blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Mt 11:20-24 -- Woe on Unrepentant Towns - Jum il-ħaqq se jkun eħfef għal Tir u Sidon u għall-art ta’ Sodoma milli għalikom.

Saturday, July 14, 2012

Mt 11:20-24 -- Woe on Unrepentant Towns - Jum il-ħaqq se jkun eħfef għal Tir u Sidon u għall-art ta’ Sodoma milli għalikom.





TUESDAY GOSPEL OF WEEK 15 IN ORDINARY TIME

Evanġelju
Jum il-ħaqq se jkun eħfef għal Tir u Sidon u għall-art ta’ Sodoma milli għalikom.

Mt 11, 20-24

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F’dak iż-żmien, [Mt:11:20] Ġesù qabad iċanfar bis-sħiħ l-ibliet li ma wrewx indiema minkejja l-ħafna mirakli li kien għamel fihom:[Mt:11:21] "Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f'Tir u Sidon, kieku ilhom li wrew indiema bl-ilbies ta' l-ixkejjer u l-irmied.[Mt:11:22] Iżda ngħidilkom li jum il-ħaqq se jkun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom.

[Mt:11:23] U int, Kafarnahum, taħseb li se titgħolla sas-sema? Sal-qiegħ nett għad tinxteħet! Għax kieku l-mirakli li saru fik saru f'Sodoma, kieku għadha wieqfa sa llum.

[Mt:11:24] Imma ngħidilkom li jum il-ħaqq se jkun eħfef għall-art ta' Sodoma milli għalik."


Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu



.