MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Monday, July 09, 2012
Mt 10:7-15 -- the kingdom of heaven has come near - xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet.
[Mt:10:7] Intom u sejrin, xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet.[Mt:10:8] Fejjqu l-morda, qajjmu l-mejtin, fejjqu l-lebbrużi, keċċu x-xjaten. B'xejn ħadtu, b'xejn agħtu.[Mt:10:9] Tfittxux li jkollkom flus fuqkom, la tad-deheb, la tal-fidda u lanqas tar-ram;[Mt:10:10] u la ħorġa għat-triq, la żewġ ilbiesi, la qrieq u lanqas ħatar, għax il-ħaddiem ħaqqu ħobżu.[Mt:10:11] Fil-bejt jew raħal fejn tidħlu, araw ikunx hemm min jixraqlu tmorru għandu, u ibqgħu f'daru sa ma titilqu minn hemm.[Mt:10:12] Meta tidħlu f'dar , sellmu lin-nies tagħha,[Mt:10:13] u jekk tkun dar li jixirqilha, ħa jiġi fuqha s-sliem tagħkom. Imma jekk tkun dar li ma jixirqilhiex, ħa jerġa' lura għandkom is-sliem tagħkom.[Mt:10:14] Jekk imbagħad xi ħadd ma jilqagħkomx u ma jismax minn kliemkom, oħorġu 'l barra minn dik id-dar jew belt u farfru t-trab ta' saqajkom.[Mt:10:15] Tassew, ngħidilkom, li jum il-ħaqq ikun eħfef għal Sodoma u Gomorra milli għal dik il-belt.