MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Saturday, September 22, 2012
SEPTEMBER 21 --- Mt 9:9-13 -- The Calling of Matthew - Is-sejħa ta' Mattew --- FROM The Physician - Doctor Jesus
Mt 9:9-13 -- The Calling of Matthew - Is-sejħa ta' Mattew
Is-sejħa ta' Mattew
[Mt:9:9] Huwa u għaddej minn hemm, Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew."Ejja warajja" qallu. Dak qam u mar warajh.[Mt:9:10] U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda, ġew bosta pubblikani u midinbin u qagħdu madwar il-mejda ma' Ġesù u d-dixxipli tiegħu.[Mt:9:11] Meta raw dan il-Fariżej qalu lid-dixxipli: "Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?"[Mt:9:12] Hu semagħhom, u qal: "It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f'saħħithom, iżda l-morda.[Mt:9:13] Mela morru tgħallmu x'jiġifieri, 'Ħniena rrid, u mhux sagrifiċċju'; għax mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin."
THE PHYSICIAN - DOCTOR JESUS !
.
R.I.P. MGR. GEORGE BEZZINA - September 9, 2012
Mons George Bezzina fl-età ta' 58 sena. Hu kien Kappillan tal-Fontana bejn l-1991 u l-2008 u kien bniedem maħbub ħafna. (from Facebook)
.
Luke 8:4-15 -- Parable of the sower - Il-parabbola taż-żerriegħ --- We are weak human beings...
SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 24 IN ORDINARY TIME
Lk 8:4-15 -- Parable of the sower - Il-parabbola taż-żerriegħ
Il-parabbola taż-żerriegħ
[Lq:8:4] Nġemgħet kotra kbira ta' nies li kienu ġejjin lejh minn kull belt, u hu qalilhom din il-parabbola: [Lq:8:5] "Wieħed bidwi ħareġ jiżra' ż-żerriegħa li kellu. Huwa u jiżra', xi żerrigħat waqgħulu mal-mogħdija u ntrifsu, u l-għasafar ta' l-ajru naqqruhom kollha. [Lq:8:6] Oħrajn waqgħu fuq il-blat, u nibtu u nixfu, għax tira ma kellhomx. [Lq:8:7] Oħrajn waqgħu qalb ix-xewk, u x-xewk kiber magħhom u ħonoqhom. [Lq:8:8] Oħrajn waqgħu f'art tajba, u nibtu u għamlu l-frott kull waħda mija." Kif qal dan, rafa' leħnu u qal: "Min għandu widnejn biex jisma', ħa jisma'!"
L-iskop tal-parabboli
(Mt 13, 10-17 ; Mk 4, 10-12)
[Lq:8:9] Id-dixxipli tiegħu staqsewh x'kienet dik il-parabbola. [Lq:8:10] U hu qalilhom: "Lilkom ingħata li tagħrfu l-misteri tas-Saltna ta' Alla, iżda lill-bqija bil-parabboli, biex iħarsu u ma jarawx, u jisimgħu u ma jifhmux.
Ġesù jfisser il-parabbola taż-żerriegħ
(Mt 13, 18-23 ; Mk 4, 13-20)
[Lq:8:11] "Il-parabbola, mela, hija din; iż-żerriegħa hi l-kelma ta' Alla. [Lq:8:12] Dawk ta' matul il-mogħdija huma dawk li jisimgħu, mbagħad jiġi x-Xitan u jaħtfilhom il-kelma minn qalbhom, li ma jmorrux jemmnu u jsalvaw. [Lq:8:13] Dawk ta' fuq il-blat huma dawk li, meta jisimgħu l-kelma, jilqgħuha bil-ferħ, iżda billi ma jkollhomx għeruq jemmnu għal ftit taż-żmien, u meta jiġi fuqhom it-tiġrib jitilqu. [Lq:8:14] Dawk li jaqgħu qalb ix-xewk huma dawk li jisimgħu, iżda aktar 'il quddiem l-inkwiet żejjed u l-għana u l-pjaċiri tal-ħajja joħonquhom u l-frott tagħhom ma jsirx. [Lq:8:15] Imma dawk li jaqgħu f'art tajba huma dawk li jisimgħu l-kelma b'qalb tajba u sinċiera, jgħożżuha, u jagħmlu l-frott billi jżommu sħiħ.
><> ><> ><>
We are weak human beings: During good times in our life we tend to be genuine listeners to the Word of God. But not so in troubled and weak times, instead of clinging closer to God, our faith tends to doubt and we change into superficial listeners --- We should never point our finger at any one. All of us experience the four phases of the sower's seed, each at one point or another in our life, but the result is most important - to - NEVER GIVE IN TO DOUBT THAT JESUS IS NOT WITH YOU, IN YOUR MIND, IN YOUR HEART...FOR HE UNDERSTANDS AND IS FULL OF MERCY - LET US KEEP IN MIND THAT GOD ONLY PERMITS WHAT MATURES US SPIRITUALLY...and that includes trials, temptations, disappointments, failures...so that we turn for His help and wisdom, choosing His guidance to grow in faith.
Hebrews 4:12
Indeed, the word of God is living and active, sharper than any two-edged sword, piercing until it divides soul from spirit, joints from marrow; it is able to judge the thoughts and intentions of the heart.
[Lhud 4:12]
Il-kelma ta' Alla hi ħajja u qawwija, taqta' aktar minn xabla b'żewġt ixfar; hija tinfed sa tifred minn xulxin ir-ruħ u l-ispirtu u l-ġogi u l-mudullun; u tgħarbel il-ħsibijiet u l-fehmiet tal-qalb.
THANK YOU JESUS for being always with us.
AMEN.
HALLELUJA.
.
.
Tuesday, September 18, 2012
SEPTEMBER 18 - St Joseph of Cupertino - San Ġużepp ta' Kopertino - Mt 11:25-30 - Homily: Loftiness Via Lowliness
SEPTEMBER 18 - St Joseph of Cupertino - San Ġużepp ta' Kopertino
FEAST OF THE ORDER OF CONVENTUAL FRANCISCANS
Mt 11:25-30 --- The Father Revealed in the Son - Ejjew għandi, u jiena nserraħkom
EvanġeljuJiena ta’ qalb ħelwa u umli.
Mt 11:25-30Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
[Mt:11:25] F'dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: "Nfaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. [Mt:11:26] Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. [Mt:11:27] "Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu.
[Mt:11:28] "Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. [Mt:11:29] Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta' qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. [Mt:11:30] Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif."
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu.
Mt 11:25-30Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
[Mt:11:25] F'dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: "Nfaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. [Mt:11:26] Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. [Mt:11:27] "Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu.
[Mt:11:28] "Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. [Mt:11:29] Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta' qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. [Mt:11:30] Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif."
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu.
Homily: Loftiness Via Lowliness
St Joseph of Cupertino The Reluctant Saint
Difficli biex
issib qaddis iehor li beda l-hajja tieghu b'tant dizabilitajiet daqs Guzeppi
Desa, li twieled fis-17 ta' Gunju, 1603, fir-rahal ckejken ta' Copertino, bejn
Brindisi u Otranto, fl-Italja.
Missieru,
mastrudaxxa fqir, kellu tant dejn li kellu jbigh id-dar fejn kienet tghix
il-familja biex jifdi d-dejn. Difatti Guzeppi twieled go kamra mwarrba fuq
il-parti ta' wara tad-dar fejn ommu kienet qieghda tinheba bil-misthija
tal-faqar li waqa' fuqhom. Wara ftit miet missieru. It-tifel ghex hajja mizera,
nieqes mis-sustanzi u marradi tant li kien ilaqqat kull marda li tkun ghaddejja
u kien fil-pont tal-mewt hafna drabi.
FI-iskola kien
dejjem l-ahhar tal-klassi u lanqas biss ma kellu l-hila jfisser dak li xtaq
jghid. Kien dejjem qisu sturdut u skantat, dejjern halqu miftuh qisu iblah,
tant li qalghuhielu "Boccaperta" (=Halq miftuh). Kien sahansitra
jinsa jmur jiekol u wara jiskuza ruhu ghax nesa! Kien tant jinhasad mix-xejn li
anke jekk b'kumbinazzjoni ddoqq qanpiena ta' knisja huwa u sejjer l-iskola,
kienu jaqghulu l-kotba minn idejh. Darba pprova jidhol ma' skarpan biex
jitghallem is-sengha imma la rnexxielu jaghmel zarbun u lanqas almenu jsewwi xi
wiehed. Tant ma kien tajjeb ghal xejn li anqas ommu stess ma riditu maghha;
ghaliha kien toqol u xkiel.
Kien hemm zewg
hwejjeg favur tieghu: dik li almenu kien jaccetta lilu nnifsu kif kien
bin-nuqqasijiet tieghu kollha, tant li hu stess kien isejjah lilu nnifsu
"il-hmar", u l-ohra dik li mhux biss kien ihobb jitlob hafna izda
kien ukoll devot, verament mill-qalb, ta' Ommna Marija. L-icken haga li kien
jilmah kienet bizzejjed biex tfakkru fil-kobor u fl-imhabba t'Alla ghalina.
Kull hlejqa kienet bizzejjed biex jiccassa fuqha u titfghu f'estasi ta' mhabba
lejn il-Hallieq!
Bil-mod il-mod
din l-imhabba profonda mmanifestat ruhha mhux biss f'sensiela ta' mumenti ta'
estasi imma anke ta' mirakli ta' fejqan u ta' grajjiet sopranaturali li ma
nsibuhom imsemmija fil-hajja ta' ebda qaddis iehor.
Isib ruhu
fit-triq imcercer
Darba, meta
Guzeppi kellu 17-il sena, gie patri jitlob il-karità fir-rahal tieghu. Kif rah,
Guzeppi hass illi hu wkoll seta' jaghmel dak ix-xoghol, jidhol patri u jaqla'
l-hobza ta' kuljum b'dak il-mod. Beda jhabbat il-bibien ta' monasteru wara l-iehor
sakemm fl-ahhar gie accettat bhala lajk minn komunità ta' Kapuccini. Imma kien
kollu ghal xejn; ma seta' jdahhal xejn f'mohhu. Barra minn hekk, il-patrijiet
ma felhux ghal dawk il-mumenti ta' aljenazzjoni li ta' spiss kien jaqa' fihom.
Filli kien ikun qed jahdem u filli kien jieqaf cass u skantat, jekk mhux ukoll
jaqa' gharkobbtejh ikun fejn ikun. Il-platti jaqghulu minn idejh u jitfarrku
ma' l-art. Biex forsi jgeghluh joqghod iktar attent sahansitra rabtulu bicciet
tac-caqquf li kisser ma' hwejgu biex izommuh attent. Imma kollox ghal xejn.
Fl-ahhar wara tmien xhur, ma felhux izjed u kellhom ikeccuh. Darba qal li
l-iktar gurnata iebsa ta' hajtu kienet dik meta kellu jnehhi c-coqqa minn fuqu;
hassu qishom qeghdin iqaxxrulu l-gilda minn fuqu!
Guzeppi sab ruhu
fit-triq imcercer, bi hwejgu mqattghin u ma jafx x'se jaghmel. Qabad it-triq
ghal ghand zijuh, li kien negozjant u jaghmilha tajjeb. - Imma kif wasal
ghandu, qala' tghajjira kif imiss u rega' sab ruhu fit-triq minghajr centezmu
fil-but. Telaq lejn Copertino, ir-rahal tieghu, mar lejn id-dwejra t'ommu,
fetah il-bieb u dahal, ra lil ommu u waqa' fl-art quddiemha sturdut u miflug
ghall-ahhar tant li ma felahx ilissen kelma. Seta' biss ihares lejn ommu
b'ghajnejh mimlijin dmugh jitlobha hniena. Imma anqas ommu ma hennet ghalih.
"Keccewk
mill-kunvent" qaltlu ommu "waqqajtilna wiccna l-art. Itlaq minn hawn
ma tiswa ghal xejn. Mur il-habs, jekk trid, jew mur fuq il-bahar. Jekk tibqa'
hawn tmut bil-guh." Imbaghad ommu marret ghand huha, li kien Frangiskan
Konventwali fi Grotella u lmentat kif il-Kapuccini keccew lil binha b'dak
il-mod u talbithom ituh xi xoghol iehor, ikun xi jkun, basta jzommuh.
Il-Frangiskani accettawh bhala terzjarju u tawh ix-xoghol li jiehu hsieb
il-baghal li kellhom fl-istalla. Guzeppi tghidx kemm ferah! Ghalkemm ma setax
jilbes ic-coqqa ta' Frangiskan, almenu seta' jkun is-seftur taghhom!
Ilqghuh fl-Ordni
L-umiltà,
il-pacenzja, il-qdusija u l-ubbidjenza ta' Guzeppi, seftur mal-Frangiskani
Konventwali, malajr gibdu l- ammirazzjoni tal-patrijiet. Qatt ma kien igerger u
kien jaccetta kull ma jaghtuh bil-ferh, hwejjeg u ikel; ikun x'ikun. Sahansitra
ma kienx jiddejjaq jorqod fuq tavla li kien hemm fl-istalla tal-baghal li kien
jiehu hsieb tieghu. Mhux hekk biss imma anke offra li jmur jittallab
ghall-bzonnijiet tal-patrijiet, kif kienet id-drawwa ta' dak iz-zmien. Kien
dejjem ferhan u jilqa' lil kulhadd bi tbissima. Tant ammirawh li ddecidew li
jaccettawh fl-Ordni taghhom u jhalluh ukoll jipprepara ruhu biex jircievi
l-Ordni Sagri. Dan kien fis-sena 1625, meta kellu madwar 22 sena.
L-istudju kien
haga iebsa hafna ghal Guzeppi; bilkemm irnexxielu jitghallem jaqra u jikteb u
qatt ma kellu l-hila jfisser fi kliemu xi passagg mill-Iskrittura hlief, ohrog
il-ghageb, wiehed biss! Dan kien Luqa 11:27: "Hieni l-guf li giebek
(fid-dinja)..." Meta kien jaqbad jitkellem fuq dak il-vers ma kienx ikun
jista' jiegaf ghax taut kien jintilef fl-imhabba li kellu lejn Marija, Omm
Alla. Haga li ma titwemminx, imma meta kellu jersaq quddiem l-Isqof biex
jezaminah qabel ma seta' jircievi d-Djakonat, l-Isqof talbu spjegazzjoni
preciza ta' dik is-silta li tant kien ihobb! Naturalment Guzeppi ma setax imur
ahjar.
Kien baqa'
ghadma ohra ghax is-sena ta' wara kellu jaghmel l-ezami qabel jircievi
s-Sacerdozju. Imma x'gara? L-Isqof tant kien impressjonat bir-risposti tajbin
li tawh l-ewwel grupp ta' kandidati li ddecieda li jaccetta anke lil dawk li
kien ghad baqa' minghajr ma jezaminahom; u Guzeppi kien wiehed minnhom. Tassew
li riditu l-Madonna! Guzeppi issa kellu 25 sena meta beda jqaddes. Imma baqa'
umli bhal qabel. Kien imur jahsel il-platti fil-kcina, jahsel l-art, igorr
il-bricks u t-tajn u jaghmel ix-xoghol kollu li l-ohrajn ma kinux iridu
jaghmlu.
Issa, pero, bdew
jidhru fih fenomeni ta' l-ghageb li forsi ma dehru f'ebda qaddis iehor. Waqt
il-hin tat-talb, kien ta' spiss jintilef (estasi ta' mhabba ghall-Mulej u jdum
hekk ghal sighat shah. Hutu l-patrijiet gieli kienu jniggzuh u anke jmissuh
bil-gmamar biex forsi jqajmuh mill-estasi. Kollu ghalxejn. Kien jigi f'siktu
biss meta kien jordnalu ssuperjur tieghu u dak il-hin ta' estasi divina ta'
l-imhabba t'Alla hu stess kien isejjahlu "sturdament!"
Bl-intercessjoni tieghu saru ghadd kbir ta' mirakli; kien imiss lghajnejn ta'
nies ghomja u jigu jaraw, jerfa' tarbija mifluga f'dirghajh u din tfiq
fil-pront; kien jikteb il-barkiet ta' San Frangisk fuq karta u hafna minn dawk
li kienet tigi f`idejhom, mar-rahal kollu, kienu jfiqu. Kien jaqra l-qlub.
Bilkemm kien jaf jaqra u jikteb u b'danakollu kellu gherf divin tant li kien
isolvi problemi dottrinali l-izjed difficli. In-nies kienu jmorru bi hgarhom
biex iqerru ghandu, u meta kien imur jittallab ta' spiss kienu jaqtghulu xi
bicca mic-coqqa biex izommuha b'devozzjoni.
l-Qaddis li jtir
San Guzepp ta'
Copertino hu maghruf bhala "l-Qaddis li jtir" minhabba d-don li kellu
li jinqata' mill-art. Ta' spiss, waqt il-quddies kien jinqata' u joghla. Anke
xi drabi, meta kien jiccassa fejn xi pittura tal-Madonna fis-saqaf tal-knisja u
jidhol f'meditazzjoni profonda, kien mhux biss jinqata' mill-art imma joghla sa
hdejn il-pittura fis-saqaf! Anke waqt l-ikel, gieli kien jidhol f'estasi u
joghla 'l fuq bil-platt f'idejh. Meta kien ikun fil-kampanja, mhux l-ewwel
darba li kien itir ghal f'xi sigra u joqghod hemm mitluf fil-meditazzjoni. Dawn
il-fenomeni kienu jarawhom mijiet ta' nies u xi whud minnhom huma rrekordjati
ufficjalment.
Darba wahda - u
dan il-fatt hu wiehed - minn dawk maghrufin ufficjalment - xi haddiema kienu
qeghdin isibu diffikultà biex iwahhlu salib kbir, twil 36 pied, fil-hofra
tieghu, bejn zewg slaleb ohra. Guzeppi rahom, inqata' mill-art u ghola 'l fuq,
qabad is-salib, gisu xi tibna, u nizlu fil-hofra tieghu. Minhabba dawn
il-fenomeni straordinarji, matul il-35 sena tas-sacerdozju tieghu, Guzeppi kien
sospiz ghal hafna zmien milli jqaddes fil-knisja; seta' biss iqaddes f'kappella
privata, ma setax jiekol fir-refettorju, ma setax jirrecta l-Ufficcju Divin
mal-Komunità u lanqas ma seta' jiehu parti f'xi processjoni.
Kien hemm
sahansitra min beda jissuspetta hazin fih u li kien qed jaghmel dak kollu biex
jitkessah, li ried jaqla' l-inkwiet, u akkuzawh quddiem il-Vigarju Generali.
Minhabba f'hekk Guzeppi kellu jidher quddiem l-Inkwizituri ta' Napli, imma dawn
ma sabu ebda htija fih. Baghtuh quddiem il-Ministru Generali ta' l-Ordni
f'Ruma. Dan baqa' impressjonat bl-umiltà ta' Guzeppi. Fl-ahhar kellu jidher
quddiem il-Papa Urbanu VIII. Kif sab ruhu quddiem il-Papa, Guzeppi waqa'
f'estasi u nqata' mill-art b'ghageb ta' kulhadd,
Mewtu
Fis-sena 1653,
l-Inkwizituri ta' Perugia gew ordnati li jibaghtu lil Guieppi lura
lill-Kapuccini u li jinzamm f'xi kunvent `il boghod, maqtugh min-nies. Meta
n-nies saru jafu fejn kien u bdew imorru jfittxuh hemm, lil Guzeppi haduh f'
kunvent iehor, imbaghad f'iehor u iehor. Dan baga' sejjer hekk ghal erba' snin
shah. Fis-sena 1657 baghtuh lura lill-Ordni tal-Konventwali, fil-Kunvent ta'
Osimo, fejn qeghduh f'cella zghira b'kappella privata maghha. L-unici nies li
setghu jarawh kienu dawk biss maghzula minn fost il-kleru. Issa kien waqa'
tista tghid f'estasi kontinwa. Issa li gie maqtugh minn man-nies, Guzeppi hassu
mahbub minn Alla aktar minn qatt qabel!
Guzeppi kellu
l-ordni li qatt ma jitlaq minn Osimo. FI-10 ta' Awissu, 1663, f'daqqa wahda
qabdu attakk ta' deni li ma riedx ihallih. Guzeppi xorta baqa' jqaddes sa ma
waslet il-festa ta' l-Assunzjoni. Minn dak inhar ma felahx izjed u kellu jibqa'
fis-sodda. Imma qatt ma tilef tqarbina. FI-ahhar, meta wasal fi stat hazin
hafna, ircieva lGriima tal-Morda u fit-18 ta' Settembru, 1663, halla dal-wied
tad-dmugh waqt li bi tbissima fuq wiccu tenna l-kliem ta' San Pawl:
"Ix-xewqa tieghi hi li mmur u ninghaqad ma' Kristu." (Fil 1:23).
Il-Papa Klement XIII ikkanonizzah fis-sena 1767.
Fi zmien San
Guzepp hadd ma kien isemmi titjir bl-ajru; kien ghadu kmieni wisq, imma meta
vvintaw l-ajruplani, fis-seklu ghoxrin, San Guzepp ta' Copertino gie maghzul
bhala l-Patrun ta' l-ivvjaggar bl-ajru u tal-Piloti. Illum ukoll huma hafna
dawk l-istudenti li jitolbu lil San Guzepp ta' Copertino biex jintercedi
ghalihom halli jghaddu mill-ezamijiet.
https://www.facebook.com/ParroccaMarijaAddolorataSanPawlIlBahar18 ta' Settembru
Festa ta' San Ġużepp ta' Copertino
Franġiskan Konventwal.
Storja
Giuseppe minn Copertino, jew Giuseppe Maria Desa twieled Copertino, Italja, fis- 17 ta' Ġunju 1603.
Bin Felice Desa, ħajjat u bniedem ta' qalb tajba u ma kienx sabha bi tqila li jħallas id-djun ta' x'uhud mill-hbieb tieghu; imma l-istess generozità tieghu kienet il-htija li hu nnifsu kellu jiddejjen biex izomm il-familja fqira tieghu, u kellu sahansitra jahrab minn daru biex ma jaqax taht il-pieni tal-ligi. Fi zmien meta martu Franceschina, imwielda Panaca, kienet se twelled lil Giuseppe, il-pulizija kienet qed tigri warajhom. Ghalhekk hi kellha tinheba fi stalla fil-qrib sabiex ma tinstabx. Kienet tilfet erbgha minn uliedha f'eta ckejkna hafna.
Fi zmien meta ulied il-ghonja biss kienu jistudjaw, ommu baghtitu jitghallem. Guzeppi, fi tfulitu, kellu natural difficli u, billi kien malajr jirrabja, hu ma tantx kellu hbieb.
Guzeppi kien ghadu ta' seba' snin meta meta kellu jaqta' mill-iskola. Tumur f'dahru, li deher li kien il-bidu ta' kankru, tefghu f'qiegh ta' sodda ghal hames snin shah. Ir-rimedji tat-tobba ma swew ghalxejn. Imma, imbaghad, ommu fis-sena 1615 haditu fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f'Galatone, u dilkitlu dahru biz-zejt li kien jixghel quddiem il-Madonna. Hu dlonk hassu ghaddej ghall-ahjar, u, tul hajtu kollha, baqa' dejjem konvint li dak in-nhar il-Madonna ghamlet miraklu mieghu.
Guzeppi ta' tnax-il sena beda jaqla' xi haga billi jbigh il-haxix; imbaghad hu beda jghin 'il wiehed mastrudaxxa. Imma hu donnu ma kien jinqala' ghal xejn. Guzeppi beda jhass ukoll li Alla kien qieghed sejjahlu ghall-hajja religjuza. L-ewwel gibda tieghu kienet lejn l-Ordni tal-Frangiskani Konventwali, kellu xi qraba; imma l-Frangiskani ma rawhx adattat. Guzeppi qatt ma habbat hlief bibien ta' Ordnijiet Frangiskani ohrajn. Hu xxennaq ghall-hajja religjuza fost il-Frangiskani Riformati; imma dawn baqghu jtawlulu.
Fis-sena 1620, il-Kapuccini laqghuh bhala Fratell, u bdewlu n-novizzjat f'Martinafranca bl-isem ta' Fra Stiefnu. Imma, ghalkemm twajjeb, ma sata' jaqbad f'xejn: la biex jaghmel xi haga fl-għalqa, u lanqas biex jgħin fil-kcina. Kollox deher kontra tieghu ghaliex, fi zmien in-novizzjat, kellu tumur f'irkopptu, u hu nnifsu ghamel l-izball li pprova jnehhih minghajr ghajnuna ta' tabib. Ghalhekk, wara tmien xhur novizzjat, il-Kapuccini baghtuh lura lejn daru bhala wiehed li ma kienx kapaci ghall-hajja tal-kunvent. Guzeppi kien għad għandu 18 il sena. Imma kien digà bata hafna; b'mod specjali, in-nuqqas ta' hila tieghu ghaddieh minn hafna umiljazzjonijiet.
Fis-sena 1621, il-Frangiskani Konventwali raw ir-rieda tajba ta' dak iz-zaghzugh, u accettawh bhala Fratell fil-kunvent ta' Santa Maria della Grottella, qrib Copertino. Xi pass 'il quddiem kien sar ghax Guzeppi ghamel hiltu kollha biex, flimkien mar-rebh fuqu nnifsu biex jghix dejjem ahjar, hu qaghad attent halli bl-akbar ezattezza jiddedika ruhu wkoll għat-tindif tal-kunvent. Imma l-Patrijiet intebhu li Guzeppi, matul il-lejl, fil-hinijiet ta' l-akbar hemda, meta kulhadd kien jistrieh, kien qed jghaddi sighat fl-istudju.
Diffikultajiet fl-Istudju
Wiehed miz-zijiet tieghu li kien Patri Frangiskan, ghalkemm fi zminijiet ohrajn ma ried jaghmel xejn ghalih ghax iz-zaghzugh ma kienx qed jispiralu fiducja, ghenu biex mill-istat ta' Fratell, ghaddi ghal dak ta' kjerku, u jibda jithejja biex isir sacerdot. Dan gara fis-sena 1625. F'dik is-sena hu beda n-novizzjat tieghu.
Xejn ma kienet haga haffa ghaz-zaghzugh meta hu kellu jistudja l-Latin. Kien sforz kbir fuqu nnifsu biex lilu sehhlu jistudja bl-amment it-tnax-il kapitlu tar-Regola Frangiskana. Imma, fis-sena 1626, huwa radd hajr minn qalbu lil Alla talli s-Superjuri tieghu accettawh ghall-professjoni religjuza fi hdan il-Frangiskani Konventwali. Ghalkemm b'passi tqal, Guzeppi baqa' miexi 'l quddiem. Kien b'ferh kbir ghalih meta beda tiela' t-tarag tal-artal.
Wara ezami li swieh tant qtigh il-qalb, fis-6 ta' Jannar, 1627, Guzeppi rcieva l-ordni sagru tad-djakonat, u ma kienx fadallu hlief l-ahhar pass biex isir sacerdot. F’dak iz-zmien, hu kien fil-belt ckejkna ta' Nardò fejn kien qed jaghmel l-ahhar thejjijiet ghas-sacerdozju. Qatt f'hajtu ma kellu tant biza' mill-ezami. Imma, min-naha l-ohra, qatt ma helisha b'tant heffa. Hu baqa' jipprepara sal-ahhar, u shabu bdew dehlin qablu. Imma l-Isqof baqa' mistaghgeb kemm kienu ippreparati tajjeb dawk iz-zghazagh frangiskani; ghalhekk, hu ggudika li ma kienx hemm ghalfejn jibqa' jezamina lill-ftit li kien fadal. Ghalhekk, Guzeppi helisha, u gie ordnat sacerdot minghajr ma resaq ghall-ezami. Dan kien fit-18 ta' Marzu, 1628.
San Guzepp ta' Copertino temm perjodu difficli hafna fil-hajja tieghu meta, bil-ghajnuna li tah Alla, hu gie ordnat sacerdot. Minbarra mill-preparazzjoni bl-istudju, Guzeppi thejja ghall-ezamijiet bis-sawm u bit-talb. Barra minn hekk, il-biza' kien il-htija li hu ghadda ljieli shah li matulhom ma satax jorqod. Ghal din ir-raguni, kull min jistudja jara f'San Guzepp ta' Copertino l-qaddis li jharsu mis-sema. L-istudenti tad-dinja kollha jirrikorru lejh sabiex jghinhom b'mod specjali fiz-zmien difficli tal-ezamijiet.
Quddiem l-Inkwiżizzjoni
F'Ottubru, 1638, Guzeppi rcieva l-ordni biex jidher quddiem l-Inkwizitur ta' Napli wara rapporti li kien qed jinqata' mill-art waqt it-talb. Guzeppi vvjagga minn Copertino ghal Napli, u mar fil-kunvent tal-Frangiskani Konventwali ta' San Lorenzo Maggiore. Il-Patrijiet ma hadux gost jilqghu fosthom 'il wiehed li gie akkuzat quddiem l-Inkizizzjoni. Quddiem l-Inkizitur, b'diffikulta kbira, Guzeppi rrakkonta l-ghegubijiet li Alla kien qed jaghmel mieghu. Ghall-ewwel, hu ma impressjona 'l hadd. Lilu ordnawlu jaqra bicca mill-Ufficcju Divin biex jaraw kellux xi kwalita tajba biex ikun sacerdot.
Jumejn wara, dawk l-imhallfin ordnawlu jqaddes, u huma attendew ghall-Quddiesa tieghu. Waqt il-Quddiesa, hu tala' estasi. Huma riedu jkunu jafu minghandu x'kien jigri fost il-poplu meta kien jiġrilu hekk. Imma hu ma kienx jaf x'jaqbad iwegibhom. Kien ahjar li jistaqsu lin-nies. L-Inkwizizzjoni ta' Napli ma sabitx fiex tikkundannah; imma hu ma giex iddikjarat innocenti. Il-process kellu jkompli quddiem il-Papa nnifsu, u ma ntemmx b'dikjarazzjoni ta' innocenza hlief wara disa' xhur.
Imma Guzeppi ntbaghat quddiem il-Miinistru General ta' l-ordni li kien P. Gwannbattista Berardicelli. Bhala Patri li habat difru mat-Tribunal ta' l-Inkwizizzjoni, Guzeppi ma satax jintlaqa' tajjeb mill-General tal-Ordni. Anki jekk kien innocenti, kien hemm bzonn li jghix maqtugh min-nies u mbieghed minn artu. Hu rcieva l-ordni li jmur fil-komunita tas-Sacro Convento ta' Assisi.
Guzeppi wasal Assisi fit-30 ta' April, 1639, u baqa' jghix hemm ghat-tul ta' erbatax-il sena. Hu kellu jghix maqtugh min-nies; imma l-qdusija tieghu kienet tinhass hafna. Persunaggi maghrufin bdew ifittxuh; imma dawn ma setghux jitkellmu mieghu hlief wara li kien jinqala' l-permess. Fost l-ohrajn, il-princep Luteran Gwanni Federiku ta' Brunswick tqanqal minn kliemu u kkonverta ghar-religjon Kattolika. Ghalkemm ta' ftit skola, il-pariri tieghu kienu juru gherf kbir.
Il-Papa Innocenzu X, fis-sena 1653, osserva li Guzeppi ma kienx qed jghix maqtugh min-nies. L-ordni kien li hu jghix mifrud sahansitra minn shabu l-Patrijiet stess. Kienu ghaddew 14-i1 sena; imma dak l-ordni kien ghadu jghodd fil-qawwa tieghu. Ghalhekk, il-kaz ta' Guzeppi raga' tressaq ghal darb'ohra quddiem l-Inkwizizzjoni.
Il-kastig li Guzeppi rcieva kien wiehed ahrax, u li ma kienx soltu jinghata. Hu rcieva l-ordni li jitlaq minn fost hutu, il-Frangiskani Konventwali, u jmur jghix ghal zmien indeterminat gewwa Pietrarubbia, f'kunvent tal-Kapuccini li kien qieghed f'quccata ta' gholja; minn hemm, hu rega' ttiehed fil-kunvent kapuccin ta' Fossombrone. Guzeppi kien fl-istat ta' wiehed habsi; imma l-Kapuccini taffewlu hafna minn dik it-tbatija ghaliex huma ntebhu li l-prigunier li kellhom kien persunagg straordinarju.
F'dak iz-zmien, Guzeppi kien jilbes ta' Kapuccin. Il-Kapuccini, li kienu saru qishom hutu, kienu jmorru ta' sikwit fil-kamra tieghu biex jisimghuh jitkellem, u jiehdu pariri minghandu.
Bil-mod il-mod, kulhadd sar konvint mill-qdusija ta' Guzeppi. Din issaffiet bi provi mill-izjed kbar. Il-Frangiskani Konventwali ta' Assisi kienu hallewlu c-cella tieghu kif kienet biex hu jkun jista' jerga' jirritorna fiha. Id-decizjoni filkaz tieghu riedet tigi mill-Papa. Imma Papa Alessandru VII wiegeb lill-Frangiskani Konventwali b'dawn il-kelmiet: "Ahna ma rriduhx f'dak is-Santwarju. Hemm, intom diga ghandkom 'il San Frangisk. Ma rridux li jkun hemm San Frangisk iehor".
Osimo
Sadanittant, fl-10 ta' Lulju, 1657, Guzeppi rcieva l-ordni li jhalli l-kunvent tal-Kapuccini u jirritorna fost hutu l-Frangiskani Konventwali tal-kunvent ta' Osimo fil-Marche. Guzeppi laqa' dak l-ordni bil-ferh. Huwa u diehel f'dak il-kunvent b'farag fil-galb tieghu, Guzeppi stqarr: "Dan hu l-post tal-mistrieh tieghi". Il-belt ta' Osimo ferrhet il-qalb ta' Guzeppi ta' Copertino. Hu kien mimli bl-imhabba lejn il-Madonna. Dak il-kunvent ma hux imbieghed wisq mill-belt ckejkna ta' Loreto fejn hemm Santwarju tad-dar tal-Madonna.
Fis-sena 1663, meta hu ghalaq 60 sena, is-sahha ta' Guzeppi baqghet sejra dejjem lura.Fis-17 ta' Settembru, nhar il-festa tal-Pjagi ta' Missieru San Frangisk, Guzeppi bilkemm sata' jibla' l-ostja li s-sacerudot qarbnu biha. Hu offra dik l-ahhar tqarbina tieghu ghall-bzonnijiet tat-Papa u tal-knisja.
Nhar it-18 ta' Settembru, 1663, Guzeppi talab fis-skiet waqt li qaghad jistenna bil-kalma lill-mewt li, bhal San Frangisk, sejhilha "Ohti". Ftit qabel nofs il-lejl, miet.
Fis-16 ta' Lulju, 1767, il-Papa Klement XIII ghollieh ghall-gieh ta' Qaddis.
Minn dak iz-zmien 'il hawn, il-fdal tieghu baqa' dejjem meqjum fil-belt ta' Osimo fejn il-Frangiskani Konventwali ddedikaw ghalih Santwarju li gie moghti t-titlu ta’ bazilka. Ghalkemm ma ghex f'din il-belt ckejkna hlief fl-ahhar snin ta' hajtu, illum, l-akbar qima li tinghatalu hi minn dan il-post ckejken qrib il-belt ta’ Ancona. Imma ismu baqa' marbut mal-post fejn hu twieled ghaliex minn dejjen: baqa' maghruf bhala “San Guzepp ta' Copertino".
At Our Lady of Sorrows, St Paul's Bay Parish Church, Malta
.
Subscribe to:
Posts (Atom)