfazzjon immedjat, bil-ħolm ta’ ġid u festa biss u dejjem, mingħajr responsabbilità ta' xejn. Minn naha jagħmiħom ħa jsiefru, jonfqu, jiddejnu, ‘jgawdu’ u mill-banda l-oħra jġgħelħom jiffungaw fis-sess barra żwieġ…..u jekk jiġu t-tfal iseffsfilħom biex jagħmlu l-abort ! Ja żgħażugħ, tista’ timmaġinak erbgħin, ħamsin, sittin sena oħra:- Ġo darek imma waħdek għax kellek vokazzjoni imma kont ġejt mbeżża' miż-żwieġ nisrani – mill-għaqda li ħalaq Alla Nnifsu...
Kif jipprova minn kollox biex ikisser il-familja x-xitan - sew tal-futur kif ukoll il-familji li hawn - għax jaf li hi l-ossiġnu tas-soċjetà. Alla ried li ibnu stess jitwieled ġewwa familja u Hu jaf li f’familja nisranija magħquda miegħU, hemm l-għaqda, il-ħlewwa, il-paċenzja, il-mogħdrija, il-maħfra, il-ferħ li taqsam ħajtek fiż-żwieġ, ma wliedek fil-barka t’Alla, titgħallem tgħid kelma inqas flok tkabbar argument; l-umiltà li tkun lest li ċċedi, titgħallem tisma’, tistenna u anke taċċetta id-difetti ta' ħaddieħor ( għax Alla jġibek konxju li la aċċetta lilek bid-defetti kollha tiegħek, hekk ukoll int trid tagħder lil ħaddieħor għax ebda bniedem ma hu perfett ) Veru hemm difetti u vizzji li mhux kulhadd jiflaħ għalihom....U għalhekk Alla jrid l-għerusija - żmien ta' deċiżjoni biex tgħarbel il-karattru - bis-sabiħ u l-ikraħ tiegħu. Dejjem itlob l-għajnuna t'Alla ħa jgħinnek tieħu deċiżjoni tajba.
Ix-xitan ma jridx l-vokazzjonijiet: Jipprova jimla' l-imħuh bl-aljenazzjonijiet tad-dinja u jipprova jaqta’ qalb dawk iż-żgħażagħ li Alla qed isejjaħ għall-ħajja missjonarja, reliġjuża jew saċerdotali.
Qawwilhom qalbhom Mulej u għinnhom iħossu li l-preżenza Tiegħek hi magħhom, dejjem.
Iva x-xitan irid il-firda, il-biki, it-taħwid u dbaħrit, l-għazz u ħela ta’ ħin -  raġunament li jien xi Alla u kif qed nirraġuna jien tajjeb; hu jogħxa meta nduru għal allat oħra, nissuppervjaw, ngħajjru, ngħiru, nweġġgħu, noqtlu, nisirqu, nifirdu, nkissru……..Qed tindunaw li kollha kontra l-Kmandamenti ??? Alla jrid il-ħajja, il-mogħdrija, l'umiltà  / ix-xitan irid il-mewt, il-mibgħeda, il-kburija. Għalhekk nitolbu l-Alla jgħinna nħossu l-preżenza tiegħU fostna, nersqu lejH mill-ewwel, għatxxana għal dik il-kalma, il-konsolazzjoni, il-paċi f’qalbna, l-iskop tal-ħajja - li Hu biss jagħtina. Ejja Mulej Ġesù, Maranatha, għax aħna nintilfu mingħajreK. Ammen



.