Kristu l-Prinċep għoli tagħna
twieled minn Marija Verġni:
semmgħu għanja ma l-art kollha
xandru l-ferħ ta' dil-ġurnata.
Il-Qaddis, ħallieq tad-dinja,
sura ħa ta' lsir imsejken,
biex bħal bniedem jifdi l-bniedem
u l-għemil ta' jdejh isalva.
Mis-smewwiet il-grazzja tinżel,
timla l-ġuf tax-Xebba safja,
li ssir omm u ġġib fi ħdanha
frott il-fidi fil-misteru.
Ġewwa fiha, dar l-indafa,
jidħol Sidha qisu f'tempju;
xejn ma ttiefset ix-xbubija
tal-qaddejja umli t'Alla.
Biha ħa n-natura tagħna
dak li l-anġlu kien ħabbrilha
u li Ġwanni mibgħut qablu,
ħassu ħdejh sa minn ġuf ommu.
Hu ma stmerrx it-tiben fqajjar
tal-maxtura li laqgħetu;
ftit ħalib kien l-għajxien tiegħu
dak li jitma' mqar l-għasafar.
Il-qtajjiet ta' l-anġli jxandru
fis-smewwiet il-glorja t'Alla;
u r-Ragħaj, li ħalaq kollox,
jidher f'għar lil ftiti ragħajja.
Glorja lilek, Kristu Sidna,
bin Marija, Omm u Verġni;
mal-Missier u ma' l-Ispirtu,
ġieħ jintraddlek, issa u dejjem. Ammen.
MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.