Archbishop receives Pallium in ceremony at St John's
http://www.timesofmalta.com/articles/view/20150711/local/archbishop-receives-pallium-in-ceremony-at-st-johns.576141
IS-SIBT, 11 TA' LULJU, 2015
Filmat: “Itolbu għalija biex dejjem infittex in-nagħġa l-mitlufa u nressaqha lejn Ġesù”
http://www.newsbook.com.mt/artikli/2015/7/11/%22itolbu-ghalija-biex-dejjem-infittex-in-naghga-l-mitlufa-u-nressaqha-lejn-gesu%22.33489/
Illum l-Arċisqof maħbub tagħna, ġie mlibbes il-Palju min-Nunzju Appostoliku f' Quddiesa Pontifikali fil-Konkatidral ta' San Ġwann il-Belt.
L-Arċisqof Charles Scicluna talab lill-poplu Malti biex jitlob għalih sabiex dejjem ifittex in-nagħġa li tkun twarrbet mill-merħla u jressaqha lejn Ġesù.
L-Arċisqof għamel dan l-appell waqt l-omelija tal-Quddiesa Pontifikali fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, li matulha, ġie mlibbes il-pallium min-Nunzju Appostoliku Mons. Mario Roberto Cassari. Malli tlibbes il-pallium fil-Konkatidral segwa ċapċip li jtarrax il-widnejn.Mons. Scicluna talab biex il-poplu jitlob għalih biex is-sinifikat tal-pallium ma jkunx kliem vojt għalih, imma programm ta’ ħajja.
“Itolbu għalija biex nuża ħniena ma’ kulħadd u ma nibża’ qatt nuri s-sbuħija u l-ferħ tal-Vanġelu,” żied jgħid l-Arċisqof.
L-Arċisqof Charles Scicluna qal li frażi fil-Vanġelu tiġbor is-sinifikat profond ta’ dak li qed jiġi ċċelebrat illum bir-rieda tal-Papa Franġisku, li “meta jsib in-nagħġa l-mitlufa, ir-ragħaj it-tajjeb jifraħ biha u jerfagħha fuq spallejh,” u meta jmur lura d-dar isejjaħ lill-ħbiebu u jitolbuh jifirħu miegħu.
Spjega li din ix-xalla magħmula mis-suf tan-nagħaġ kellha sinifikat qawwi u profond sa mill-eqdem żminijiet. Irrefera għal dak li qal il-Papa Innoċenzu III dwar is-sinfikat tal-pallium.
Mons. Scicluna qal li f’dan il-pallium hemm rabta ma’ żewġ appostli Pietru u Pawlu u ma’ żewġ verġni u martri Anjeże u Ċeċilja.
Spjega kif il-pallium fuq spallejh qed ifakkru biex jobdi r-rieda ta’ Alla, u jfisser “il-madmad tad-dixxipplina u l-ubbidjenza li l-Isqof irid juża fuqu nnifsu u fuq il-merħla. “
Qal li s-suf tan-nagħaġ li jintuża għall-pallium hu abjad imma aħrax meta tmissu. Spjega li dan ifisser li l-Isqof irid ikun sod imma juri ħlewwa fl-istess ħin.
L-erba’ slaleb ifissru l-virtujiet kardinali tal-ġustizzja, il-prudenza, il-qawwa u r-rażan, li jagħmlu l-persuna tassew matura. Iż-żewġ pendenti jfissru l-ħajja attiva u kontemplattiva tal-Isqof.
“It-tliet splenguni huma l-ħniena lejn il-poplu ta’ Alla, il-ħidma tar-ragħaj u l-ġustizzja li jrid juża ma’ kulħadd,” żied jgħid l-Arċisqof.
Saħaq li d-dover tiegħu hu li jkun f’komunjoni kontinwa mal-Isqof ta’ Għawdex, l-Isqfijiet l-oħra u l-Papa, biex flimkien ikunu xhieda ħajja tal-ġisem ta’ Kristu fuq l-art.
L-Arċisqof temm l-omelija mbikkem u b’vuċi miksura sellem lill-missieru li miet il-ġimgħa li għaddiet u talbu biex jitlob għalih ukoll.
Il-pallium li tlibbes Mons. Scicluna llum u li aktar kmieni ġie mbierek mill-Papa flimkien ma’ 46 oħra, kien fuq il-qabar ta’ San Pietru.
Din hi l-ewwel darba li Arċisqof ġie mlibbes il-pallium waqt Quddiesa fl-Arċidjoċesi ta’ Malta stess. Il-bidliet fir-rit tal-għoti tal-pallium saru fuq xewqa tal-Papa Franġisku bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni tal-knisja tal-post.
Il-pallium jintlibes mill-Arċisqfijiet bħala simbolu tal-komunjoni tagħhom mas-Suċċessur ta’ San Pietru fit-tmexxija tal-Poplu ta’ Alla. Il-pallium ifakkar lill-Isqfijiet, bħala Vigarji ta’ Kristu fil-Knejjes lokali tagħhom, li huma għandhom is-sejħa li jkunu rgħajja skont il-Qalb ta’ Ġesù.
Fost dawk li kkonċelebraw il-Quddiesa kien hemm l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech, l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona u l-Isqof Elett għal Tripli Mons. George Bugeja.
Preżenti għall-Quddiesa kien hemm diversi personalitajiet distinti fosthom il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia u diversi Ambaxxaturi.
((ARTIKLU NEWS BOOK)
><> ><> ><>
http://issuu.com/spieldeg/docs/flimkien_lulju_18155dafffe7ea/5?e=6561536/13885143
.
No comments:
Post a Comment