O Alla, Int Alla kollok imħabba, kollok ħniena, kollok mogħdrija. Kemm ilek tgħallimna u tfakkarna li l-vjolenza ma tissolviex bil-vjolenza ! Kemm iddum tistenniena sa kemm niġu konxji ta' xi ssarraf il-għotja tal-vera imħabba ? Kemm
iddum tissaportina O Alla ? Taf kemm m’aħna xejn mingħajrek: Mingħajrek aħna għar mill-annimali (kif ngħidu aħna l-bnedmin);
mingħajrek jisbroffa l-monstru minn ġo fina: Il-monstru ta’ pika, għejra,
mibgħeda, kburija, suppervja, rabja; kull ma’ jitwebbel moħħna nagħmluh bla
rażan, bla ħsieb ta’ xejn tal-konsegwenzi. Mingħajrek O Alla naslu biex nagħmlu
l-ħsara lil oħrajn u saħansitra lilna nfusna, anke lil dawk li min għalina nirrispettaw - Mingħajrek l-aqwa li jien
l-aħjar, l-aqwa li għandi l-poter, l-aqwa li popolari, l-aqwa li jien komdu/a – ma’ jimpurtaniex mill-eżempji ħżiena li qed
nagħtu bi kliemna u b’għemilna. Mingħajrek O Alla tidħer sfaċċatament il-ħruxija
fil-kattività, li jasal jagħmel il-bniedem lil dawk li ma jaqbilx magħħom. Mingħajrek
iqumu l-qawwiet tal-ħażen, ta' l-abbuż, tal-persekuzzjoni, tal-qerda tal-massa, ta’ ġenoċidji.
Sa fejn nistgħu naslu aktar mingħajrek O Alla ? Naslu sa neqirdu l-baħar minn
kull ħlejqa li tgħix fih, neqirdu l-arja
li biha nistgħu nieħdu n-nifs, neqirdu l-art b’nuqqas ta’ ħsieb bil-ħmieġ u
kimiki li jħallu konsegwenzi ta’ mard fil-prodotti u fina; kif ukoll neqirduha bi ħdura waqt gwerer, nistaħbew
wara l-iskuża ta’ twemmin differenti;
jew bl-iskuża li għandna id-dritt ta’ l-art jew/u l-baħar !
Mingħajrek O Alla ma naslux insalvaw lilna nfusna, lil familji tagħna, lil Knisja tiegħek, lil ħutna bnedmin ilkoll imseħbin fil-ħolqien tiegħek: Qawwilna l-Fidi fiK l-aktar f'mumenti ta' djufija, biża', abbuż, tortura, abbandun, iżolament, qtiegħ il-qalb; f'mumenti ta' inċertezzi, ta' diżappunti, ta' fallimenti; f'mumenti meta naħsbu li m'aħna tajbin għal xejn; f'mumenti meta niġu mwarrba; fi żminijiet ta' nuqqas ta' ikel, xorb u bżonnijiet essenzjali; fi żminijiet ta' epidemiji; fi żminijiet ta' theddid, fi żminijiet ta' gwerer.
Kemm qed nisimgħu
u naraw b’imwiet ta’ eluf ta’ żgħażagħ, tfal u anzjani kollha maqtulin martri
għax żammew it-twemmin nisrani sa l-aħħar ? Ħenn għalina O Alla; dawwlilna
moħħna, fakkarna li aħna lkoll uliedek u aħwa f’ibneK Ġesù; imlilna moħħna bl-għerf
tal-paċi u l-mogħdrija tiegħek. Għinna nħossu l-preżenza tiegħek f'ħajjitna - fi żmien ta' ferħ, saħħa u sigurtà imma l-aktar f’mumenti
tant tal-biża. Agħallimna nuru bil-fatti xi jfissru l-kliem rispett, kompassjoni, tolleranza u maħfra. Agħallimna nitolbu għal min ma jaqbilx magħna. Agħllimna
nbierku lil min jixtiqilna l-ħsara u nibqgħu nitolbu u nixtiequlu l-ġid, sa l-aħħar nifs, anke lil min
joqtolna psikoloġikament u fiżikament. Fakkarna li wara t-tbatija f'din id-dinja hemm il-hena tal-glorja tiegħeK tistenniena.
Kemm nirrassenjaw ruħna, kemm nikkalmaw meta nemmnu bis-sħih li Int O Alla, kollok qawwa u setgħa, ddawwar kull esperjenza qarsa jew tal-biża', fi grazzja ta' konverzjoni, fejqan spiritwal u / jew fiziku - f'relazzjoni aktar intima miegħek !
Kemm nirrassenjaw ruħna, kemm nikkalmaw meta nemmnu bis-sħih li Int O Alla, kollok qawwa u setgħa, ddawwar kull esperjenza qarsa jew tal-biża', fi grazzja ta' konverzjoni, fejqan spiritwal u / jew fiziku - f'relazzjoni aktar intima miegħek !
Nitolbuk agħti l-glorja tal-mistrieħ ta' dejjem lil kull persuna li mietet martri għalik fi żminijietna O Alla
Dan kollu nitolbuhulek Missier, f’isem
Ibnek, huna, Ġesù Kristu, is-Salvatur tagħna. Ammen.
Is-Sliem għalik Marija bil-grazzja int mimlija, il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa, imbierek il-frott tal-ġuf tiegħek Ġesù.
Qaddisa Marija Omm Alla, itlob għalina midimbin, issa u fis-siegħa tal-mewt tagħna Ammen
Għal 3 darbiet
Marija, Għajnuna ta' l-Insara - idħol għal kull min qed isofri għal Ibnek Ġesù
Sultana tal-Paċi - itlob għalina lkoll
><> ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><>
Is-Sliem għalik Marija bil-grazzja int mimlija, il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa, imbierek il-frott tal-ġuf tiegħek Ġesù.
Qaddisa Marija Omm Alla, itlob għalina midimbin, issa u fis-siegħa tal-mewt tagħna Ammen
Għal 3 darbiet
Marija, Għajnuna ta' l-Insara - idħol għal kull min qed isofri għal Ibnek Ġesù
Sultana tal-Paċi - itlob għalina lkoll