blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 20th Dec -- Lk 1:26-38 -- The Birth of Jesus Foretold - It-taħbira tat-twelid ta' Ġesù Kristu

Friday, December 21, 2012

20th Dec -- Lk 1:26-38 -- The Birth of Jesus Foretold - It-taħbira tat-twelid ta' Ġesù Kristu




It-taħbira tat-twelid ta' Ġesù Kristu
[Lq:1:26] Mbagħad fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f'belt tal-Galilija. jisimha Nazaret, [Lq:1:27] għand xebba, mgħarrsa ma' raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta' David. Dix-xebba kien jisimha Marija. [Lq:1:28] L-anġlu daħal għandha u qalilha: "Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek." [Lq:1:29] Hi tħawwdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x'setgħet qatt tfisser din it-tislima. [Lq:1:30] Iżda l-anġlu qalilha: "Tibżax, Marija, għax inti sibt grazzja quddiem Alla. [Lq:1:31] Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù. [Lq:1:32] Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin l-Għoli. Il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta' David missieru [Lq:1:33] u jsaltan għal dejjem fuq dar Ġakobb, u ma jkunx hemm tmiem għas-saltna tiegħu." [Lq:1:34] Iżda Marija qalet lill-anġlu: "Kif ikun dan, ladarba ma nagħrafx raġel?" [Lq:1:35] Wieġeb l-anġlu u qalilha: "L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, u l-qawwa ta' l-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek. U għalhekk dak li jitwieled minnek ikun qaddis, u jissejjaħ Bin Alla. [Lq:1:36] Ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, fi xjuħitha, hi wkoll nisslet iben fil-ġuf, u ġa għandha sitt xhur dik li għaliha kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal, [Lq:1:37] għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir." [Lq:1:38] Mbagħad qalet Marija: "Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skond kelmtek!" U l-anġlu telaq minn quddiemha.