MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
(Num:6:24) Ibierkek il-Mulej u jħarsek!(Num:6:25) Jixħet il-Mulej id-dija ta' wiċċu fuqek, u jurik il-ħniena!(Num:6:26) Iħares lejk il-Mulej bi mħabba, u jagħtik is-sliem!'
- THURSDAY GOSPEL OF WEEK 31 IN ORDINARY TIME
- IN YEAR C - THE ALTERNATIVE SUNDAY GOSPEL OF WEEK 24 IN ORDINARY TIME
--- There will be rejoicing in heaven over one repentant sinner ---
Evanġelju
Ikun hemm ferħ fost l-anġli ta’ Alla għal midneb wieħed li jindem.
Lq 15, 1-10
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F’dak iż-żmien, [Lq:15:1] Il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom biex jisimgħu lil Ġesù. [Lq:15:2] U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: "Nies midinba jilqa' għandu dan u jiekol magħhom!"
[Lq:15:3] U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: [Lq:15:4] "Min hu dak fostkom li jkollu mitt nagħġa u jitlef waħda minnhom, u ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fid-deżert biex imur wara l-mitlufa sa ma jsibha? [Lq:15:5] U meta jsibha, jifraħ biha u jerfagħha fuq spallejh, [Lq:15:6] imur id-dar, isejjaħ għandu lil ħbiebu u l-ġirien, u jgħidilhom, 'Ifirħu miegħi, għax sibt in-nagħġa li kienet intilfitli.' [Lq:15:7] Ngħidilkom li l-istess jiġri fis-smewwiet: ikun hemm aktar ferħ għal midneb wieħed li jindem milli għal disgħa u disgħin bniedem tajjeb li ma kellux bżonn ta' ndiema.
[Lq:15:8] "Jew min hi dik il-mara li jkollha għaxar drakmiet u titlef waħda minnhom, li mhijiex sejra tixgħel il-musbieħ u tiknes id-dar, u tibqa' tfittex bil-għaqal sa ma ssibha! [Lq:15:9] U meta ssibha, issejjaħ għandha lil ħbiebha u l-ġirien, u tgħidilhom, 'Ifirħu miegħi, għax sibt id-drakma li kienet intilfitli.' [Lq:15:10] Ngħidilkom jien li l-istess ferħ ikun hemm fost l-anġli ta' Alla għal midneb wieħed li jindem."
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu .
BEATU ĠWANNI DUNS SCOTUS (1265-1308) Gwanni twieled Duns fl-Iskozja fl-1265 u dahal fl-Ordni Frangiskan meta kien ghadu zaghzugh. Kien ordnat sacerdot fis-17 ta’ Marzu 1291. Wara li kiseb il-gradi akkademici fl-università ta’ Sorbonne, f’Parigi, lahaq professur fl-universitajiet ta’ Cambridge, Oxford, Parigi u Kolonja. Tul il-karriera tieghu stharreg bir-reqqa l-Kotba Mqaddsa u kiteb hafna opri filosofici u teologici. Xandar bil-qawwa l-misteru tal-Verb maghmul bniedem u kien difensur tad-duttrina dwar it-Tnissil bla tebgha tal-Vergni Marija u l-awtorità tal-Papa. Fit-23 ta’ Gunju 1303, wara li cahad li jiffirma l-libell ta’ Filippu IV, Re ta’ Franza, kontra l-Papa Bonifazju VIII, kien eziljat minn Parigi. Miet hesrem f’Kolonja fit-8 ta’ Novembru 1308. Il-fama ta’ qdusija li kiseb dan it-teologu dehret fil-virtujiet Insara li hu ghex f’hajtu b’mod mill-aktar erojku. Huwa wiehed mill-akbar esponenti ta’ l-Iskola Filosofika u Teologika Frangiskana. Bit-taghlim tieghu Skotu wassal lill-Knisja biex fl-1854 taghraf u xxerred id-duttrina dwar l-Immakulata Kuncizzjoni bhala dogma tal-fidi. Fis-6 ta’ Lulju 1991 il-Papa Gann-Pawl II wettaq il-kult pubbliku li kien ilu jinghata lil Skotu ghal sekli shah fl-Ordni Frangiskan u fid-djocesijiet ta’ Kolonja, fil-Germanja, u ta’ Nola, fl-Italja ta’ isfel.
Facebook - Parrocca Marrija Addolorata San Pawl il-Bahar 7 ta' Novembru 2017