blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: TIFSIR TAL-MIDALJA TA' SAN BENEDITTU

Wednesday, July 11, 2012

TIFSIR TAL-MIDALJA TA' SAN BENEDITTU

Tifsir tal-Midalja

Picture

Il-kitba li hemm fis-salib li jidher fil-midalja, imsejħa id-domna tal-PATRIJARKA IMQADDES BENEDITTU.
L-ittri tal-ġnub C.S.P.B. ifissru CRUX SANCTI PATRIS BENEDICTI. SALIB TAL-Imqaddes Patrijarka Benedittu.
Il-ħames ittri weqfin ta’ nofs is-salib C.S.S.M.L. ifissru CRUX SANCTA SIT MIHI LUX. Is-Salib imqaddes ikun id-Dawl tiegħi.
Il-ħames ittri l-oħra ta’ nofs is-salib N.D.S.M.D. ifissru NON DOEMON SIT MIHI DUX. Mhux id-demonju li jmexxini: jiġifieri ma nimxix taħt il-bandiera tad-demonju.
L-erbatax tad-dawra V.T.S.N.S.M.V.S.E.Q.L.I.V.B. ifissru VADE RETRO SATAN NUMQUAM SUADE MIHI VANA SUNT MALA QUOE LIBAS IPSE VENENA BIBAS. Jiġifieri erġa lura ja għadu ta’ l-infern: f’rasi la ddaħħal qatt frugħat: ixrob waħdek it-toskiet.
In-nisrani, li b’fidi ħajja f’Sidna Ġesu’ Kristu u b’tama qawwija fit-talb li jagħmel Alla għalina, l-Patrijarka San Benedittu iġib fuqu, jew jinsab f’daru dan is-salib; din il-ħaġa tiswielu biex joħroġ rebbieħ mit-tiġrib ta’ l-għadu, biex jiġi mħares min-nar, mill-għarqa, mill-pesta, mill-ħsarat tal-ġisem u tar-ruħ, ifieq mill-mard, jeħles minn kull deni, jaqla s-sabar, l-għajnuniet u l-grazzji li jixtieq. Dan għandu għalhekk kuljum jew meta jrid il-grazzji fuq kollox kull nħar ta’ tlieta jindem bil-qalb, jgħid ħames glorja Patri eċċ f’ġieh il-passjoni ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, tliet Ave Maria eċċ f’ġieh Sidtna Maria Verġni u tliet Gloria Patri eċċ f’ġieh il-Patrijarka ta’ San Benedittu.


Is-salib mqaddes huwa ta’ siwi bla tmiem. Bih Sidna Ġesu’ rebaħ ‘l għadu ta’ l-infern u kif jgħid l-għaref Papa S. Girgor il-Kbir, fit-tieni ktieb tad-djalogi, l-Imqaddes Benedittu għamel l-egħġubijiet ta’ bla tarf.

Fuq il-wegħda li għamel l’Imqaddes Benedittu lil S Geltrude, kif naqraw fil-kapitlu ħdax tar-rivelzzjonijiet tagħha issir din it-talba.

O Missier l-Għaziz S. Benedittu, għal ġieh li jogħġob ‘l Alla bih jagħnik b’mewta wisq glorjuza u jhennik u jagħmlek hieni, nitolbok tiġi waqt il-mewt, tieqaf miegħi u miegħi ssaħħah kull ma wegħidt lil Imqaddsa Verġni Geltrude.

Hu min jaf jaqra jgħid l-antifona Stans in oratorio eċċ b’oremus Deus qui preiosam mortem eċċ min ma jaqrax jgħid 3 Pater, 3 Ave.