blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: November 8 - Blessed John Duns Scotus

Thursday, November 08, 2012

November 8 - Blessed John Duns Scotus




Blessed John Duns Scotus, holding a scroll with a paraphrase of his doctrine



Nov 8 - Homily: Blessed John Duns Scotus

https://www.youtube.com/watch?v=5HzJ4Yqyv8o




Blessed John Duns Scotus

https://www.youtube.com/watch?v=l7DzjYIi58Q





John Duns Scotus' defense of the Immaculate Conception
( Fr. Mario Attard OFM Cap)
Playlist of 6 videos:-
https://www.youtube.com/playlist?list=PL991E98BCDF7EA7E3





8 ta’ Novembru

BEATU ĠWANNI DUNS SCOTUS
(1265-1308)

Gwanni twieled Duns fl-Iskozja fl-1265 u dahal fl-Ordni Frangiskan meta kien ghadu zaghzugh. Kien ordnat sacerdot fis-17 ta’ Marzu 1291. Wara li kiseb il-gradi akkademici fl-università ta’ Sorbonne, f’Parigi, lahaq professur fl-universitajiet ta’ Cambridge, Oxford, Parigi u Kolonja. Tul il-karriera tieghu stharreg bir-reqqa l-Kotba Mqaddsa u kiteb hafna opri filosofici u teologici. Xandar bil-qawwa l-misteru tal-Verb maghmul bniedem u kien difensur tad-duttrina dwar it-Tnissil bla tebgha tal-Vergni Marija u l-awtorità tal-Papa. Fit-23 ta’ Gunju 1303, wara li cahad li jiffirma l-libell ta’ Filippu IV, Re ta’ Franza, kontra l-Papa Bonifazju VIII, kien eziljat minn Parigi. Miet hesrem f’Kolonja fit-8 ta’ Novembru 1308. Il-fama ta’ qdusija li kiseb dan it-teologu dehret fil-virtujiet Insara li hu ghex f’hajtu b’mod mill-aktar erojku. Huwa wiehed mill-akbar esponenti ta’ l-Iskola Filosofika u Teologika Frangiskana. Bit-taghlim tieghu Skotu wassal lill-Knisja biex fl-1854 taghraf u xxerred id-duttrina dwar l-Immakulata Kuncizzjoni bhala dogma tal-fidi. Fis-6 ta’ Lulju 1991 il-Papa Gann-Pawl II wettaq il-kult pubbliku li kien ilu jinghata lil Skotu ghal sekli shah fl-Ordni Frangiskan u fid-djocesijiet ta’ Kolonja, fil-Germanja, u ta’ Nola, fl-Italja ta’ isfel.
 
Facebook - Parrocca Marrija Addolorata San Pawl il-Bahar 7 ta' Novembru 2017




No comments: