blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Liturġija tas-Siegħat - INNU: 25 ta' Diċ. - Is-Sejħa għat-Tifħir 'l Alla - Fl-Uffiċċju tal-qari

Wednesday, December 26, 2012

Liturġija tas-Siegħat - INNU: 25 ta' Diċ. - Is-Sejħa għat-Tifħir 'l Alla - Fl-Uffiċċju tal-qari

Bjuda li tgħammex, sa minn dejjem Alla,
Kristu, ġejt fostna dawl u ħajja tagħna
ġejt sabiex tkun għall-mard tal-bniedem duwa,
      u bieb tas-salvazzjoni.
 
Qtajja’ ta’ anġli jferrxu ma’ l-art kollha
għana  tas-sema, li żmien ġdid iħabbar;
sebħ lill-Missier ixandru, sliem u hena
      lil dawk li jogħġbu lilu.
 
Ċkejken, f’maxtura, fuq il-ħlejjaq taħkem,
Iben ta’ Xebba mqaddsa, bla mittiefsa,
Kristu, ġa rbaħt għalik id-dinja kollha,
     biex dejjem tibqa’ tħobbok.
 
Għoġbok titwieled biex tagħtina s-sema,
sirt wieħed minna, b’ġisem bħalna mlibbes;
ġedded lil ruħna, iġbed lejk ‘il qlubna
      bi rbit ta’ mħabba safja.
 
B’ferħ għalenija ngħollu b’leħen wieħed
f’xirka ma’ l-anġli għanja ta’ foħrija:
Lilek u lill-Missier u lill-Imħabba,
     tifħir u sebħ għal dejjem. Ammen