Kristu l-Prinċep għoli tagħna
twieled minn Marija Verġni:
semmgħu għanja ma l-art kollha
xandru l-ferħ ta' dil-ġurnata.
Il-Qaddis, ħallieq tad-dinja,
sura ħa ta' lsir imsejken,
biex bħal bniedem jifdi l-bniedem
u l-għemil ta' jdejh isalva.
Mis-smewwiet il-grazzja tinżel,
timla l-ġuf tax-Xebba safja,
li ssir omm u ġġib fi ħdanha
frott il-fidi fil-misteru.
Ġewwa fiha, dar l-indafa,
jidħol Sidha qisu f'tempju;
xejn ma ttiefset ix-xbubija
tal-qaddejja umli t'Alla.
Biha ħa n-natura tagħna
dak li l-anġlu kien ħabbrilha
u li Ġwanni mibgħut qablu,
ħassu ħdejh sa minn ġuf ommu.
Hu ma stmerrx it-tiben fqajjar
tal-maxtura li laqgħetu;
ftit ħalib kien l-għajxien tiegħu
dak li jitma' mqar l-għasafar.
Il-qtajjiet ta' l-anġli jxandru
fis-smewwiet il-glorja t'Alla;
u r-Ragħaj, li ħalaq kollox,
jidher f'għar lil ftiti ragħajja.
Glorja lilek, Kristu Sidna,
bin Marija, Omm u Verġni;
mal-Missier u ma' l-Ispirtu,
ġieħ jintraddlek, issa u dejjem. Ammen.
MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Wednesday, December 26, 2012
Liturġija tas-Siegħat - INNU: 25 ta' Diċ. - Is-Sejħa għat-Tifħir 'l Alla - Fl-Uffiċċju tal-qari
Bjuda li tgħammex, sa minn
dejjem Alla,
Kristu, ġejt fostna dawl u
ħajja tagħna
ġejt sabiex tkun għall-mard
tal-bniedem duwa,
u bieb tas-salvazzjoni.
Qtajja’ ta’ anġli jferrxu ma’
l-art kollha
għana tas-sema, li żmien ġdid iħabbar;
sebħ lill-Missier ixandru,
sliem u hena
lil dawk li jogħġbu lilu.
Ċkejken, f’maxtura, fuq
il-ħlejjaq taħkem,
Iben ta’ Xebba mqaddsa, bla
mittiefsa,
Kristu, ġa rbaħt għalik
id-dinja kollha,
biex dejjem tibqa’ tħobbok.
Għoġbok titwieled biex
tagħtina s-sema,
sirt wieħed minna, b’ġisem
bħalna mlibbes;
ġedded lil ruħna, iġbed lejk
‘il qlubna
bi rbit ta’ mħabba safja.
B’ferħ għalenija ngħollu b’leħen
wieħed
f’xirka ma’ l-anġli għanja
ta’ foħrija:
Lilek u lill-Missier u
lill-Imħabba,
tifħir u sebħ għal dejjem. Ammen
Monday, December 24, 2012
Liturġija tas-Siegħat - INNU - 24 ta' Diċ. - Fit-Tifħir ta' Sbieħ il-Jum
Il-profeti, b'leħen għoli,
ħabbru l-miġja tal-Messija
f’din id-dinja, biex jagħtina
grazzja, fidwa u salvazzjoni.
nitħejjew għall-bxara t-tajba
tas-sebħ kbir li se jxandrilna.
Imma biex il-ġrieħi jfejjaq,
ħalli jsalva dak li ntilef.
biex lil ħbiebu jrodd ħlas tajjeb
u jiftħilhom bieb is-saltna.
rajna l-kewkba tfeġġ fil-għoli
biex għas-sema tistedinna.
ħa tkun dehra li titfisser
b’għana ta’ tifħir għal dejjem. Ammen.
ħabbru l-miġja tal-Messija
f’din id-dinja, biex jagħtina
grazzja, fidwa u salvazzjoni.
Riesaq issa l-jum mistenni
li l-ferħ tiegħu jimla ‘l
qlubna;nitħejjew għall-bxara t-tajba
tas-sebħ kbir li se jxandrilna.
Għax f’din l-ewwel miġja
tiegħu
mhux b’kastig f’idejh ġej
Kristu,Imma biex il-ġrieħi jfejjaq,
ħalli jsalva dak li ntilef.
Iżda wkoll jinħtieġ li
nishru,
għax ma jdumx ma jerġa’ jiġibiex lil ħbiebu jrodd ħlas tajjeb
u jiftħilhom bieb is-saltna.
Għandna b’wegħda d-dawl ta’
dejjem,
li diġa nilmħuh iżernaq;rajna l-kewkba tfeġġ fil-għoli
biex għas-sema tistedinna.
Kristu, temm ix-xewqa tagħna
li narawk kif int, ta’ Alla;ħa tkun dehra li titfisser
b’għana ta’ tifħir għal dejjem. Ammen.
Subscribe to:
Posts (Atom)