Thenna O Verġni Marija,
Għax il-Bxara t-tajba
Qed titwassal b'ferħ
B'grazzja qaddisa
Lit-trufijiet kollha tad-dinja
Għatxana, bħal art
Niexfa.
Il-Kelma ta' Alla
li saret laħam
Fil-ġuf safi tiegħek,
Bħal irjiħ ta' Rebbiegħa
Tiżra hena u paċi
F'qalb il-bniedem.
Minn qalb Ommok
Għotja ta' kobor bla' qies
Twieldet u tkabbret fi
Ħdan il-Knisja
Radju Marija.
Għodda umli ta' servizz
Fl-għalqa tal-Mulej.
Il-Familja dinjija
li Int għaqqadt
Minn kull poplu u nazzjon,
Tikkonsagra lilha nnifisha
Lilek,
U tipproklamak
Reġina tal-qalb tagħna.
Fidi u mħabba,
Tama u paċi
Huma l-messaġġ
Li ż-żgħar tiegħek
Iwasslu b'umiltà u fedeltà
Lil ħuthom irġiel u nisa.
Ħaddan bil-mant tiegħek,
O Verġni Marija
It-tbatijiet tad-dinja.
Ħalli l-fqar u l-morda
L-imnikkta u l-imġarrba
U l-midinbin kollha
Li jgħarrxu għal verità,
Isibu kennhom fik.
Ħaffef iż-żmien tal-grazzja
Iż-żmien tat-trijonf finali
Tal-Qalb immakulata
Tiegħek.
Agħtina l-Grazzja
Li naqduk bl-għotja ta'
Ħajjitna.
Ħalli d-dija tad-dawl
Ta' umanità li tħobb
Tfiġġ malajr fuq
Din l-art.
O Reġina ta' Radju Marija
Itlob għalina.