blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Saturday, August 16, 2014

Mt 15:21-28 -- The faith of a Canaanite Woman - Il-fidi tal-mara Kangħanija --- Sunday Gospel of week 20 O.T. Year A - & - Wednesday of week 18 in O.T.

 

GOD LOVES OUR INSISTENCE AND PERSEVERANCE IN OUR PRAYERS ! HE JUST LOVES TO BE 'ANNOYED' BY OUR TRUST IN HIS OMNIPOTENCE THROUGH OUR INTERCESSORY PRAYERS ! 


Without Prayer, It Is Impossible To Be Saved  

 
 
><>  ><>  ><>  ><>  ><>  ><>  ><>

 
 



 Mt 15:21-28 -- The faith of a Canaanite Woman - Il-fidi tal-mara Kangħanija


Il-fidi tal-mara Kangħanija
[Mt:15:21] Ġesù ħareġ minn hemm u telaq lejn Tir u Sidon.[Mt:15:22] U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid: "Ħenn għalija, Mulej, Bin David; binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna"[Mt:15:23] Iżda hu ma weġibhiex kelma. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu, jitolbuh u jgħidulu: "Eħles minnha, għax ġejja tgħajjat warajna."[Mt:15:24] Imma hu qalilhom: "Ma ġejtx mibgħut ħlief għan-nagħaġ li ntilfu mid-dar ta' Iżrael."[Mt:15:25] Iżda hi resqet, nxteħtet quddiemu u qaltlu: "Għinni, Mulej"[Mt:15:26] Hu weġibha: "M'hux sewwa tieħu l-ħobż ta' l-ulied u tixħtu lill-ġriewi."[Mt:15:27] "Hekk hu, Mulej" qaltlu,"iżda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak li jaqa' minn fuq il-mejda ta' sidienhom"[Mt:15:28] Mbagħad wieġeb Ġesù u qalilha: "Mara, il-fidi tiegħek kbira! Ħa jsirlek kif tixtieq." U minn dak il-ħin stess bintha fieqet.

><>  ><>  ><>  ><>  ><>  ><>  ><>

 
The Syrophoenician Woman  


><>  ><>  ><>  ><>  ><>  ><>  ><>

L-Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena (Sena A)  


><>  ><>  ><>  ><>  ><>  ><>  ><>

Fr Elias Vella OFM Conv. - on Insistent Prayer   (CCR Melbourne)


CCRinMelbourne
https://www.youtube.com/channel/UCcmzU_D2diq3BXgEkuuDf4Q

><>  ><>  ><>  ><>  ><>  ><>  ><>


FIDI LI TINBAĦ !  (Fr. Hayden Williams OFM Cap) a playlist of 3 short video-catechesis
https://www.youtube.com/playlist?list=PLEYDcemW6Gv9j3hfVd2sJ_IKNLK3YWrjg
 
 
 <><  <><  <><  <><  <><  <><  <>< 
.

Friday, August 15, 2014

Pope Francis prays for the unity of Korea with thousands of youth: “You are one family”...

Published on 15 Aug 2014
http://en.romereports.com The 6,000 young people attending the Asian Youth Day meeting at the Shrine of Solmoe were excited to meet with the Pope, and Francis definitely exceeded their expectations...



.

August 15 2014 - POPE FRANCIS IN SOUTH KOREA - Holy Mass on the Solemnity of the Assumption, in Daejeon

 
 
Pope's first Mass in South Korea: Embrace hope, embrace life  
 




Streamed live on 15 Aug 2014
Starts at 3.30 am (Seoul time: 10.30 am)
Pope Francis celebrates the Holy Mass on the Solemnity of the Assumption at the World Cup Stadium in Daejeon , followed by the Angelus Prayer



 

 
 

 


 


 

 

.

Wednesday, August 13, 2014

F'ISEM ĠESÙ KRISTU, NITOLBUK O ALLA, IKOLLOK ĦNIENA MINNA, SALVANA...

 
 
O Alla, Int Alla kollok imħabba, kollok ħniena, kollok mogħdrija. Kemm ilek tgħallimna u tfakkarna li l-vjolenza ma tissolviex bil-vjolenza ! Kemm iddum tistenniena sa kemm niġu konxji ta' xi ssarraf il-għotja tal-vera imħabba ? Kemm iddum tissaportina O Alla ? Taf kemm m’aħna xejn mingħajrek: Mingħajrek aħna għar mill-annimali (kif ngħidu aħna l-bnedmin); mingħajrek jisbroffa l-monstru minn ġo fina: Il-monstru ta’ pika, għejra, mibgħeda, kburija, suppervja, rabja; kull ma’ jitwebbel moħħna nagħmluh bla rażan, bla ħsieb ta’ xejn tal-konsegwenzi. Mingħajrek O Alla naslu biex nagħmlu l-ħsara lil oħrajn u saħansitra lilna nfusna, anke lil dawk li min għalina nirrispettaw - Mingħajrek l-aqwa li jien l-aħjar, l-aqwa li għandi l-poter, l-aqwa li popolari, l-aqwa li jien komdu/a  – ma’ jimpurtaniex mill-eżempji ħżiena li qed nagħtu bi kliemna u b’għemilna. Mingħajrek O Alla tidħer sfaċċatament il-ħruxija fil-kattività, li jasal jagħmel il-bniedem lil dawk li ma jaqbilx magħħom. Mingħajrek iqumu l-qawwiet tal-ħażen, ta' l-abbuż, tal-persekuzzjoni, tal-qerda tal-massa, ta’ ġenoċidji. Sa fejn nistgħu naslu aktar mingħajrek O Alla ? Naslu sa neqirdu l-baħar minn kull  ħlejqa li tgħix fih, neqirdu l-arja li biha nistgħu nieħdu n-nifs, neqirdu l-art b’nuqqas ta’ ħsieb bil-ħmieġ u kimiki li jħallu konsegwenzi ta’ mard fil-prodotti u fina;  kif ukoll neqirduha bi ħdura waqt gwerer, nistaħbew wara l-iskuża ta’ twemmin differenti;  jew bl-iskuża li għandna id-dritt ta’ l-art jew/u l-baħar ! 
Mingħajrek O Alla ma naslux insalvaw lilna nfusna, lil familji tagħna, lil Knisja tiegħek, lil ħutna bnedmin ilkoll imseħbin fil-ħolqien tiegħek: Qawwilna l-Fidi fiK l-aktar f'mumenti ta' djufija, biża', abbuż, tortura, abbandun, iżolament, qtiegħ il-qalb; f'mumenti ta' inċertezzi, ta' diżappunti, ta' fallimenti; f'mumenti meta naħsbu li m'aħna tajbin għal xejn; f'mumenti meta niġu mwarrba; fi żminijiet ta' nuqqas ta' ikel, xorb u bżonnijiet essenzjali; fi żminijiet ta' epidemiji; fi żminijiet ta' theddid, fi żminijiet ta' gwerer.

Kemm qed nisimgħu u naraw b’imwiet ta’ eluf ta’ żgħażagħ, tfal u anzjani kollha maqtulin martri għax żammew it-twemmin nisrani sa l-aħħar ? Ħenn għalina O Alla; dawwlilna moħħna, fakkarna li aħna lkoll uliedek u aħwa f’ibneK Ġesù; imlilna moħħna bl-għerf tal-paċi u l-mogħdrija tiegħek. Għinna nħossu l-preżenza tiegħek f'ħajjitna - fi żmien ta' ferħ, saħħa u sigurtà imma l-aktar f’mumenti tant tal-biża. Agħallimna nuru bil-fatti xi jfissru l-kliem rispett, kompassjoni, tolleranza u maħfra. Agħallimna nitolbu għal min ma jaqbilx magħna. Agħllimna nbierku lil min jixtiqilna l-ħsara u nibqgħu nitolbu u nixtiequlu l-ġid, sa l-aħħar nifs, anke lil min joqtolna psikoloġikament u fiżikament. Fakkarna li wara t-tbatija f'din id-dinja hemm il-hena tal-glorja tiegħeK tistenniena.

Kemm nirrassenjaw ruħna, kemm nikkalmaw meta nemmnu bis-sħih li Int O Alla, kollok qawwa u setgħa, ddawwar kull esperjenza qarsa jew tal-biża', fi grazzja ta' konverzjoni, fejqan spiritwal u / jew fiziku - f'relazzjoni aktar intima miegħek !
 
Nitolbuk agħti l-glorja tal-mistrieħ ta' dejjem lil kull persuna li mietet martri għalik fi żminijietna O Alla
Dan kollu nitolbuhulek Missier, f’isem Ibnek, huna, Ġesù Kristu, is-Salvatur tagħna. Ammen.
  
      ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><>

Is-Sliem għalik Marija bil-grazzja int mimlija, il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa, imbierek il-frott tal-ġuf tiegħek Ġesù.

Qaddisa Marija Omm Alla, itlob għalina midimbin, issa u fis-siegħa tal-mewt tagħna Ammen 
                                                                              Għal 3 darbiet

Marija, Għajnuna ta' l-Insara - idħol għal kull min qed isofri għal Ibnek Ġesù

Sultana tal-Paċi - itlob għalina lkoll