blank'/> SHARING CATHOLIC TRUTH: Luke 8:4-15 -- Parable of the sower - Il-parabbola taż-żerriegħ --- We are weak human beings...

Saturday, September 22, 2012

Luke 8:4-15 -- Parable of the sower - Il-parabbola taż-żerriegħ --- We are weak human beings...



 

SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 24 IN ORDINARY TIME

Lk 8:4-15 -- Parable of the sower - Il-parabbola taż-żerriegħ


Il-parabbola taż-żerriegħ
[Lq:8:4] Nġemgħet kotra kbira ta' nies li kienu ġejjin lejh minn kull belt, u hu qalilhom din il-parabbola: [Lq:8:5] "Wieħed bidwi ħareġ jiżra' ż-żerriegħa li kellu. Huwa u jiżra', xi żerrigħat waqgħulu mal-mogħdija u ntrifsu, u l-għasafar ta' l-ajru naqqruhom kollha. [Lq:8:6] Oħrajn waqgħu fuq il-blat, u nibtu u nixfu, għax tira ma kellhomx. [Lq:8:7] Oħrajn waqgħu qalb ix-xewk, u x-xewk kiber magħhom u ħonoqhom. [Lq:8:8] Oħrajn waqgħu f'art tajba, u nibtu u għamlu l-frott kull waħda mija." Kif qal dan, rafa' leħnu u qal: "Min għandu widnejn biex jisma', ħa jisma'!"
L-iskop tal-parabboli
(Mt 13, 10-17 ; Mk 4, 10-12)
[Lq:8:9] Id-dixxipli tiegħu staqsewh x'kienet dik il-parabbola. [Lq:8:10]  U hu qalilhom: "Lilkom ingħata li tagħrfu l-misteri tas-Saltna ta' Alla, iżda lill-bqija bil-parabboli, biex iħarsu u ma jarawx, u jisimgħu u ma jifhmux.
Ġesù jfisser il-parabbola taż-żerriegħ
(Mt 13, 18-23 ; Mk 4, 13-20)
[Lq:8:11] "Il-parabbola, mela, hija din; iż-żerriegħa hi l-kelma ta' Alla. [Lq:8:12] Dawk ta' matul il-mogħdija huma dawk li jisimgħu, mbagħad jiġi x-Xitan u jaħtfilhom il-kelma minn qalbhom, li ma jmorrux jemmnu u jsalvaw. [Lq:8:13] Dawk ta' fuq il-blat huma dawk li, meta jisimgħu l-kelma, jilqgħuha bil-ferħ, iżda billi ma jkollhomx għeruq jemmnu għal ftit taż-żmien, u meta jiġi fuqhom it-tiġrib jitilqu. [Lq:8:14] Dawk li jaqgħu qalb ix-xewk huma dawk li jisimgħu, iżda aktar 'il quddiem l-inkwiet żejjed u l-għana u l-pjaċiri tal-ħajja joħonquhom u  l-frott tagħhom ma jsirx. [Lq:8:15] Imma dawk li jaqgħu f'art tajba huma dawk li jisimgħu l-kelma b'qalb tajba u sinċiera, jgħożżuha, u jagħmlu  l-frott billi jżommu sħiħ.

><>            ><>            ><>

We are weak human beings: During good times in our life we tend to be genuine listeners to the Word of God. But not so in troubled and weak times, instead of clinging closer to God, our faith tends to doubt and we change into superficial listeners --- We should never point our finger at any one. All of us experience the four phases of the sower's seed, each at one point or another in our life, but the result is most important -  to - NEVER GIVE IN TO DOUBT THAT JESUS IS NOT WITH YOU, IN YOUR MIND, IN YOUR HEART...FOR HE  UNDERSTANDS AND IS FULL OF MERCY - LET US KEEP IN MIND THAT GOD ONLY PERMITS WHAT MATURES US SPIRITUALLY...and that includes trials, temptations, disappointments, failures...so that we turn for His help and wisdom, choosing His guidance to grow in faith.


Hebrews 4:12
Indeed, the word of God is living and active, sharper than any two-edged sword, piercing until it divides soul from spirit, joints from marrow; it is able to judge the thoughts and intentions of the heart.

[Lhud 4:12]
Il-kelma ta' Alla hi ħajja u qawwija, taqta' aktar minn xabla b'żewġt ixfar; hija tinfed sa tifred minn xulxin ir-ruħ u  l-ispirtu u l-ġogi u l-mudullun; u tgħarbel il-ħsibijiet u l-fehmiet  tal-qalb.


THANK YOU JESUS for being always with us.
AMEN.
HALLELUJA.


.


.