blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Friday, July 25, 2014

JULY 25 Feast of St James the elder, Apostle, son of Zebedee and Salome, and brother of John, Apostle - EMBRACING TRUE GREATNESS --- & In 1968 - Humanae Vitae - & also - Sunday Gospel of wk 29 in O.T. - Yr B




http://laikos.org/qaddisin.htm

25 TA’ LULJU

SAN ĠAKBU L-KBIR

Appostlu:  L-ewwel Seklu

San Ġakbu, li jiġi ħu San Ġwann l-Appostlu, kien magħruf bħala Ġakbu l-Kbir biex jingħaraf mill-Appostlu Ġakbu l-ieħor li x’aktarx kien iżgħar fl-eta’.

Kien sajjied minn Betsajda, fil-Galilija.  Ġurnata waħda, hu u ħuħ Ġwanni kienu qed jistadu flimkien ma missierhom Żebedew meta Ġesù kien għaddej mill-inħawi u sejħilhom biex ikunu dixxipli tiegħu.  It-tnejn ħallew lil missierhom, ix-xbiek u kollox, u marru miegħu.


Lil dawn iż-żewġ aħwa, Ġesù tahom l-isem ta’ Boanerges, jiġifieri ”ulied ir-ragħad” (Mk. 3:17) x’aktarx għax kienu fuq tagħhom, bħal meta darba qalu lil Ġesù: ”Mgħallem, irridu li dak li nitolbuk tagħmilhulna” (Mk. 10: 35-41).  Darb’oħra meta s-Sammaritani ma laqgħux lil Ġesù, dawn it-tnejn staqsewh: ”Mulej, tridx ngħidu lin-nar jinżel mis-sema u jeqridhom?” (Lq. 9:54).
San Ġakbu kien ma San Pietru u San Ġwann meta Ġesù qajjem lit-tifla ta’ Ġajru mill-mewt; kien magħhom ukoll fit-Trasfigurazzjoni ta’ Ġesù fuq l-għolja Tabor; u wkoll fl-agunija ta’ Ġesù fil-ġnien taż-Żebbuġ.
Tradizzjoni tgħid li wara t-tlugħ tal-Mulej Ġesù fis-sema, San Ġakbu mar Spanja jippriedka l-Vanġelu.  F’Compostella hemm knisja famuża ddedikata f’ismu, u hemm jingħatalu ġieħ mill-ikbar.
Kien l-ewwel wieħed fost l-appostli li miet għal Ġesù, bil-qtugħ ir-ras, fil-Palestina, fis-sena 43, fi żmien is-Sultan Agrippa I.
Ħsieb
Mhux minnu li wieħed ikun qaddis irid jitwieled qaddis jew irid ikun mingħajr nuqqasijiet.  L-Appostlu San Ġakbu huwa eżempju l-iktar ċar ta’ dan.  Kien ta’ karattru li malajr jixgħel; kellu demmu spont.  Minkejja dan, meta Ġesù sejjaħlu ħall kollox u mar warajh; inbidel u sar Qaddis.


><>            ><>           ><>





Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof - 25 ta' Lulju, 9:30am

(2020 during the coronavirus pandemic)







GOSPEL --- Mt 20:20-28 -- 'Can you drink the cup that I am going to drink?' - 'Il-kalċi tiegħi tixorbuh.'


JULY 25 - Saint James, Apostle. Feast
25 ta’ Lulju - Sant Ġakbu, Appostlu. Festa


Evanġelju
'Il-kalċi tiegħi tixorbuh.'
Mt 20, 20-28


Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F’dak iż-żmien: [Mt:20:20] Resqet fuq Ġesù omm ulied Żebedew flimkien ma' wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa. [Mt:20:21] "Xi trid?" staqsieha. U hi qaltlu: "Ordna li dawn iż-żewġ uliedi joqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug fis-Saltna tiegħek."

[Mt:20:22] Imma Ġesù wieġeb u qal : "Ma tafux x'intom titolbu. Għandkom il-ħila tixorbuh l-kalċi li għandi nixrob jien?" "Għandna," qalulu. [Mt:20:23] "Il-kalċi tiegħi tixorbuh tassew," qalilhom, "imma li wieħed joqgħod fuq il-lemin jew  ix-xellug tiegħi, din mhix ħaġa tiegħi biex nagħtiha jien, imma hi għal dawk li għalihom kienet imħejjija minn Missieri."

[Mt:20:24] Il-għaxra l-oħra, meta semgħu dan, inkorlaw għaż-żewġt aħwa. [Mt:20:25]  Imma Ġesù sejħilhom u qalilhom: “Tafu intom, il-kapijiet tan-nazzjonijiet jaħkmu fuqhom, u l-kbarat iħaddmu s-setgħa tagħhom fuqhom. [Mt:20:26] Fostkom m’għandux ikun hekk; imma min fostkom irid ikun kbir, għandu jkun qaddej tagħkom, [Mt:20:27]  u min irid ikun l-ewwel fostkom, għandu joqgħod l-ilsir tagħkom. [Mt:20:28] Hekk ukoll Bin il-bniedem; hu ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u biex jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra”.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu.








><>   ><>   ><>


IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 29 IN ORDINARY TIME

--- The Son of Man came to give his life as a ransom for many ---

Evanġelju
Bin il-bniedem ġie biex jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra.
Mk 10, 35-45


Qari mill-Evanġelju skont San Mark

F’dak iż-żmien,  [Mk:10:35] Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew, resqu lejh u qalulu: "Mgħallem, dak li se nitolbuk irriduk tagħtihulna." [Mk:10:36] "Xi triduni nagħmlilkom?" staqsiehom. [Mk:10:37] U huma weġbuh: "Ħallina noqogħdu wieħed fuq il-lemin u l-ieħor fuq ix-xellug fil-glorja tiegħek."

[Mk:10:38] Imma Ġesù qalilhom: "Ma tafux x'intom titolbu. Għandkom ħila tixorbu l-kalċi li se nixrob jien, u titgħammdu wkoll bil-magħmudija li biha se nitgħammed jien?" [Mk:10:39] "Ghandha," qalulu. Mbagħad qalilhom Ġesù: "Il-kalċi li se nixrob jien tixorbuh, iva, u titgħammdu wkoll bil-magħmudija li biha se nitgħammed jien; [Mk:10:40] imma li wieħed joqgħod fuq il-lemin jew fuq ix-xellug tiegħi, din m'hijiex ħaġa tiegħi li nagħtiha jien, imma hi għal dawk li għalihom kienet imħejjija."

[Mk:10:41] L-għaxra l-oħra, meta semgħu dan, saħnu għal Ġakbu u għal Ġwanni. [Mk:10:42] Imma Ġesù sejjħilhom u qalilhom: "Tafu intom, dawk in-nies, li l-bnedmin jgħodduhom  bħala kapijiet tal-pagani, jaħkmu fuqhom, u l-kbarat tagħhom iħaddmu s-setgħa tagħhom fuqhom. [Mk:10:43] Fostkom ma għandux ikun hekk, imma min irid ikun kbir fostkom, għandu jkun qaddej tagħkom, [Mk:10:44] u min irid ikun   l-ewwel fostkom, għandu joqgħod ilsir ta' kulħadd. [Mk:10:45] Għax hekk ukoll Bin il-bniedem, hu ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u biex jagħti ħajtu b'fidwa għall-kotra."

 Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu




================

Jew il-forma l-qasira

Evanġelju
Bin il-bniedem ġie biex jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra.
Mk 10, 42-45


Qari mill-Evanġelju skont San Mark

F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ lejh it-Tnax u qalilhom: “Tafu intom, dawk in-nies, li l-bnedmin jgħodduhom bħala kapijiet tal-pagani, jaħkmu fuqhom, u l-kbarat tagħhom iħaddmu s-setgħa tagħhom fuqhom. Fostkom ma għandux ikun hekk, imma min irid ikun kbir fostkom, għandu jkun qaddej tagħkom, u min irid ikun l-ewwel fostkom, għandu joqgħod ilsir ta’ kulħadd. Għax hekk ukoll Bin il-bniedem, hu ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u biex jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra”.


Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu


.
.


><>   ><>   ><>


This is a reflection given by Fr. Andre M. Feain on the readings for the 29th Sunday of Ordinary Time, October 18th 2015.
Those places on the left and right of Jesus are for Mary and Joseph





Ambitious Apostles? Deo Gratias!
click over white arrow in the middle below to start video
https://www.youtube.com/watch?v=Up3_kvUQW5s




IN PERSUIT OF GREATNESS (Matthew 20:20-28)


1. Embrace true greatness through suffering (v.22-23)  
2. Embrace true greatness through serving (v.24)
3. Embrace the true greatness of the Saviour (v.28)





                                                   ================================

Humanae Vitae  




Humanae Vitae, the most debated encyclical in modern history - Published on 25 Jul 2014  







.

.

Thursday, July 24, 2014

Lk 4:14-30 --- The Beginning of the Galilean Ministry - In-nies ta' Nazaret ma jilqgħux lil Ġesù --- Homily: He Passed Through Their Midst

 

 
 


Il-bidu tal-ministeru ta' Ġesù fil-Galilija(Mt 4, 12-17 ; Mk 1, 14-15)
[Lq:4:14] Ġesù, bil-qawwa ta' l-Ispirtu, reġa' mar il-Galilija; u l-fama tiegħu xterdet ma' dawk l-inħawi kollha, [Lq:4:15] għax hu kien jgħallem fis-sinagogi tagħhom fost it-tifħir ta' kulħadd.

In-nies ta' Nazaret ma jilqgħux lil Ġesù(Mk 13, 53-38 ; Mt 6, 1-6)
[Lq:4:16] U ġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta' Sibt, u qam biex jaqra.[Lq:4:17] Tawh f'idejh il-ktieb ta' Isaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej:
        [Lq:4:18] 'L-Ispirtu tal-Mulej fuqi,
        għax hu kkonsagrani,
        Bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin,
        nwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin,
        u d-dawl mill-ġdid lill-għomja,
        nrodd il-ħelsien lill-maħqurin
        [Lq:4:19] u nxandar sena tal-grazzja tal-Mulej.’

[Lq:4:20] Mbagħad raġa' għalaq il-ktieb, tah lura lill-qaddej u qagħad bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu msammra fuqu. [Lq:4:21] U beda jgħidilhom: "Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu." [Lq:4:22] U lkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu u bdew jgħidu: "Dan m'huwiex bin Ġużeppi?" [Lq:4:23] Iżda hu qalilhom: "Żgur li se tgħidu għalija dan il-proverbju, 'Tabib, fejjaq lilek innifsek : dak kollu li smajna li ġara f'Kafarnahum agħmlu hawn f'pajjiżek ukoll." [Lq:4:24] U żied jgħidilhom: "Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f'pajjiżu. [Lq:4:25] Għax, ngħidilkom is-sewwa, kien hemm bosta romol f'Iżrael fi żmien Elija meta s-sema baqa' tliet snin u sitt xhur magħluq u waqa' ġuħ kbir fil-pajjiż kollu; [Lq:4:26] madankollu għand ħadd minnhom ma ntbagħat Elija, imma għand waħda armla minn Sarefta ta' Sidon. [Lq:4:27] U kien hemm bosta lebbrużi f'Iżrael fi żmien il-profeta Eliżew, imma ħadd minnhom ma ġie mfejjaq ħlief Nagħman tas-Sirja." [Lq:4:28] Meta semgħu dan fis-sinagoga kulħadd imtela bil-korla; [Lq:4:29] qamu, u ħarġuh 'il barra mill-belt, ħaduh fuq xifer ta' rdum ta' l-għolja li fuqha kienet mibnija l-belt tagħhom, u riedu jixħtuh minn hemm fuq għal isfel. [Lq:4:30] Iżda hu għadda minn ġo nofshom u baqa' sejjer.


                                              --------------------------

Homily: He Passed Through Their Midst



'When Jesus was rejected by the citizens of His native Nazareth due to their lack of humility, He easily evaded the angry crowd by walking through their midst. This shows His power over those who reject his message and therefore how he laid down his life voluntarily on Calvary in an act of humility. Let us ask for the grace of humility whenever Jesus reveals himself to us.'

JULY 24 - Saint Charbel Makhlouf (Sharbel Makhluf) - "The saint drunk in God"





Saint Charbel Makhlūf






The most impressive incorrupt saint: St Charbel Makhlouf




St. Sharbel Makhluf





St. Charbel Maklouf 's love for the Holy Mass. His life was a preparation and thanksgiving centered around the Holy Mass.





On 9 October 1977, Pope Paul VI presided the canonization of Blessed Charbel
http://www.vatican.va/holy_father/paul_vi/homilies/1977/documents/hf_p-vi_hom_19771009_fr.html



                --------------------------


SAINT CHARBEL MAKHLOUF- The unharmed body of Saint-Charbel is exposed to the public in Convent Annaya - Lebanon
 



GOSPEL for the Feast of St Charbel Maklouf
Mt 19:27-29 -- "you who have followed me" - "intom li ġejtu warajja

[Mt:19:27] Mbagħad qabeż Pietru u qallu: "Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk; issa x'se jmissna?" [Mt:19:28] Ġesù qalilhom: "Tassew ngħidilkom, intom li ġejtu warajja, fid-dinja l-ġdida, meta Bin il-bniedem joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu, intom ukoll toqogħdu fuq tnax-il tron u tagħmlu ħaqq mit-tnax-il tribù ta' Iżrael. [Mt:19:29] U kull min iħalli 'l daru jew 'il ħutu jew 'il missieru jew 'l ommu jew 'l uliedu jew ir-raba' tiegħu minħabba f'ismi, jerġa' jirċievi kollox għal mitt darba iktar, u jieħu b'sehmu l-ħajja ta' dejjem.


                    ------------------------

Saint Sharbel - the Movie with English subtitles
This is a movie about the Lebanese Saint Sharbel covering a very tiny part of his life. He is known as the "Saint drunk in God" in reference to his deep faith, humbleness, humility. At his time in the 1800s he was very educated but he did not leave education ruin his relation with God. Saint Sharbel protect Lebanon, was a subtitle of his picture during the war.
He became a hermit in the hermitage of Saint Maron Monastery in the mountains of Lebanon (5000ft elevation). He was known for his silence and dignity. Whereever Saint Sharbel was, there was prayer or silence.
Millions of miracles were done through his intercession and letters were sent from different countries in the world to show the thanks and be an example for all believers.
Many events were not recorded in this movie due to the lack of time, you can visit the monastery website for additional information in different languages:
http://www.saintcharbel-annaya.com/






LIFE OF SAINT CHARBEL




.

Monday, July 21, 2014

Evangelical Pastor Tony Palmer, close friend to Pope Francis, dies after motorcycle crash - But the MIRACLE OF UNITY continues by the grace of God.


The miracle of unity has already begun - Net for God Film June 2014  


 
R.I.P.

Published on 21 Jul 2014          
http://en.romereports.com Tony Palmer used his iPhone to record a message from the Pope to the Evangelical community.



                                               
                                                ===============


Published on 28 Feb 2014

http://www.thearkcommunity.org - OFFICIAL VIDEO : The Miracle of Unity Has Begun - Bishop Tony Palmer & Pope Francis.
Bishop Tony Palmer and Pope Francis - The Miracle of Unity Has Begun  



Miracle of Unity Part 2  - Published on 22 Oct 2014





.