Il-bidu tal-ministeru ta' Ġesù fil-Galilija(Mt 4, 12-17 ; Mk 1, 14-15)
[Lq:4:14] Ġesù, bil-qawwa ta' l-Ispirtu, reġa' mar il-Galilija; u l-fama tiegħu xterdet ma' dawk l-inħawi kollha, [Lq:4:15] għax hu kien jgħallem fis-sinagogi tagħhom fost it-tifħir ta' kulħadd.
In-nies ta' Nazaret ma jilqgħux lil Ġesù(Mk 13, 53-38 ; Mt 6, 1-6)
[Lq:4:16] U ġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta' Sibt, u qam biex jaqra.[Lq:4:17] Tawh f'idejh il-ktieb ta' Isaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej:
[Lq:4:18] 'L-Ispirtu tal-Mulej fuqi,
għax hu kkonsagrani,
Bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin,
nwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin,
u d-dawl mill-ġdid lill-għomja,
nrodd il-ħelsien lill-maħqurin
[Lq:4:19] u nxandar sena tal-grazzja tal-Mulej.’
[Lq:4:20] Mbagħad raġa' għalaq il-ktieb, tah lura lill-qaddej u qagħad bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu msammra fuqu. [Lq:4:21] U beda jgħidilhom: "Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu." [Lq:4:22] U lkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu u bdew jgħidu: "Dan m'huwiex bin Ġużeppi?" [Lq:4:23] Iżda hu qalilhom: "Żgur li se tgħidu għalija dan il-proverbju, 'Tabib, fejjaq lilek innifsek : dak kollu li smajna li ġara f'Kafarnahum agħmlu hawn f'pajjiżek ukoll." [Lq:4:24] U żied jgħidilhom: "Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f'pajjiżu. [Lq:4:25] Għax, ngħidilkom is-sewwa, kien hemm bosta romol f'Iżrael fi żmien Elija meta s-sema baqa' tliet snin u sitt xhur magħluq u waqa' ġuħ kbir fil-pajjiż kollu; [Lq:4:26] madankollu għand ħadd minnhom ma ntbagħat Elija, imma għand waħda armla minn Sarefta ta' Sidon. [Lq:4:27] U kien hemm bosta lebbrużi f'Iżrael fi żmien il-profeta Eliżew, imma ħadd minnhom ma ġie mfejjaq ħlief Nagħman tas-Sirja." [Lq:4:28] Meta semgħu dan fis-sinagoga kulħadd imtela bil-korla; [Lq:4:29] qamu, u ħarġuh 'il barra mill-belt, ħaduh fuq xifer ta' rdum ta' l-għolja li fuqha kienet mibnija l-belt tagħhom, u riedu jixħtuh minn hemm fuq għal isfel. [Lq:4:30] Iżda hu għadda minn ġo nofshom u baqa' sejjer.
--------------------------
Homily: He Passed Through Their Midst
'When Jesus was rejected by the citizens of His native Nazareth due to their lack of humility, He easily evaded the angry crowd by walking through their midst. This shows His power over those who reject his message and therefore how he laid down his life voluntarily on Calvary in an act of humility. Let us ask for the grace of humility whenever Jesus reveals himself to us.'