blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Thursday, November 08, 2012

Lk 15:1-10 -- The Parables of the Lost Sheep / coin - Il-parabbola tan-nagħġa l-mitlufa / Il-parabbola tad-drakma l-mitlufa




- THURSDAY GOSPEL OF WEEK 31 IN ORDINARY TIME - IN YEAR C - THE ALTERNATIVE SUNDAY GOSPEL OF WEEK 24 IN ORDINARY TIME --- There will be rejoicing in heaven over one repentant sinner ---
Evanġelju Ikun hemm ferħ fost l-anġli ta’ Alla għal midneb wieħed li jindem. Lq 15, 1-10 Qari mill-Evanġelju skont San Luqa F’dak iż-żmien, [Lq:15:1] Il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom biex jisimgħu lil Ġesù. [Lq:15:2] U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: "Nies midinba jilqa' għandu dan u jiekol magħhom!" [Lq:15:3] U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: [Lq:15:4] "Min hu dak fostkom li jkollu mitt nagħġa u jitlef waħda minnhom, u ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fid-deżert biex imur wara l-mitlufa sa ma jsibha? [Lq:15:5] U meta jsibha, jifraħ biha u jerfagħha fuq spallejh, [Lq:15:6] imur id-dar, isejjaħ għandu lil ħbiebu u l-ġirien, u jgħidilhom, 'Ifirħu miegħi, għax sibt in-nagħġa li kienet intilfitli.' [Lq:15:7] Ngħidilkom li l-istess jiġri fis-smewwiet: ikun hemm aktar ferħ għal midneb wieħed li jindem milli għal disgħa u disgħin bniedem tajjeb li ma kellux bżonn ta' ndiema. [Lq:15:8] "Jew min hi dik il-mara li jkollha għaxar drakmiet u titlef waħda minnhom, li mhijiex sejra tixgħel il-musbieħ u tiknes id-dar, u tibqa' tfittex bil-għaqal sa ma ssibha! [Lq:15:9] U meta ssibha, issejjaħ għandha lil ħbiebha u l-ġirien, u tgħidilhom, 'Ifirħu miegħi, għax sibt id-drakma li kienet intilfitli.' [Lq:15:10] Ngħidilkom jien li l-istess ferħ ikun hemm fost l-anġli ta' Alla għal midneb wieħed li jindem." Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu






.

November 8 - Blessed John Duns Scotus




Blessed John Duns Scotus, holding a scroll with a paraphrase of his doctrine



Nov 8 - Homily: Blessed John Duns Scotus

https://www.youtube.com/watch?v=5HzJ4Yqyv8o




Blessed John Duns Scotus

https://www.youtube.com/watch?v=l7DzjYIi58Q





John Duns Scotus' defense of the Immaculate Conception
( Fr. Mario Attard OFM Cap)
Playlist of 6 videos:-
https://www.youtube.com/playlist?list=PL991E98BCDF7EA7E3





8 ta’ Novembru

BEATU ĠWANNI DUNS SCOTUS
(1265-1308)

Gwanni twieled Duns fl-Iskozja fl-1265 u dahal fl-Ordni Frangiskan meta kien ghadu zaghzugh. Kien ordnat sacerdot fis-17 ta’ Marzu 1291. Wara li kiseb il-gradi akkademici fl-università ta’ Sorbonne, f’Parigi, lahaq professur fl-universitajiet ta’ Cambridge, Oxford, Parigi u Kolonja. Tul il-karriera tieghu stharreg bir-reqqa l-Kotba Mqaddsa u kiteb hafna opri filosofici u teologici. Xandar bil-qawwa l-misteru tal-Verb maghmul bniedem u kien difensur tad-duttrina dwar it-Tnissil bla tebgha tal-Vergni Marija u l-awtorità tal-Papa. Fit-23 ta’ Gunju 1303, wara li cahad li jiffirma l-libell ta’ Filippu IV, Re ta’ Franza, kontra l-Papa Bonifazju VIII, kien eziljat minn Parigi. Miet hesrem f’Kolonja fit-8 ta’ Novembru 1308. Il-fama ta’ qdusija li kiseb dan it-teologu dehret fil-virtujiet Insara li hu ghex f’hajtu b’mod mill-aktar erojku. Huwa wiehed mill-akbar esponenti ta’ l-Iskola Filosofika u Teologika Frangiskana. Bit-taghlim tieghu Skotu wassal lill-Knisja biex fl-1854 taghraf u xxerred id-duttrina dwar l-Immakulata Kuncizzjoni bhala dogma tal-fidi. Fis-6 ta’ Lulju 1991 il-Papa Gann-Pawl II wettaq il-kult pubbliku li kien ilu jinghata lil Skotu ghal sekli shah fl-Ordni Frangiskan u fid-djocesijiet ta’ Kolonja, fil-Germanja, u ta’ Nola, fl-Italja ta’ isfel.
 
Facebook - Parrocca Marrija Addolorata San Pawl il-Bahar 7 ta' Novembru 2017




Sunday, November 04, 2012

Jn 6:37-40 -- ...Jesus the Bread of Life - ...Ġesù hu l-ħobż tal-ħajja --- "... I WILL NEVER SEND AWAY ANYONE WHO COMES TO ME !" --- "... min jiġi għandi ma nkeċċihx 'il barra"







[Ġw:6:37] Dawk kollha li jagħtini Missieri jiġu għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx 'il barra; [Ġw:6:38] għax jiena nżilt mis-sema mhux biex nagħmel ir-rieda tiegħi, imma  r-rieda ta' min bagħatni. [Ġw:6:39] Issa r-rieda ta' min bagħatni hija din: li jiena ma nitlef xejn minn dak kollu li tani, iżda li nqajjmu mill-imwiet  fl-aħħar jum. [Ġw:6:40] Din hi tabilħaqq ir-rieda ta' Missieri: li kull min jara lill-Iben u jemmen fih, ikollu l-ħajja ta' dejjem u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum."




.