blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Mt 10:24-33......Minn min għandkom tibżgħu......

Saturday, July 14, 2012

Mt 10:24-33......Minn min għandkom tibżgħu......


[Mt:10:24] "Ma hemmx dixxiplu aqwa mill-imgħallem, anqas ilsir aqwa minn sidu.[Mt:10:25] Biżżejjed għad-dixxiplu jekk joħroġ jixbah lill-imgħallem tiegħu u l-ilsir lil sidu. Jekk lil sid id-dar tawh il-laqam ta' Begħelżebul, kemm aktar lin-nies ta' daru!
Minn min għandkom tibżgħu
[Mt:10:26] "Għalhekk la tibżgħux minnhom. Għax xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf.[Mt:10:27] Dak li jien ngħidilkom fid-dlam għiduh fid-dawl, u dak li ngħidilkom f'widnejkom xandruh minn fuq il-bjut.[Mt:10:28] U tibżgħux minn dawk li joqtlu l-ġisem bla ma jistgħu joqtlu r-ruħ; imma aktar ibżgħu minn dak li jista' jeqred kemm ir-ruħ u kemm il-ġisem fl-infern.[Mt:10:29] Żewġ għasafar tal-bejt m'hux b'ħabba jinbiegħu? U b'danakollu anqas wieħed minnhom ma jaqa' fl-art mingħajr ir-rieda ta' missierkom.[Mt:10:30] Intom imbagħad sa x-xagħar ta' raskom kollu hu magħdud.[Mt:10:31] Mela xejn la tibżgħu; intom aqwa minn ħafna għasafar tal-bejt.
Id-dixxiplu jistqarr li hu ma' Ġesù
[Mt:10:32] "Kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li hu miegħi, jien ukoll nistqarr li jiena miegħu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet.[Mt:10:33] Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien ukoll niċħad lilu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet.