blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Friday, September 10, 2010

1 Kor 9:16-19, 22-27 --- 1 Cor 9:16-19, 22b-27

[1Kor:9:16] Jekk jiena nxandar l-Evanġelju ma għandix biex niftaħar; jien obbligat nagħmlu dan. Ħażin għalija jekk ma nxandarx l-Evanġelju.
[1Kor:9:17] Jekk dan nagħmlu minn rajja, ikolli dritt għall-ħlas; imma jekk nagħmlu għax obbligat, dan ifisser li qiegħed nagħmel ix-xogħol li Alla fdali f'idejja.
[1Kor:9:18] X'inhu mela l-ħlas tiegħi? Li meta nxandar l-Evanġelju, nxandru b'xejn, bla ma nfittex id-dritt li jagħtini l-Evanġelju stess.
[1Kor:9:19] Għax għad li ma jiena marbut ma' ħadd, jien għamilt lili nnifsi lsir ta' kulħadd biex nirbaħ lil ħafna.

[1Kor:9:22] Sirt dgħajjef fost dawk li kienu dghajfa fil-fidi, biex nirbaħ id-dgħajfin. Sirt kollox ma' kulħadd, biex insalva 'l xi whud minnhom b'kull mezz li nista'.
[1Kor:9:23 U da kollu naghmlu ghall-Evanġelju sabiex inkun naqsam il-barka tieghu ma' haddiehor.
[1Kor:9:24] Ma tafux li fl-istadju l-ġerrejja kollha jiġru, imma l-premju jirbħu wieħed ? Iġru, mela, ħalli tirbħuh.
[1Kor:9:25] Kull atleta kollox jiehu bil-qies, u dawn biex jirbħu kuruna midbiela, imma aħna, waħda li ma tidbielx.
[1Kor:9:26] Jien issa hekk niġri, mhux qisni bl-addoċċ; ma nissarax bħallikieku qiegħed nagħti fil-vojt.
[1Kor:9:27] Iżda ngħakkes bl-aħrax lil ġismi u njassru, biex ma jiġrilix li, wara li nkun ippridkajt lil ħaddieħor, jiena stess insib ruħi kkundannat.


1 Cor 9: 16-19, 22b-27

16 For if I preach the Gospel, it is not glory for me. For an obligation has been laid upon me. And woe to me, if I do not preach the Gospel.
17 For if I do this willingly, I have a reward. But if I do this reluctantly, a dispensation is granted to me.
18 And what, then, would be my reward? So, when preaching the Gospel, I should give the Gospel without taking, so that I may not misuse my authority in the Gospel.
19 For when I was a free man to all, I made myself the servant of all, so that I might gain all the more.
22 I became weak, so that I might gain the weak. To all, I became all, so that I might save all.
23 And I do everything for the sake of the Gospel, so that I may become its partner.
24 Do you not know that, of those who run in a race, all of them, certainly, are runners, but only one achieves the prize. Similarly, you must run, so that you may achieve.
25 And one who competes in a contest abstains from all things. And they do this, of course, so that they may achieve a corruptible crown. But we do this, so that we may achieve what is incorruptible.
26 And so I run, but not with uncertainty. And so I fight, but not by flailing in the air.
27 Instead, I chastise my body, so as to redirect it into servitude. Otherwise, I might preach to others, but become myself an outcast.

Wednesday, September 01, 2010

ALLA DEJJEM JILQGĦEK LURA GĦANDU - ALLA JIBQA' JĦOBBOK - ALLA HUWA MĦABBA



KEMM iżejjinulek sabiħ id-dnub ix-xitan: Kif tħossok li int xi Alla, għandek id-dritt, il-jedd - għax tħoss li la għajrek ħaddieħor, għax weġġgħak xi ħadd, għax tħossok li ġejt abbandunat/a, għax int ġejt misruq/a, għax ġejt iddiżappuntat/a, għax ġejt ittradut/a, għax tħossok minsi/ija minn kullħadd, għax ġejt abbużat/a, għax trabbejt f'ambjent mħawwad, għax ħadd ma ħa ħsieb jgħallmek, għax tefgħuk f'istitut, għax trabbejt bla ġenituri, għax ħassejtek il-'black sheep' u kont mwarrab/a minħabba preferenzi, għax in-negattivita tal-arblu tar-razza qed tiġbdek lejn il-ħażen, vizzji, dbaħrit;...
jew...
mill-banda 'l oħra għax rnexxejt fl-iskola, għax ilħaqt fl-aqwa posizzjoni u tikkmanda n-nies....ix-xitan jimlik b'ħafna arja u kburija, bil-vana glorja, u b'ħafna mibegħda, rabja, korla lejn min joħodha kontra tiegħek, tara lil kullhadd dubbien, timtela' kollok ribeljoni....u taqa' ma kull tentazzjoni li jġiblek quddiemek għax jgħidlek int għandek id-dritt, la ħa tieħu sudisfazzjon biħ u ISSA . Allura tinġarr mal-kurrent --- tas-sess - li ALLa ħalaq bejn mara u raġel FIŻ-żwieġ; kull kwalita ta' serq anke adulterju; qtil anke emozjonali, psikoloġiku, morali, mhux fiżiku biss; tinġarr mal-kurrent tal-vizzji li, sew għax tkun trid tixxowja bi skandli, aħseb u ara bli ma tafx min qiegħed jarak u int ma tarahx għax minn għalik qiegħed waħdek.....( ALLa dejjem qed jarak, jgħarbel u jagħraf x'qed tredden f'moħħok kull ħin; Jaf kull intenzjoni ta' għemilek )..... Kif iġibek 'puppet on a string' ix-xitan...u kemm tħossok kburi u 'ferħan' għax għaddiet tiegħek.....iżda tibda' tħossok marbut b'katina ħoxna...għax jibda' jseffsiflek li, la wasalt s'hawn ħu izjed, ħu aktar u aktar u aktar....IMMA xorta tibqa' tħoss vojt, tħoss li dak is-sudisfazzjon li webblek ix-xitan jissfaxxa malajr fix-xejn !...
u tibda tniggżek il-kuxjenza u tibda tgħid kif wasalt sal-qieh daqshekk, kif kellek l-guts li tabbuża' mill-liberta t'ALLA daqshekk. Kif għażilt il-jasar flok il-ħelsien ?  Tibda' tiġik ix-xewqa li tmur tqerr u dbiddel ħajtek............ISSA tibda' tara l-qerq 'l ieħor tax-xitan - għax jibda' jimlik bil-mistħija ta kif se tiftaħ qalbek ma' saċerdot, bniedem ieħor ( imma nafu li s-saċerdot, uman bħalna, hu magħżul u mbierek minn ALLA ), jibda' jbeżżak li s-saċerdot ħa jgħid bik, li ħa waqqak għaċ-ċajt u ħa jgħajjrek, ( iżda nafu li s-saċerdot hu marbut bis-sigriet tas-sagrament); u x-xitan jibda' jonfoħ dnubietek u jkabbarhom biex aktar tistħi u tibza' tmur tqerr; jibda' saħansitra jgħajjrek bid-dnubiet li hu stess waqqak fihom....għax tant ikun indannat li ħa jitilfek minn taħt il-ħakma tiegħu li saħansitra jpoġġik f'tentazzjonijiet li ssoltu kont taqa', ħa terġa' lura...
Kun lest li ħa jingannak ukoll, u jgħidlek 'iva ok dnibt imma mur GĦADA' u l-għada jerga' jgħidlek 'u le mur ġurnata oħra qerr!'. X'ingann hux biex ma tinħelisx mill-ħakma tiegħu; tibqa' indannat bil-geġwiġija ta' ħsibijiet ħa tibqa' mċaħħad mill-ferħ u paċi fil-qalb..........IMMA ALLA DEJJEM MIEGĦEK, dejjem jistennik titolbu l-għajnuna...

'' Għejni O ALLA, tini l-kuraġġ ħa nbiddel ħajti, ħa nistqarr dnubieti, nitolbok qawwili l-fidi fiK, għax kelli mmiss il-qiegħ, fil-ħama u t-tajn biex niġi f'sensija u ninduna bil-ħajja żbaljata ?  Għinni Mulej Ġesù"........Iva Alla jimlik bil-kuraġġ, irid jerġa' jgħannqek miegħu ...ħa ssib il-veru ferħ ġenwin li jfakkrek meta kont tifraħ bix-xejn, meta kont innoċenti.
Grazzi Mulej talli ridtni nwassal dal-messaġġ ta' kuraġġ lil min wasal jaqra s'hawn. Iva Mulej int tinqegħda bl-aktar dgħajjef, ħalli aktar toħrog il-qawwa tiegħeK, l-imħabba tiegħeK, il-Glorja tiegħeK.....

Iva ALLA qed jgħidlek "Jien id-Dawl li nurik it-triq tal-Verità. Irridek tgħix bis-serenità f'qalbek - 'l bogħod mill-jasar u l-ġidba tal-vizzji... - irridek taqsam il-ferħ veru li nimla' lil qalbek, mal-proxxmu kollu"



(2006) - Fr Elija Vella OFM Conv In Jesus' Name, I renounce to any evil spirit in me or against me






.

EJJA MULEJ ĠESÙ. GĦINNA NĦOSSU L-PREŻENZA TIEGĦEK F'ĦAJJITNA


Kieku jaħmel il-bniedem ferħan ix-xitan. X’għira għandu, għax jaf li Alla jibqa’ jħobbna minkejja d-djufija tagħna, dejjem lest jilqana lura bil-ħmieġ u l-ħama ta' dnubietna għax l-imħabba infinita tiegħU tibdilna.
Ix-xitan jara kif joħloq sitwazzjonijiet ta’ għira, rabja, mibegħda, xewqat u ħsibijiet ħziena, mard, inċidenti, intoppi u diffikultajiet; jinqegħda b’min jemmen fih, għax jipprova ikissirlu ħajtu, aħseb w ara b’min ma jemminx bl-eżistenza tiegħu, kif iħawwdu bl-illużjonijiet. 
 Kif qed jaqta’ qalb iż-żgħażagħ mill-vokazzjoni taż-żwieġ nisrani ! Hu jagħmihom bis-sudisfazzjon immedjat, bil-ħolm ta’ ġid u festa biss u dejjem, mingħajr responsabbilità ta' xejn. Minn naha jagħmiħom ħa jsiefru, jonfqu, jiddejnu, ‘jgawdu’ u mill-banda l-oħra jġgħelħom jiffungaw fis-sess barra żwieġ…..u jekk jiġu t-tfal iseffsfilħom biex jagħmlu l-abort ! Ja żgħażugħ, tista’ timmaġinak erbgħin, ħamsin, sittin sena oħra:- Ġo darek imma waħdek għax kellek vokazzjoni imma kont ġejt mbeżża' miż-żwieġ nisrani – mill-għaqda li ħalaq Alla Nnifsu...
Kif jipprova minn kollox biex ikisser il-familja x-xitan - sew tal-futur kif ukoll il-familji li hawn - għax jaf li hi l-ossiġnu tas-soċjetà. Alla ried li ibnu stess jitwieled ġewwa familja u Hu jaf li f’familja nisranija magħquda miegħU, hemm l-għaqda, il-ħlewwa, il-paċenzja, il-mogħdrija, il-maħfra, il-ferħ li taqsam ħajtek fiż-żwieġ, ma wliedek fil-barka t’Alla, titgħallem tgħid kelma inqas flok tkabbar argument; l-umiltà li tkun lest li ċċedi, titgħallem tisma’, tistenna u anke taċċetta id-difetti ta' ħaddieħor ( għax Alla jġibek konxju li la aċċetta lilek bid-defetti kollha tiegħek, hekk ukoll int trid tagħder lil ħaddieħor għax ebda bniedem ma hu perfett ) Veru hemm difetti u vizzji li mhux kulhadd jiflaħ għalihom....U għalhekk Alla jrid l-għerusija - żmien ta' deċiżjoni biex tgħarbel il-karattru - bis-sabiħ u l-ikraħ tiegħu. Dejjem itlob l-għajnuna t'Alla ħa jgħinnek tieħu deċiżjoni tajba.
Ix-xitan ma jridx l-vokazzjonijiet: Jipprova jimla' l-imħuh bl-aljenazzjonijiet tad-dinja u jipprova jaqta’ qalb dawk iż-żgħażagħ li Alla qed isejjaħ għall-ħajja missjonarja, reliġjuża jew saċerdotali.
Qawwilhom qalbhom Mulej u għinnhom iħossu li l-preżenza Tiegħek hi magħhom, dejjem.
Iva x-xitan irid il-firda, il-biki, it-taħwid u dbaħrit, l-għazz u ħela ta’ ħin -  raġunament li jien xi Alla u kif qed nirraġuna jien tajjeb; hu jogħxa meta nduru għal allat oħra, nissuppervjaw, ngħajjru, ngħiru, nweġġgħu, noqtlu, nisirqu, nifirdu, nkissru……..Qed tindunaw li kollha kontra l-Kmandamenti ??? Alla jrid il-ħajja, il-mogħdrija, l'umiltà  / ix-xitan irid il-mewt, il-mibgħeda, il-kburija. Għalhekk nitolbu l-Alla jgħinna nħossu l-preżenza tiegħU fostna, nersqu lejH mill-ewwel, għatxxana għal dik il-kalma, il-konsolazzjoni, il-paċi f’qalbna, l-iskop tal-ħajja - li Hu biss jagħtina. Ejja Mulej Ġesù, Maranatha, għax aħna nintilfu mingħajreK. Ammen



.

KUN AF BIL-QERQ TAX-XITAN U BIL-QAWWA TA' ALLA --- KNOW ABOUT THE DECEIT OF THE DEVIL AND THE POWER OF GOD


 
John 8:44b ... the devil was a murderer from the beginning and does not stand in the truth, because there is no truth in him. When he lies, he speaks according to his own nature, for he is a liar and the father of lies.

 
********************************************************




Jesus Christ – Conqueror of Satan
http://medjugorjemalta.blogspot.com/2015/06/jesus-christ-conquerer-of-satan-by.html




 VICTORY - ONLY WITH JESUS CHRIST 




"Discouragement comes always from the evil one"



Saint Anthony's War Against Demons - Published on Aug 15, 2016
Saint Anthony of the Desert not only engaged in fierce battles against the devil through prayer and fasting, but they mocked, sneered and abused him. For his triumphs over the devil God promised that he would make his name known everywhere





https://www.youtube.com/watch?v=7ISs032tXEA


 

" Renounce to the evil one...Do it after Holy Communion, when you are full of JESUS

 
"In Jesus' Name, I renounce to any evil spirit in me or against me." 




 





This video is without the interpreter's translation






Fr Elija Vella OFM Conv. --- Oslobodenie od Zlého - Deliverance from the evil one






Ex satanista mette in guardia dai pericoli di Halloween




IN MALTA
- http://www.kosmalta.org/minahna.html

- http://www.kosmalta.org/df.html


- http://www.kosmalta.org/









P. Elias Vella biela a čierna mágia - Fr Elia Vella on white and black magic





P. Elias Vella reika a psychotronika - Fr Elia Vella on  reiki and psychic,





Taf li jekk tkun paci m’Alla, jiġifieri [Lq:10:27]...tħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b'qalbek kollha, u b'ruħek kollha, bil-qawwa tiegħek kollha, u b'moħħok kollu, u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.", tersaq lejn is-sagramenti tal-qrar u tqarbin, tapprezza d-dinjità tal-Kmandamenti , tieħu sehem fil-quddies, anke quddies ta' fejqan u ħelsien, tidhol f’xi prayer group, tattendi rtiri, iġġor il-kuruna dejjem fuqek u titlob it-talba tar-Rużarju….int protett, iva protett mill-ħażen li wieħed ikun jixtieqlek. Anzi, id-deni li jkun xtaq lilek jerga' jmur għal fuqu - bħal boomerang ! Tidħaq ? Hekk iridek ix-xitan ma temminx bil-qawwa omnipotenti t'Alla u tal-Ewkaristija Mqaddsa. Imma x-xitan jemmen bil-qawwa tagħhom u għalhekk jinganna l-bniedem u jċaħħdu mill-paċi f'qalbu billi jġgħelu jinfexx fil-mibgħeda u s-saħta...


Taf li l-oroskopju, palm reading, qari tal-karti, qari tax-xorti, qari tal-futur, ouija board, kuntatt mal-ispirti, spiritiżmu, black, white magic, New Age - dawn huma kollha ħaġa waħda max-xitan. Għadek tidħaq ? Hekk iridek ix-xitan, mazzun: Tesperjenza din 'l-avventura' mal-okkult u l-ispiritiżmu - biex tbexxaqlu t-tieqa ħa jidħol f'ħajtek... u wara tispiċċa f’dipressjoni, kif ukoll f’disperazzjoni ta' rabja, mibgħeda, vendetta.

Alla Huwa l-ħajja, il-kalma, ir-Rebħa;
ix-xitan huwa l-mewt, indannazzjoni, it-tellief, il-giddieb.

Ġesù, Alla jgħidilna - aħfru w itolbu għal min jagħmlilkom id-deni, (kemm hi diffiċli għal bniedem hux, imma bil-qawwa u bil-għajnuna t’Alla iva possibli.) Alla biss jixtieq il-ġid lil kulhadd u min irid jimxi warajH, hekk irid jaghmel - jitlob għal min jgħobodu, ibierek lil min jistħu...X’IMHABBA ALTRUISTA HI L-IMHABBA TA' ALLA ! Hu jagħti ċ-ċans, ħalli anke min ikun jixtieq il-ħsara, jiġi konxju tad-deni li jkun qed jagħmel lilu nnifsu stess; ħalli jindemm u jersaq għas-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni (il-Qrar) u jkun jista' jerġa' jibda' jesperjenza il-paċi vera f 'qalbu:

Din hi l-vera xewqa ta' kull bniedem - li jħossu maħbub u li jgħix fil-paċi, miegħu nnifsu u mal-proxxmu ! 

Alla Hu t-triq, il-Verità u l-Ħajja. Ammen Alleluja.


                     - - - - - - - - - - - - - - - - -
Sib ħin, aqra u tgħallem mill-Bibbja – (tal-Għaqda Biblika Maltija)
Ara xi tgħid il-Kelma ta' Alla :-

- Levitiku 19:31 --- [Lev:19:31] La tmurx għand is-saħħara li jsejjħu l-erwieħ u la tfittxux lil min jeħber; la tiċċappsux bihom:  Jiena l-Mulej Alla tagħkom.

- Dewteronomju 18:9-12 --- [Dt:18:9] Meta inti tidħol fl-art li l-Mulej, Alla tiegħek, se jagħtik, titgħallimx timxi fuq id-drawwiet koroh ta' dawn il-ġnus. [Dt:18:10] Ma għandu jkun hemm ħadd f'nofsok li jgħaddi min-nar lil ibnu jew lil bintu, lanqas min jeħber, min jitkixxef il-ġejjieni, [Dt:18:11] min jagħmel il-magħmul u s-sħarijiet, min isejjaħ l-erwieħ, min jobsor u jistħarreġ il-mejtin. [Dt:18:12] Għax mistkerrah quddiem il-Mulej kull min jagħmel dawn il-ħwejjeġ; u minħabba dawn id-drawwiet koroh li l-Mulej, Alla tiegħek, se jkeċċihom minn quddiemek.

- Isaija 47:12-15 ---
[Is:47:12] Żomm sħiħ, mela, fil-magħmul tiegħek,

fil-kotra ta' sħarijietek,

li fihom stinkajt sa minn żgħożitek.

Għandhom mnejn jiswewlek;

għandek mnejn tbażża' n-nies bihom.


[Is:47:13] Fnietek il-kotra tal-kunsillieri tiegħek!

Ħa jqumu issa u jgħinuk,

l-għarriexa tas-smewwiet,

li jħarsu lejn il-kwiekeb,

u ta' kull xahar jgħidulek

x'se jkun li ġej għalik.

[Is:47:14] Ara, bħat-tiben jaħraqhom in-nar;

ma jeħilsuhiex mis-setgħa tan-nirien.


Ma jkunx ġamar għas-sħana,

ma jkunx nar li toqgħod ħdejh.

[Is:47:15] Hekk ikunu għalik dawk li fnewk,

is-saħħara li kellek sa minn żgħożitek;

kulħadd jitlaq għal rasu,

ħadd ma jibqa' hemm biex jgħinek.

- Galatin 5:19-21--- [Gal:5:19] L-għemejjel tal-ġisem huma magħrufa: żína, faħx, nuqqas ta' rażan, [Gal:5:20] idolatrija, seħer, mibegħda, ġlied, għira, korla, ambizzjoni, firda, partiti, [Gal:5:21] invidja, sokor, tbahrid, u ħwejjeġ bħal dawn. Nwissikom, bħalma wissejtkom qabel, min jagħmel dawn il-ħwejjeġ ma jiritx is-saltna ta' Alla. 

- Efesin 6:13-18 --- [Efes:6:13] Għalhekk ħudu fuqkom  l-armatura ta' Alla, ħalli tkunu tistgħu tieqfu fi żmien il-ħażen, u, wara li tkunu għamiltu ħilitkom kollha, żżommu weqfin. [Efes:6:14] Żommu sħiħ, mela, ħażżmu ġenbejkom bil-verità, ilbsu l-kurazza tal-ġustizzja, [Efes:6:15] u xiddu riġlejkom bil-ħeġġa ta' l-Evanġelju tas-sliem; [Efes:6:16] ħudu f'idejkom it-tarka tal-fidi; li biha tistgħu titfu l-vleġeġ kollha tan-nar tal-Ħażin; [Efes:6:17] ilbsu l-elmu tas-salvazzjoni u aqbdu x-xabla ta' l-Ispirtu li hi l-kelma ta' Alla. [Efes:6:18] Itolbu dejjem fl-Ispirtu, b'kull xorta ta' talb u f'kull ħtieġa, ishru fih bla ma tieqfu, u itolbu għall-ħtiġiet tal-qaddisin kollha.

- Gwanni 3:16 --- [Ġw:3:16] Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta' dejjem.

                                - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - -
AND   ---  

Ouija..."THE BEST WAY TO BREAK AN ADDICTION IS TO NEVER START"
http://medjugorjemalta.blogspot.com/2014/07/ouijathe-best-way-to-break-addiction-is.html


EJJA MULEJ GESU. GHINNA NHOSSU L-PREZENZA TIEGHEK F'HAJJITNA
http://medjugorjemalta.blogspot.com/2010/09/ejja-mulej-gesu-kun-dejjem-maghna.html


ALLA DEJJEM JILQGĦEK LURA GĦANDU - ALLA JIBQA' JĦOBBOK - ALLA HUWA MĦABBA
http://medjugorjemalta.blogspot.com/2010/09/l-imhabba-vera-ta-alla.html


PRAYER TO THE HOLY SPIRIT - during Liberation Mass - Ħelsien mis-sataniżmu -- Fr Elija (Elias) Vella OFM Conv.
http://medjugorjemalta.blogspot.com/2012/08/liberation-mass-against-satanism-by-fr.html

.