blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Lk 15:1-10 -- The Parables of the Lost Sheep / coin - Il-parabbola tan-nagħġa l-mitlufa / Il-parabbola tad-drakma l-mitlufa

Thursday, November 08, 2012

Lk 15:1-10 -- The Parables of the Lost Sheep / coin - Il-parabbola tan-nagħġa l-mitlufa / Il-parabbola tad-drakma l-mitlufa




- THURSDAY GOSPEL OF WEEK 31 IN ORDINARY TIME - IN YEAR C - THE ALTERNATIVE SUNDAY GOSPEL OF WEEK 24 IN ORDINARY TIME --- There will be rejoicing in heaven over one repentant sinner ---
Evanġelju Ikun hemm ferħ fost l-anġli ta’ Alla għal midneb wieħed li jindem. Lq 15, 1-10 Qari mill-Evanġelju skont San Luqa F’dak iż-żmien, [Lq:15:1] Il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom biex jisimgħu lil Ġesù. [Lq:15:2] U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: "Nies midinba jilqa' għandu dan u jiekol magħhom!" [Lq:15:3] U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: [Lq:15:4] "Min hu dak fostkom li jkollu mitt nagħġa u jitlef waħda minnhom, u ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fid-deżert biex imur wara l-mitlufa sa ma jsibha? [Lq:15:5] U meta jsibha, jifraħ biha u jerfagħha fuq spallejh, [Lq:15:6] imur id-dar, isejjaħ għandu lil ħbiebu u l-ġirien, u jgħidilhom, 'Ifirħu miegħi, għax sibt in-nagħġa li kienet intilfitli.' [Lq:15:7] Ngħidilkom li l-istess jiġri fis-smewwiet: ikun hemm aktar ferħ għal midneb wieħed li jindem milli għal disgħa u disgħin bniedem tajjeb li ma kellux bżonn ta' ndiema. [Lq:15:8] "Jew min hi dik il-mara li jkollha għaxar drakmiet u titlef waħda minnhom, li mhijiex sejra tixgħel il-musbieħ u tiknes id-dar, u tibqa' tfittex bil-għaqal sa ma ssibha! [Lq:15:9] U meta ssibha, issejjaħ għandha lil ħbiebha u l-ġirien, u tgħidilhom, 'Ifirħu miegħi, għax sibt id-drakma li kienet intilfitli.' [Lq:15:10] Ngħidilkom jien li l-istess ferħ ikun hemm fost l-anġli ta' Alla għal midneb wieħed li jindem." Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu






.

No comments: