blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Tuesday, September 15, 2015

Canto Gregoriano, MISSA DE ANGELIS, Schola Gregoriana Mediolanensis, Giovanni Vianini, Milano, Italia





Kyrie, Gloria, Sanctus, Agnus Dei , della Messa piu' eseguita nel mondo, a pèagina 738 del graduale romano: Canto Gregoriano, MISSA DE ANGELIS, Schola Gregoriana Mediolanensis, Giovanni Vianini, Milano, Italia, www.cantogregoriano.it







.


.

Monday, September 14, 2015

HOMILIES --- 23rd SUNDAY in Ordinary Time, Year B --- GOSPEL - Mk 7:31-37 -- Jesus Heals a Deaf and Mute Man - Ġesù jfejjaq trux u mbikkem


 SHEMA ISRAEL - HEAR O ISRAEL - ISMA' O IŻRAEL
https://www.youtube.com/watch?v=_9RImUK8x3Q
Deuteronomy 6:4-9
4 Hear, O Israel: The Lord is our God, the Lord alone. 5 You shall love the Lord your God with all your heart, and with all your soul, and with all your might. 6 Keep these words that I am commanding you today in your heart. 7 Recite them to your children and talk about them when you are at home and when you are away, when you lie down and when you rise. 8 Bind them as a sign on your hand, fix them as an emblem on your forehead, 9 and write them on the doorposts of your house and on your gates.

Dewteronomju 6:4-9
[Dt 6:4] “Isma', o Iżrael: Alla tagħna l-Mulej, il-Mulej waħdu. [Dt 6:5] Ħobb, mela, lill-Mulej, Alla tiegħek, b'qalbek kollha, b'ruħek kollha u b'saħħtek kollha. [Dt 6:6] Żomm f'qalbek dan il-kliem u dawn il-kmandamenti li qiegħed nagħtik illum. [Dt 6:7] Tennihom lil uliedek, u tkellem fuqhom meta tkun f'darek, u meta tkun miexi fit-triq, u meta timtedd, u meta tqum; [Dt 6:8] torbothom b'sinjal ma' idek u ddendilhom bejn għajnejk. [Dt 6:9] U tiktibhom mal-ġnub tal-bibien u fuq il-bwieb tiegħek.


>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>
>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>





- FRIDAY GOSPEL OF WEEK 5 IN ORDINARY TIME
- IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 23 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Jagħti s-smigħ lit-torox u l-kliem lill-imbikkmin.
Mk 7, 31-37

Qari mill-Evanġelju skont San Mark

F’dak iż-żmien, [Mk:7:31] Ġesù telaq mill-inħawi tal-belt ta’ Tir, għadda minn Sidon lejn il-baħar tal-Galilija, fl-inħawi tad-Dekapoli. [Mk:7:32] U ġibulu wieħed, trux u mbikkem, u talbuh iqegħedlu idu fuqu. [Mk:7:33] Ġesù ħarġu għalih waħdu minn qalb in-nies, daħħal subgħajh f'widnejh u messlu lsienu bir-riq tiegħu. [Mk:7:34] Mbagħad refa' għajnejh lejn is-sema, tniehed tnehida, u qallu: "Effata," jiġifieri,"Infetaħ!" [Mk:7:35] U minnufih widnejh infetħulu, l-irbit ta' lsienu nħallu u qabad jitkellem sewwa.

[Mk:7:36] Ġesù wissiehom biex ma jgħidu lil ħadd; iżda aktar ma wissiehom, aktar bdew ixandruh.  [Mk:7:37] U mimlijin bil-għaġeb, bdew jgħidu: "Kollox għamel tajjeb: jagħti s-smigħ lit-torox u l-kliem  lill-imbikkmin."


Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu


.

6 ta' Settembru, 2015 - Omelija minn Fr Philip Cutajar OFM Cap - 23 Ħadd ta'  matul is-Sena B






It-23-il Hadd matul is-sena Sena B (Fr. Hayden)




23rd Sunday in Ordinary Time, Homily by Bishop-Elect Robert Barron (9/6/2015)











.

Friday, September 11, 2015

Twenty-fourth Sunday in Ordinary Time, Year B --- L-24 Ħadd matul is-Sena B --- Mark 8:27-35





THE GOSPEL --- Mark 8:27-35 -- Peter’s Declaration about Jesus - Stqarrija tal-fidi minn Pietru

IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 24 IN ORDINARY TIME 

Evanġelju 
Hu meħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna. 
Mk 8, 27-35 

Qari mill-Evanġelju skont San Mark 

F’dak iż-żmien, [Mk:8:27] Telaq Ġesù flimkien mad-dixxipli tiegħu lejn l-irħula ta' Ċesarija ta' Filippu. Huma u mexjin, lid-dixxipli tiegħu għamlilhom din il-mistoqsija: "Min jgħidu n-nies li jien?" [Mk:8:28] Weġbuh u qalulu: "Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, wieħed mill-profeti." [Mk:8:29] "Imma intom," staqsiehom,"intom min tgħidu li jien?" Qabeż Pietru u qallu: "Inti l-Messija." [Mk:8:30] Mbagħad ordnalhom ħafna biex ma jitkellmu ma' ħadd fuqu. 

[Mk:8:31] U beda jgħallimhom fuq li kien meħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna, ikun miċħud mill-anzjani u mill-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u wara tlitt ijiem jerġa' jqum. [Mk:8:32] Fuq dan kellimhom ċar. Pietru ġibdu lejh u beda jlumu. [Mk:8:33] Iżda hu dar iħares lejn id-dixxipli tiegħu, u ċanfar lil Pietru u qallu: "Itlaq minn quddiemi, ja xitan, għax m'intix taħseb fil-ħwejjeġ ta' Alla, imma f'dawk tal-bnedmin!" 

[Mk:8:34] Sejjaħ lejh in-nies flimkien mad-dixxipli tiegħu u qalilhom: "Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa' salibu, u jimxi warajja. [Mk:8:35] Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi u ta' l-Evanġelju, isalvaha. 

 Il-Kelma tal-Mulej R/. 
Tifħir lilek Kristu



>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>





LAIKOS --- ĦDUD TA'  MATUL IS-SENA B
http://www.laikos.org/SenaB_MatulSena.pdf


It-24-il Hadd matul is-sena Sena B (Fr. Hayden)





>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>

Who Are You?

http://english.op.org/torch/who-are-you





.