blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Wednesday, July 11, 2012

TIFSIR TAL-MIDALJA TA' SAN BENEDITTU

Tifsir tal-Midalja

Picture

Il-kitba li hemm fis-salib li jidher fil-midalja, imsejħa id-domna tal-PATRIJARKA IMQADDES BENEDITTU.
L-ittri tal-ġnub C.S.P.B. ifissru CRUX SANCTI PATRIS BENEDICTI. SALIB TAL-Imqaddes Patrijarka Benedittu.
Il-ħames ittri weqfin ta’ nofs is-salib C.S.S.M.L. ifissru CRUX SANCTA SIT MIHI LUX. Is-Salib imqaddes ikun id-Dawl tiegħi.
Il-ħames ittri l-oħra ta’ nofs is-salib N.D.S.M.D. ifissru NON DOEMON SIT MIHI DUX. Mhux id-demonju li jmexxini: jiġifieri ma nimxix taħt il-bandiera tad-demonju.
L-erbatax tad-dawra V.T.S.N.S.M.V.S.E.Q.L.I.V.B. ifissru VADE RETRO SATAN NUMQUAM SUADE MIHI VANA SUNT MALA QUOE LIBAS IPSE VENENA BIBAS. Jiġifieri erġa lura ja għadu ta’ l-infern: f’rasi la ddaħħal qatt frugħat: ixrob waħdek it-toskiet.
In-nisrani, li b’fidi ħajja f’Sidna Ġesu’ Kristu u b’tama qawwija fit-talb li jagħmel Alla għalina, l-Patrijarka San Benedittu iġib fuqu, jew jinsab f’daru dan is-salib; din il-ħaġa tiswielu biex joħroġ rebbieħ mit-tiġrib ta’ l-għadu, biex jiġi mħares min-nar, mill-għarqa, mill-pesta, mill-ħsarat tal-ġisem u tar-ruħ, ifieq mill-mard, jeħles minn kull deni, jaqla s-sabar, l-għajnuniet u l-grazzji li jixtieq. Dan għandu għalhekk kuljum jew meta jrid il-grazzji fuq kollox kull nħar ta’ tlieta jindem bil-qalb, jgħid ħames glorja Patri eċċ f’ġieh il-passjoni ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, tliet Ave Maria eċċ f’ġieh Sidtna Maria Verġni u tliet Gloria Patri eċċ f’ġieh il-Patrijarka ta’ San Benedittu.


Is-salib mqaddes huwa ta’ siwi bla tmiem. Bih Sidna Ġesu’ rebaħ ‘l għadu ta’ l-infern u kif jgħid l-għaref Papa S. Girgor il-Kbir, fit-tieni ktieb tad-djalogi, l-Imqaddes Benedittu għamel l-egħġubijiet ta’ bla tarf.

Fuq il-wegħda li għamel l’Imqaddes Benedittu lil S Geltrude, kif naqraw fil-kapitlu ħdax tar-rivelzzjonijiet tagħha issir din it-talba.

O Missier l-Għaziz S. Benedittu, għal ġieh li jogħġob ‘l Alla bih jagħnik b’mewta wisq glorjuza u jhennik u jagħmlek hieni, nitolbok tiġi waqt il-mewt, tieqaf miegħi u miegħi ssaħħah kull ma wegħidt lil Imqaddsa Verġni Geltrude.

Hu min jaf jaqra jgħid l-antifona Stans in oratorio eċċ b’oremus Deus qui preiosam mortem eċċ min ma jaqrax jgħid 3 Pater, 3 Ave.

Monday, July 09, 2012

Mt 10:7-15 -- the kingdom of heaven has come near - xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet.




[Mt:10:7] Intom u sejrin, xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet.[Mt:10:8] Fejjqu l-morda, qajjmu l-mejtin, fejjqu l-lebbrużi, keċċu x-xjaten. B'xejn ħadtu, b'xejn agħtu.[Mt:10:9] Tfittxux li jkollkom flus fuqkom, la tad-deheb, la tal-fidda u lanqas tar-ram;[Mt:10:10] u la ħorġa għat-triq, la żewġ ilbiesi, la qrieq u lanqas ħatar, għax il-ħaddiem ħaqqu ħobżu.[Mt:10:11] Fil-bejt jew raħal fejn tidħlu, araw ikunx hemm min jixraqlu tmorru għandu, u ibqgħu f'daru sa ma titilqu minn hemm.[Mt:10:12] Meta tidħlu f'dar , sellmu lin-nies tagħha,[Mt:10:13] u jekk tkun dar li jixirqilha, ħa jiġi fuqha s-sliem tagħkom. Imma jekk tkun dar li ma jixirqilhiex, ħa jerġa' lura għandkom is-sliem tagħkom.[Mt:10:14] Jekk imbagħad xi ħadd ma jilqagħkomx u ma jismax minn kliemkom, oħorġu 'l barra minn dik id-dar jew belt u farfru t-trab ta' saqajkom.[Mt:10:15] Tassew, ngħidilkom, li jum il-ħaqq ikun eħfef għal Sodoma u Gomorra milli għal dik il-belt.

Mt 10:1-7 -- Jesus Sends Out the Twelve - Ġesù jagħżel it-Tnax + Il-missjoni tat-Tnax --- & --- Lk 6:12-19







10. Ġesù jagħżel it-Tnax

[Mt:10:1] Sejjaħ lejh it-tnax-il dixxiplu tiegħu, u tahom is-setgħa fuq 
l-ispirti ħżiena biex ikeċċuhom, u jfejjqu kull xorta ta' mard u 'l kull min kien nieqes minn saħħtu.[Mt:10:2] L-ismijiet tat-tnax-l appostlu huma dawn: l-ewwel Xmun, jgħidulu Pietru, u ħuh Indrì, u Ġakbu ta' Żebedew, u ħuh Ġwanni,[Mt:10:3] Filippu u Bartilmew, Tumas u Mattew il-pubblikan, Ġakbu ta' Alfew, u Taddew,[Mt:10:4] Xmun il-Kanani, u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh.


Il-missjoni tat-Tnax

 [Mt:10:5] Lil dawn it-tnax Ġesù bagħathom b'dawn l-ordnijiet: "Taqbdux triq il-pagani, u tidħlux f'belt tas-Samaritani;[Mt:10:6] imma qabel xejn morru fittxu n-nagħaġ il-mitlufa tad-dar ta' Iżrael.[Mt:10:7] Intom u sejrin, xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet.

>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>

Matthew 10:1-10 --- Jesus Sends Out the Twelve...
https://www.gloria.tv/media/iG9JGBa9YFT

 
Jesus Sends Out the Twelve...

1 Jesus called his twelve disciples to him and gave them authority to drive out impure spirits and to heal every disease and sickness.
2 These are the names of the twelve apostles: first, Simon (who is called Peter) and his brother Andrew; James son of Zebedee, and his brother John; 3 Philip and Bartholomew; Thomas and Matthew the tax collector; James son of Alphaeus, and Thaddaeus; 4 Simon the Zealot and Judas Iscariot, who betrayed him.
5 These twelve Jesus sent out with the following instructions: “Do not go among the Gentiles or enter any town of the Samaritans. 6 Go rather to the lost sheep of Israel. 7 As you go, proclaim this message: ‘The kingdom of heaven has come near.’ 8 Heal the sick, raise the dead, cleanse those who have leprosy, drive out demons. Freely you have received; freely give.
9 “Do not get any gold or silver or copper to take with you in your belts— 10 no bag for the journey or extra shirt or sandals or a staff, for the worker is worth his keep.


-----------------


Lk 6:12-19 -- The Twelve Apostles - Ġesù jagħżel it-Tnax


Ġesù jagħżel it-Tnax
(Mt 10, 1-4; Mk 3, 13-19)

[Lq:6:12] Mela darba fost l-oħrajn ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. [Lq:6:13] Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: [Lq:6:14] Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, [Lq:6:15] Mattew, Tumas, Ġakbu ta' Alfew, Xmun l-Imħeġġeġ, [Lq:6:16] Ġuda ta' Ġakbu u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh.
Ġesù jgħin u jaqdi folol kbar
(Mt 4, 23-25; Mk 3, 7-12)

[Lq:6:17] Mbagħad niżel magħhom u waqaf f'wita, flimkien ma' kotra kbira ta' dixxipli u folla kbira ta' nies minn kull naħa tal-Lhudija u Ġerusalemm u mix-xtajta ta' Tir u Sidon. [Lq:6:18] Dawn kienu marru biex jisimgħuh u jfejjaqhom mill-mard tagħhom. Min kien imħabbat ill-ispirti mniġġsa kien ifiq; [Lq:6:19] u l-kotra kienet tfittex li tmissu, għax minnu kienet toħroġ qawwa li tfejjaq lil kulħadd.



.

Sunday, July 08, 2012

Mt 9:32-38 -- ...The Workers Are Few - Ġesù jfejjaq wieħed imbikkem + Ġesù jħoss għan-nies




Ġesù jfejjaq wieħed imbikkem

[Mt:9:32] Kif dawk ħarġu, in-nies ġibulu quddiemu wieħed imbikkem maħkum mix-xitan.[Mt:9:33] Ġesù keċċa x-xitan, u l-imbikkem qabad jitkellem. In-nies stagħġbu, u bdew jgħidu: "Ħaġa bħal din qatt ma dehret f'Iżrael?"[Mt:9:34] Imma l-Fariżej qalu: "Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċi x-xjaten."

Ġesù jħoss għan-nies

[Mt:9:35] Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta' mard u 'l kull min kien nieqes minn saħħtu.[Mt:9:36] Ra n-nies u tħassarhom, għax kienu mdejjqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj.[Mt:9:37] Mbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: "Il-ħsad huwa kbir, iżda l-ħaddiema ftit.[Mt:9:38] Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu."