blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Friday, July 17, 2015

ORDER OF MASS --- & --- BASIC TEXTS for the CATHOLIC MASS


 Order of Mass

Introductory Rites

  • Entrance
  • Greeting
  • Penitential Act
  • Glory to God
  • Collect

Liturgy of the Word

  • First Reading
  • Responsorial Psalm
  • Second Reading (on Sundays and solemnities)
  • Gospel Acclamation
  • Gospel
  • Homily
  • Profession of Faith (on Sundays, solemnities, and special occasions)
  • Universal Prayer

Liturgy of the Eucharist

  • Presentation of the Gifts and Preparation of the Altar
  • Prayer over the Offerings
  • Eucharistic Prayer
    • Preface
    • Holy, Holy, Holy
    • First half of prayer, including Consecration
    • Mystery of Faith
    • Second half of prayer, ending with Doxology
  • The Lord's Prayer
  • Sign of Peace
  • Lamb of God
  • Communion
  • Prayer after Communion

Concluding Rites

  • Optional announcements
  • Greeting and Blessing
  • Dismissal
Another way of dividing a Mass is into its "ordinary" parts—those texts which, with some variations, are part of the Mass on a daily basis—and its "proper" parts—the texts of prayers and selection of Scripture readings proper to the specific feast, feria or other occasion being observed.

http://www.usccb.org/prayer-and-worship/the-mass/order-of-mass/index.cfm






><>            ><>            ><>


IL-Quddiesa - Parrocca Burmarrad


><>            ><>            ><>


 

><>            ><>            ><>
BASIC TEXTS for the CATHOLIC MASS - (New English Translation, Roman Missal, 3rd Edition)  

><>            ><>            ><>








 



in Maltese... 


L-Att Penitenzjali u Glorja lil Alla fil-għoli tas-smewwiet



Nistqarr ‘l Alla li jista’ kollox, u lilkom, ħuti,
li jiena dnibt ħafna
bil-ħsieb, bil-kliem, bil-għemil,
u billi ħallejt dmirijieti:
ħtija tiegħi, ħtija tiegħi, bl-ikbar ħtija tiegħi.
Għalhekk nitlob lill-imqaddsa Marija dejjem Verġni,
lill-Anġli u ‘l-Qaddisin kollha, u lilkom, ħuti,
biex titolbu għalija lill-Mulej Alla tagħna.

---------------------------------------------
Glorja lil Alla fil-għoli tas-smewwiet,
u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk,
inberkuk,
nadurawk,
nagħtuk ġieħ,
inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.
Mulej Alla, Sultan tas-sema.
Alla Missier li tista’ kollox,
Mulej Iben waħdieni, Ġesu’ Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf t’Alla, Bin il-Missier,
Int li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ħenn għalina;
Int li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna;
Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina.
Għaliex int waħdek Qaddis,
int waħdek Mulej, int waħdek il-Għoli,
Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu s-Santu: fil-glorja tal-Missier Alla.
Ammen.




http://www.laikos.org/Rit-tal-Quddiesa.pdf





.
.

Saturday, July 11, 2015

July 11, 2015 - Archbishop Charles L. Scicluna received the Pallium from the Apostolic Nuncio on behalf of the Pope in a ceremony at St John's Co-Cathedral ------- 11 ta' Lulju 2015 - L-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Quddiesa Pontifikali fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, ġie mlibbes il-Pallium min-Nunzju Appostoliku Mons. Mario Roberto Cassari.



Archbishop receives Pallium in ceremony at St John's
http://www.timesofmalta.com/articles/view/20150711/local/archbishop-receives-pallium-in-ceremony-at-st-johns.576141
 


IS-SIBT, 11 TA' LULJU, 2015
Filmat: “Itolbu għalija biex dejjem infittex in-nagħġa l-mitlufa u nressaqha lejn Ġesù”
http://www.newsbook.com.mt/artikli/2015/7/11/%22itolbu-ghalija-biex-dejjem-infittex-in-naghga-l-mitlufa-u-nressaqha-lejn-gesu%22.33489/


Illum l-Arċisqof maħbub tagħna, ġie mlibbes il-Palju min-Nunzju Appostoliku f' Quddiesa Pontifikali fil-Konkatidral ta' San Ġwann il-Belt.
L-Arċisqof Charles Scicluna talab lill-poplu Malti biex jitlob għalih sabiex dejjem ifittex in-nagħġa li tkun twarrbet mill-merħla u jressaqha lejn Ġesù.
L-Arċisqof għamel dan l-appell waqt l-omelija tal-Quddiesa Pontifikali fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, li m
atulha, ġie mlibbes il-pallium min-Nunzju Appostoliku Mons. Mario Roberto Cassari. Malli tlibbes il-pallium fil-Konkatidral segwa ċapċip li jtarrax il-widnejn.Mons. Scicluna talab biex il-poplu jitlob għalih biex is-sinifikat tal-pallium ma jkunx kliem vojt għalih, imma programm ta’ ħajja.
“Itolbu għalija biex nuża ħniena ma’ kulħadd u ma nibża’ qatt nuri s-sbuħija u l-ferħ tal-Vanġelu,” żied jgħid l-Arċisqof.
L-Arċisqof Charles Scicluna qal li frażi fil-Vanġelu tiġbor is-sinifikat profond ta’ dak li qed jiġi ċċelebrat illum bir-rieda tal-Papa Franġisku, li “meta jsib in-nagħġa l-mitlufa, ir-ragħaj it-tajjeb jifraħ biha u jerfagħha fuq spallejh,” u meta jmur lura d-dar isejjaħ lill-ħbiebu u jitolbuh jifirħu miegħu.
Spjega li din ix-xalla magħmula mis-suf tan-nagħaġ kellha sinifikat qawwi u profond sa mill-eqdem żminijiet. Irrefera għal dak li qal il-Papa Innoċenzu III dwar is-sinfikat tal-pallium.
Mons. Scicluna qal li f’dan il-pallium hemm rabta ma’ żewġ appostli Pietru u Pawlu u ma’ żewġ verġni u martri Anjeże u Ċeċilja.
Spjega kif il-pallium fuq spallejh qed ifakkru biex jobdi r-rieda ta’ Alla, u jfisser “il-madmad tad-dixxipplina u l-ubbidjenza li l-Isqof irid juża fuqu nnifsu u fuq il-merħla. “
Qal li s-suf tan-nagħaġ li jintuża għall-pallium hu abjad imma aħrax meta tmissu. Spjega li dan ifisser li l-Isqof irid ikun sod imma juri ħlewwa fl-istess ħin.
L-erba’ slaleb ifissru l-virtujiet kardinali tal-ġustizzja, il-prudenza, il-qawwa u r-rażan, li jagħmlu l-persuna tassew matura. Iż-żewġ pendenti jfissru l-ħajja attiva u kontemplattiva tal-Isqof.
“It-tliet splenguni huma l-ħniena lejn il-poplu ta’ Alla, il-ħidma tar-ragħaj u l-ġustizzja li jrid juża ma’ kulħadd,” żied jgħid l-Arċisqof.
Saħaq li d-dover tiegħu hu li jkun f’komunjoni kontinwa mal-Isqof ta’ Għawdex, l-Isqfijiet l-oħra u l-Papa, biex flimkien ikunu xhieda ħajja tal-ġisem ta’ Kristu fuq l-art.
L-Arċisqof temm l-omelija mbikkem u b’vuċi miksura sellem lill-missieru li miet il-ġimgħa li għaddiet u talbu biex jitlob għalih ukoll.
Il-pallium li tlibbes Mons. Scicluna llum u li aktar kmieni ġie mbierek mill-Papa flimkien ma’ 46 oħra, kien fuq il-qabar ta’ San Pietru.
Din hi l-ewwel darba li Arċisqof ġie mlibbes il-pallium waqt Quddiesa fl-Arċidjoċesi ta’ Malta stess. Il-bidliet fir-rit tal-għoti tal-pallium saru fuq xewqa tal-Papa Franġisku bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni tal-knisja tal-post.
Il-pallium jintlibes mill-Arċisqfijiet bħala simbolu tal-komunjoni tagħhom mas-Suċċessur ta’ San Pietru fit-tmexxija tal-Poplu ta’ Alla. Il-pallium ifakkar lill-Isqfijiet, bħala Vigarji ta’ Kristu fil-Knejjes lokali tagħhom, li huma għandhom is-sejħa li jkunu rgħajja skont il-Qalb ta’ Ġesù.
Fost dawk li kkonċelebraw il-Quddiesa kien hemm l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech, l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona u l-Isqof Elett għal Tripli Mons. George Bugeja.
Preżenti għall-Quddiesa kien hemm diversi personalitajiet distinti fosthom il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia u diversi Ambaxxaturi.
((ARTIKLU NEWS BOOK)



><>            ><>            ><>
 
 
mill-Magazin FLIMKIEN ta' Lulju, 2015
http://issuu.com/spieldeg/docs/flimkien_lulju_18155dafffe7ea/5?e=6561536/13885143





.

Wednesday, July 08, 2015

Psalm 34 - Thanksgiving to God Who Delivers the Just --- SALM 34





Of David, when he feigned madness before Abimelech, who drove him out and he went away.

I

I will bless the Lord at all times;
    his praise shall be always in my mouth.
My soul will glory in the Lord;
    let the poor hear and be glad.
Magnify the Lord with me;
    and let us exalt his name together.

II

I sought the Lord, and he answered me,
    delivered me from all my fears.
Look to him and be radiant,
    and your faces may not blush for shame.
This poor one cried out and the Lord heard,
    and from all his distress he saved him.
The angel of the Lord encamps
    around those who fear him, and he saves them.
Taste and see that the Lord is good;
    blessed is the stalwart one who takes refuge in him.
10 Fear the Lord, you his holy ones;
    nothing is lacking to those who fear him.
11 The rich grow poor and go hungry,
    but those who seek the Lord lack no good thing.

III

12 Come, children, listen to me;
    I will teach you fear of the Lord.
13 Who is the man who delights in life,
    who loves to see the good days?
14 Keep your tongue from evil,
    your lips from speaking lies.
15 Turn from evil and do good;
    seek peace and pursue it.
16 The eyes of the Lord are directed toward the righteous
    and his ears toward their cry.
17 The Lord’s face is against evildoers
    to wipe out their memory from the earth.
18 The righteous cry out, the Lord hears
    and he rescues them from all their afflictions.
19 The Lord is close to the brokenhearted,
    saves those whose spirit is crushed.
20 Many are the troubles of the righteous,
    but the Lord delivers him from them all.
21 He watches over all his bones;
    not one of them shall be broken.
22 Evil will slay the wicked;
    those who hate the righteous are condemned.
23 The Lord is the redeemer of the souls of his servants;





><>            ><>            ><>


SALM 34
[S:34:1] Ta' David, meta għamilha ta' iblah quddiem Abimelek u dan keċċieh, u hu telaq.


[S:34:2] Kull ħin inbierek il-Mulej;
tifħiru dejjem fuq fommi.
[S:34:3] Bil-Mulej tiftaħar ruħi;
jisimgħu l-fqajrin u jifirħu.
[S:34:4] Xandru l-kobor tal-Mulej miegħi;
ħa ngħollu ismu flimkien.
[S:34:5] Jien fittixt il-Mulej, u weġibni,
minn kull biża' tiegħi ħelisni.
[S:34:6] Ħarsu lejh u jiddi bil-ferħ wiċċkom,
u ma jkollkomx għax tistħu.
[S:34:7] Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu,
u mid-dwejjaq tiegħu kollha ħelsu.
[S:34:8] L-anġlu tal-Mulej jgħasses
madwar dawk li jibżgħu minnu, u jeħlishom.

[S:34:9] Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej;
hieni l-bniedem li jistkenn fih.
[S:34:10] Ibżgħu mill-Mulej, qaddisin tiegħu;
xejn ma jonqsu min jibża' minnu.
[S:34:11] Is-setgħana jiftaqru u jbatu l-ġuħ;
min ifittex lill-Mulej xejn ma jkun jonqsu.

[S:34:12] Ejjew uliedi, isimgħu lili;
jiena l-biża' tal-Mulej ngħallimkom.
[S:34:13] Min hu l-bniedem li jħobb il-ħajja,
u jixtieq jara għomru kollu riżq?

[S:34:14] Ħares ilsienek mill-ħażen,
u xufftejk minn kliem il-qerq.
[S:34:15] Tbiegħed mill-ħażen u agħmel it-tajjeb,
fittex is-sliem u imxi warajh.
 
[S:34:16] Għajnejn il-Mulej lejn il-ġusti,
u widnejh miftuħa għall-għajta tagħhom.
[S:34:17] Il-ħarsa tal-Mulej fuq il-ħżiena,
biex jeqred minn fuq l-art tifkirithom.
[S:34:18] Jgħajjtu l-ġusti għall-għajnuna, u l-Mulej jismagħhom;
mid-dwejjaq kollha tagħhom jeħlishom.
[S:34:19] Qrib il-Mulej lejn dawk b'qalbhom maqsuma,
jgħin lil dawk b'ruħhom mifnija.

[S:34:20] Kbar huma l-ħsarat tar-raġel sewwa,
iżda minnhom kollha jeħilsu l-Mulej.
[S:34:21] Iħarislu għadmu kollha,
ebda waħda ma titkissirlu.

[S:34:22] Il-ħażin ħżunitu teqirdu;
min jobgħod il-ġust iħallas għall-ħtija.
[S:34:23] Jifdi l-Mulej il-ħajja tal-qaddejja tiegħu;
kull min jistkenn fih ma jkollux xi jpatti.
 
 
 
 
.