MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Papa Francesco, in occasione della chiusura del Giubileo della Misericordia, ha rilasciato una lunga intervista (40 minuti) a Tv2000 e InBlu Radio. Il Pontefice, nel colloquio con il direttore di Rete, Paolo Ruffini e il direttore dell’Informazione, Lucio Brunelli, riflette sui frutti dell’Anno Santo straordinario ("Una benedizione del Signore"); su come dovrà cambiare la Chiesa, sul modo in cui la misericordia interpella le coscienze dei singoli e degli Stati, sull’idolatria del denaro e sull’attenzione verso i più poveri. Papa Francesco racconta quindi numerosi episodi legati ai suoi ‘Venerdì della Misericordia’ con ex prostitute, malati terminali, carcerati. Riflette sul rapporto fra giustizia e misericordia e sulla questione della pena di morte e dell’ergastolo. Con tono familiare e spontaneità risponde anche ad alcune domande personali. Su quale sia il segreto, ad esempio, perché il Papa non si ‘stressi’ pur vivendo giornate strapiene di impegni e occupate da tanti pensieri. E ancora dichiara la sua “allergia agli adulatori”, considerati più “molesti” dei detrattori e confida inoltre di recitare ogni giorno la preghiera di San Tommaso Moro, “donami Signore il senso dell’umorismo”.
Papa Francesco, intervista a Tv2000 e InBlu Radio per chiusura Giubileo della Misericordia- Published on Nov 20, 2016
Mulej Ġesù Kristu, int li għallimtna nħennu bħalma ħanin hu Missierna tas-Sema, u għidtilna li min jara lilek jara lilu: urina wiċċek u nkunu salvi. Ħarstek mimlija mħabba ħelset lil Żakkew u ’l Mattew mill-jasar tal-flus; lill-adultera u l-Maddalena milli jqiegħdu l-ferħ tagħhom biss fi ħlejqa; bikkiet lil Pietru wara t-tradiment, u wiegħdet il-Ġenna lill-ħalliel niedem. Agħmel li kull wieħed u waħda minna jisma’ tingħad lilu dik il-kelma li int lissint lis-Samaritana: Kieku kont taf id-don ta’ Alla!
Int il-wiċċ li jidher tal-Missier li ma jidhirx, ta’ Alla li juri s-setgħa tiegħu fuq kollox bil-maħfra u l-ħniena: agħmel li l-Knisja tkun fid-dinja l-wiċċ tiegħek li jidher, int li int il-Mulej tagħha, rebbieħ fuq il-mewt u glorjuż. Int ridt li l-ministri tiegħek ikunu huma wkoll imlibbsa bid-dgħufija biex jistgħu jħossu għal dawk li qegħdin fl-injoranza u l-iżball; Agħmel li kull min jersaq lejn wieħed minnhom iħossu milqugħ, maħbub u maħfur minn Alla.
Ibgħat l-Ispirtu tiegħek u kkonsagrana lkoll bid-dilka tiegħu biex dan il-Ġublew tal-Ħniena jkun sena ta’ grazzja tal-Mulej u l-Knisja tiegħu b’ħeġġa mġedda tista’ twassal lill-foqra l-bxara t-tajba, tħabbar il-ħelsien lill-imjassrin u l-maħqurin, u d-dawl mill-ġdid lill-għomja.
Dan nitolbuhulek bl-interċessjoni ta’ Marija, Omm il-Ħniena, int li tgħix u ssaltan flimkien mal-Missier u mal-Ispirtu s-Santu għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
Miġjuba għall-Malti mit-Taljan minn Francesco Pio Attard
The three Roman roads leading to St. Peter's during the Jubilee of Mercy -Published on 11 Dec 2015
Jubilee of Mercy: Vatican presents key events of the Holy Year - Published on Dec 4, 2015 Jubilee Year: The Pope will pray with families of traffic accident victims - Published on Oct 26, 2015
Two great confessors chosen for the Jubilee of Mercy: Saint Pio and Saint Leopold
Jubilee Year of Mercy: St. Peter's Square will become an open air confessional for one day - Sep 9, 2015
Absolution of Abortion during Year of Mercy explained: Confession, Forgiveness, Mercy -Published on Sep 4, 2015
Year of Mercy and Indulgences: Papal letter addresses abortion, prisoners, sick and elderly - Published on Sep 1, 2015
with the Human Body, Human Blood, Divine Soul and Divinityunited in the Holy Trinity
HUMILITY, EVEN HUMILIATION WILL LEAD YOU TO BE LIKE JESUS
reflections...
...The greatness of God, Jesus, is in His total humility to become:-
--- Human, through the power of the Holy Spirit and the yes of Mary, a devout and humble human who was redeemed of original sin from the moment of her conception.C.C.C. p491; as the Angel Gabriel's greeting declares - “Rejoice highly favoured” ;“Hail full of grace.” - Kecharitomene.
--- To accept to be enthroned not on some fancy cathedra but humiliated, abandoned, suffering physically, psychologically and nailed, hanging on a wooden cross, outside the city walls in the midst of the city dump.
--- To be proclaimed mockingly as King as he died, arms stretched out, to embrace the world and all of humanity. (“At present we do not see “all things subject to him,” but we do see Jesus “crowned with glory and honour” because he suffered death, he who “for a little while” was made “lower than the angels,” that by the grace of God he might taste death for everyone.” –Heb 2:8-9)
He gave us everything - Himself - to show His ever-loving compassion to each one of us and to reveal to all, the deceit of the devil.
Resurrection is natural for God - Jesus passed from the state of death to another life beyond time and space - At his Resurrection his body is filled with the power of the Holy Spirit: he shares the divine life in his glorious state, so that St. Paul can say that Christ is "the man of heaven".512
--- Jesus came as a Suffering Servant Leader as he explained to the disciples at the Last Supper when he washed their feet.
We are all called to be servants to one another, assisting and helping in fraternal love and friendship
Jesus redefined what it means to be a leader amongst those that dare to call themselves his followers, reminding us that the first will be last and the last first. Jesus humbles Himself yet again in the consecrated Host during each Holy Mass: He wanted to be reached by everyone in bread from wheat and wine from grapes - His own creations and man's work . As it is written in Ezekiel 3:3 and Revelation 10:9, He gives us Himself to eat, to nourish us with His Word that became Flesh; to teach us how to become like Him everyday - By reflecting Him in our humble, patient, perseverant, forgiving and faithful actions and services to others
Pope Francis' Homily: The Church should be like a field hospital -Published on Feb 5, 2015
The Corporal and Spiritual Works of Mercy - Published on 20 Nov 2014
Fr. Brian Mullady, OP, discusses the traditional ways of implementing deep spirituality in our relations to other people: the Corporal and Spiritual Works of Mercy
And Jesus gives us Himself - His Body, His Blood, His Soul and Divinity united with God the Father and the Holy Spirit in the Holy Trinity... in Holy Communion
THE BREAD THAT JESUS GIVES IS MORE THAN HIS WORDS, MORE THAN HIS TEACHINGS --- JESUS SAID POINT BLANK - I AM THE BREAD OF LIFE - He didn't say - MY WORDS ARE THE BREAD OF LIFE...YET AT EVERY MASS HE GIVES US BOTH - BOTH HIS WORDS IN THE BIBLE AND HIS VERY SELF IN HOLY COMMUNION !
The Blessed Virgin Mary - the Ark of the New Covenant - the first Monstrance who carried the Word of God made Man.
--- My flesh is real food and my blood is real drink ---
- IN YEAR A - CORPUS CHRISTI - Solemnity of the Most Holy Body and Blood of Christ
- IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 20 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Ġismi huwa tassew ikel, u demmi hu tassew xorb.
Ġw 6, 51-58
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “[Ġw:6:51] Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U l-ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja."
[Ġw:6:52] Fuq hekk il-Lhud tlewwmu bejniethom, u bdew jgħidu: "Kif jista' dan jagħtina ġismu biex nikluh?" [Ġw:6:53] Ġesù mela qalilhom: "Tassew tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta' Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom. [Ġw:6:54] Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta' dejjem, u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum. [Ġw:6:55] Għax ġismi huwa tassew ikel, u demmi hu tassew xorb.
[Ġw:6:56] Min jiekol ġismi u jixrob demmi jibqa' fija u jiena fih. [Ġw:6:57] Bħalma bagħatni l-Missier, li hu ħaj, u jiena ngħix b'Missieri, hekk ukoll min jiekol lili, hu wkoll jgħix bija.
[Ġw:6:58] Dan huwa l-ħobż li niżel mis-sema; m'huwiex bħal dak li kielu missirijietkom u mietu; min jiekol dan il-ħobż jgħix għal dejjem."
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
.
BREAD OF LIFE (Reflection Year B)
Gospel of John chapter 6 - in Maltese language...
MILL-EVANĠELJU SKOND SAN ĠWANN, KAPITLU 6
6. Ġesù jitma' ħamest elef
(Mt 14, 13-21 ; Mk 6, 30-44 ; Lq 9, 10-17)
[Ġw:6:1] Wara dan,
Ġesù telaq lejn in-naħa l-oħra tal-baħar tal-Galilija, jew ta' Tiberija. [Ġw:6:2]
Ħafna nies marru warajh, għax raw is-sinjali li kien jagħmel bil-fejqan
tal-morda. [Ġw:6:3] Ġesù tela' lejn l-għoljiet u qagħad hemm bilqiegħda
mad-dixxipli tiegħu. [Ġw:6:4] Kien qrib l-Għid, il-festa tal-Lhud. [Ġw:6:5]
Ġesù rafa' għajnejh, lemaħ kotra ta' nies ġejja lejh, u qal lil Filippu:
"Mnejn nixtru l-ħobż biex dawn ikollhom x'jieklu?" [Ġw:6:6]
Dan qalulu biex jippruvah, għaliex hu kien jaf x'sejjer jagħmel. [Ġw:6:7]
Filippu wieġbu: "Mitejn dinar ħobż ma jkunux biżżejjed għalihom biex kull
wieħed minnhom jieħu xi ftit." [Ġw:6:8] Wieħed mid-dixxipli tiegħu,
Indrì, ħu Xmun Pietru, qallu:[Ġw:6:9] "Hawn tfajjel li għandu ħames
ħobżiet tax-xgħir u żewġ ħutiet żgħar; imma dawn x'inhuma għal daqshekk
nies?" [Ġw:6:10] "Qiegħdu n-nies bilqiegħda," qal Ġesù.
Dik in-naħa kien hemm ħafna ħaxix. Għalhekk in-nies, xi ħamest elef raġel,
qagħdu bilqiegħda. [Ġw:6:11] Ġesù ħa l-ħobżiet, radd il-ħajr, u
qassamhom lil dawk li kienu bilqiegħda; hekk ukoll għamel bil-ħut, u kulħadd ħa
kemm ried. [Ġw:6:12] Meta xebgħu, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:
"Iġbru l-loqom li baqa', biex xejn ma jinħela." [Ġw:6:13]
Marru jiġbruhom, u mlew tnax-il qoffa bil-loqom li kien fadlilhom in-nies
mill-ħames ħobżiet tax-xgħir wara li kienu kielu. [Ġw:6:14] Għalhekk
dawn in-nies, meta raw dan is-sinjal li għamel Ġesù, qalu: "Dan hu tassew
il-Profeta li għandu jiġi fid-dinja!" [Ġw:6:15] Imma Ġesù, meta
ntebaħ li kienu ġejjin biex jeħduh bilfors ħalli jagħmluh sultan, raġa' warrab
waħdu lejn l-għoljiet.
Ġesù jimxi fuq il-baħar
(Mt 14, 22-33 ; Mk 6, 45-52)
[Ġw:6:16] Xħin sar
filgħaxija, id-dixxipli tiegħu niżlu ħdejn il-baħar, [Ġw:6:17]
rikbu dgħajsa u ġibdu għax-xatt l-ieħor tal-baħar, lejn Kafarnahum. Kien ġa
dalam, u Ġesù kien għadu ma ġiex jilħaqhom. [Ġw:6:18] Il-baħar kien qam
sewwa, għax kien qiegħed jonfoħ riħ qawwi. [Ġw:6:19] Mela wara li kienu
qadfu xi ħamsa u għoxrin jew tletin stadju, raw lil Ġesù miexi fuq il-baħar
riesaq lejn id-dgħajsa, u beżgħu. [Ġw:6:20] Imma hu qalilhom:
"Jiena hu, la tibżgħux." [Ġw:6:21] Għalhekk riedu jtellgħuh
fuq id-dgħajsa, iżda minnufih id-dgħajsa messet l-art fejn kienu sejrin.
Ġesù hu l-ħobż tal-ħajja
[Ġw:6:22] L-għada,
in-nies li kienu għadhom in-naħa l-oħra tal-baħar raw li hemmhekk ma kienx hemm
ħlief dgħajsa waħda u li Ġesù ma kienx tela' fiha mad-dixxipli tiegħu, imma li
d-dixxipli kienu marru weħidhom. [Ġw:6:23] Mela waslu xi dgħajjes oħra
minn Tiberija qrib fejn kienu kielu l-ħobż wara li l-Mulej kien radd il-ħajr. [Ġw:6:24]
Iżda n-nies, meta raw li fuqhom la kien hemm Ġesù u lanqas id-dixxipli tiegħu,
telgħu fuq id-dgħajjes u marru lejn Kafarnahum ifittxu lil Ġesù.
[Ġw:6:25] U
meta sabuh in-naħa l-oħra tal-baħar staqsewh: "Rabbi, meta ġejt
hawn?" [Ġw:6:26] Ġesù weġibhom: "Tassew tassew ngħidilkom,
intom qegħdin tfittxuni mhux għax rajtu sinjali, imma għax kiltu mill-ħobż u
xbajtu. [Ġw:6:27] Tħabtu mhux għall-ikel li jgħaddi, iżda għall-ikel li
jibqa' għall-ħajja ta' dejjem, dak li Bin il-bniedem jagħtikom, għaliex lilu
Alla l-Missier immarka bis-siġill tiegħu." [Ġw:6:28] Mbagħad staqsewh:
"X'għandna nagħmlu biex nagħmlu l-opri ta' Alla?" [Ġw:6:29]
Weġibhom Ġesù: "L-opra ta' Alla hija din: li intom temmnu f'dak li huwa
bagħat." [Ġw:6:30] Qalulu: "X'sinjal se tagħmel biex aħna
narawh u nemmnuk? X'sejjer tagħmel? [Ġw:6:31] Missirijietna kielu
l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub, 'Tahom jieklu ħobż mis-sema.' " [Ġw:6:32]
Weġibhom Ġesù: "Tassew tassew ngħidilkom, mhux Mosè takom il-ħobż
mis-sema, iżda Missieri jagħtikom il-ħobż tassew mis-sema; [Ġw:6:33]
għaliex il-ħobż ta' Alla huwa dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja
lid-dinja."
[Ġw:6:34] "Sinjur,"
qalulu huma, "agħtina dejjem minn dan il-ħobż." [Ġw:6:35]
Weġibhom Ġesù: "Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu qatt
il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx. [Ġw:6:36] Imma jiena
ġa għedtilkom li, għalkemm rajtuni, ma emmintux. [Ġw:6:37] Dawk kollha
li jagħtini Missieri jiġu għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx 'il barra; [Ġw:6:38]
għax jiena nżilt mis-sema mhux biex nagħmel ir-rieda tiegħi, immar-rieda ta' min bagħatni. [Ġw:6:39]
Issa r-rieda ta' min bagħatni hija din: li jiena ma nitlef xejn minn dak kollu
li tani, iżda li nqajjmu mill-imwietfl-aħħar
jum. [Ġw:6:40] Din hi tabilħaqq ir-rieda ta' Missieri: li kull min jara
lill-Iben u jemmen fih, ikollu l-ħajja ta' dejjem u jiena nqajjmu mill-imwiet
fl-aħħar jum."
[Ġw:6:41] Il-Lhud
bdew igergru fuqu għax kien qal, 'Jiena hu l-ħobż li niżel mis-sema.' [Ġw:6:42]
U bdew jgħidu: "Dan m'huwiex Ġesù bin Ġużeppi? Lil missieru u 'l ommu ma
nafuhomx? Mela kif qiegħed jgħid, 'Jiena nżilt mis-sema'?" [Ġw:6:43]
Ġesù weġibhom: "Toqogħdux tgorru bejnietkom. [Ġw:6:44] Ħadd ma
jista' jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena
nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum. [Ġw:6:45] Hemm miktub fil-Profeti, 'U
kulħadd ikun mgħallem minn Alla.' Mela kull min jisma' lill-Missier u
jitgħallem minnu jiġi għandi. [Ġw:6:46] Mhux għax xi ħadd qatt ra
lill-Missier ħlief dak li hu minn Alla; hu dan li ra lill-Missier. [Ġw:6:47]
Tassew tassew ngħidilkom, min jemmen għandu l-ħajja ta' dejjem. [Ġw:6:48]
Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. [Ġw:6:49] Missirijietkom kielu l-manna
fid-deżert, u mietu; [Ġw:6:50] dan hu l-ħobż nieżel mis-sema, biex min
jiekol minnu ma jmutx. [Ġw:6:51] Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel
mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U l-ħobż li
jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja."
[Ġw:6:52] Fuq hekk
il-Lhud tlewwmu bejniethom, u bdew jgħidu: "Kif jista' dan jagħtina ġismu
biex nikluh?" [Ġw:6:53] Ġesù mela qalilhom: "Tassew tassew
ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta' Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma
jkollkomx il-ħajja fikom. [Ġw:6:54] Min jiekol ġismi u jixrob demmi
għandu l-ħajja ta' dejjem, u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum. [Ġw:6:55]
Għax ġismi huwa tassew ikel, u demmi hu tassew xorb. [Ġw:6:56] Min
jiekol ġismi u jixrob demmi jibqa' fija u jiena fih. [Ġw:6:57] Bħalma
bagħatni l-Missier, li hu ħaj, u jiena ngħix b'Missieri, hekk ukoll min jiekol
lili, hu wkoll jgħix bija. [Ġw:6:58] Dan huwa l-ħobż li niżel mis-sema;
m'huwiex bħal dak li kielu missirijietkom u mietu; min jiekol dan il-ħobż jgħix
għal dejjem." [Ġw:6:59] Dan qalu huwa u jgħallem fis-sinagoga,
f'Kafarnahum.
Il-kliem tal-ħajja ta' dejjem
[Ġw:6:60]Ħafna
dixxipli tiegħu, meta semgħuh, qalu: "Iebes dan il-kliem! Min jiflaħ
jisimgħu?" [Ġw:6:61] Ġesù ntebaħ waħdu li d-dixxipli tiegħu kienu
qegħdin igergru fuq hekk, u qalilhom: "Dan il-kliem qiegħed ifixkilkom? [Ġw:6:62]
Mela xi tgħidu kieku kellkom taraw lil Bin il-bniedem tiela' fejn kien qabel? [Ġw:6:63]
Hu l-ispirtu li jagħti l-ħajja, il-ġisem ma jiswa għal xejn. Il-kliem li jiena
għedtilkom huwa spirtu u ħajja. [Ġw:6:64] Iżda hemm xi wħud fostkom li
ma jemmnux." Għaliex Ġesù kien jaf sa mill-bidu min kienu dawk li ma
emmnux u min kien dak li kellu jittradih. [Ġw:6:65] U ssokta jgħidilhom:
"Kien għalhekk li jiena għedtilkom li ħadd ma jista' jiġi għandi jekk
il-Missier ma jagħtihx li jiġi." [Ġw:6:66] Minn dak in-nhar bosta
mid-dixxipli tiegħu telquh u ma baqgħux imorru warajh. [Ġw:6:67] Mbagħad
Ġesù qal lit-Tnax: "Tridux titilqu intom ukoll?" [Ġw:6:68]
Wieġbu Xmun Pietru: "Mulej, għand min immorru? Inti għandek il-kliem
tal-ħajja ta' dejjem, [Ġw:6:69] u aħna emminna u għarafna li inti
l-Qaddis ta' Alla." [Ġw:6:70] Qalilhom Ġesù: "M'hux jien kont
li għażiltkom lilkom it-Tnax? U madankollu wieħed minnkom huwa xitan." [Ġw:6:71]
Kien qiegħed jgħid għal Ġuda ta' Xmun l-Iskarjota, għax kien hu li kellu
jittradih, hu, wieħed mit-Tnax.
"Marian Coredemption and the Mystery of the Eucharist – In the thought of Mother Mary Constance Zauli” video published in Youtube by FFIPerth on 12 Aug 2015 Listen to this read excerpt of “Marian Coredemption and the Mystery of the Eucharist – In the thought of Mother Mary Constance Zauli”, a paper presented by Fr. Stefano Manelli at the 6th annual International Symposium on Marian Coredemption (held July 20-23, 2005 at Worth Abbey School, Sussex, England). The complete paper of Fr. Manelli, as well as that of the other presenters is compiled in Volume 6 of the “Mary at the Foot of the Cross” series produced by the Academy of the Immaculate
Mary Coredemptrix in the Eucharistic Mystery Catholics always believe that there is a close association between the mystery of Christ in the Holy Eucharist and the mystery of Mary. This “sense of faith” is given theological and doctrinal exposition in this exciting new volume of Mary at the Foot of the Cross - VI: Marian Coredemption in the Eucharistic Mystery. Originally presented as Acts of the Marian symposium in England in the year of the Eucharist 2005, this precious collection of articles presents profound insights on the relationship between Marian Coredemption and Eucharistic mystery. Articles such as the late John Paul II’s teachings on Mary’s Presence in the Mass, Mary and the Eucharist in John of the Cross, St. Louis Grignion de Montfort, Adrienne Von Speyer, St. Veronica Giuliani, are only some of the most inspiring thought on the subject matter compiled in one decent volume. Ideal for scholarly research written by theologians and scholars, this volume is also accessible to non-professional readers as well. A must reading on the central truth of our Catholic faith: Mary and the Holy Eucharist.