blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Friday, April 11, 2014

Devotional Memorial, The Blessed Virgin Mary at the Cross of Our Lord - Jn 19:25-27 -- Tifkira - Marija Addolorata ħdejn is-Salib tal-Mulej

FRIDAY, THE FIFTH WEEK IN LENT - IL-ĠIMGĦA TAL-ĦAMES ĠIMGĦA TAR-RANDAN



[Ġw:19:25] Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta' Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta' Kleofa, u Marija ta' Magdala. [Ġw:19:26] Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: "Mara, hawn hu ibnek." [Ġw:19:27] Mbagħad qal lid-dixxiplu: "Hawn hi ommok." U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu.

.

Thursday, April 10, 2014

Jn 10:31-42 -- Further Conflict Over Jesus' Claims - Il-Lhud ma jemmnux f'Ġesù...



Il-Lhud ma jemmnux f'Ġesù.........
[Ġw:10:31] Il-Lhud reġgħu qabdu l-ġebel biex iħaġġruh. [Ġw:10:32] Imma Ġesù qalilhom: "Kien hemm ħafna għemejjel tajba li jiena wrejtkom mingħand il-Missier; għal liema għemil minnhom tridu tħaġġruni?" [Ġw:10:33] Weġbuh il-Lhud: "Mhux għal xi għemil tajjeb irridu nħaġġruk, iżda minħabba d-dagħwa li dgħajt, u għax int, li m'intix ħlief bniedem, qiegħed tagħmel lilek innifsek Alla." [Ġw:10:34] Qalilhom Ġesù: "Fil-Liġi tagħkom ma hemmx miktub, 'Jiena għedt: Intom allat'? [Ġw:10:35] Issa jekk il-Liġi ssejjaħ allat lil dawk li waslitilhom il-kelma ta' Alla - u  l-Iskrittura ma tistax titħassar - [Ġw:10:36] mela lili, li l-Missier ikkonsagrani u bagħatni fid-dinja, kif tgħiduli, 'Qiegħed tidgħi,' għax għedtilkom li jien Bin Alla? [Ġw:10:37] Jekk jien m'iniex nagħmel l-għemejjel ta' Missieri, temmnunix; [Ġw:10:38] imma jekk qiegħed nagħmilhom, jekk ma temmnux lili, għallinqas emmnu l-għemejjel, biex tkunu tafu u tagħrfu li l-Missier huwa fija u jiena fil-Missier." [Ġw:10:39] Għal darb'oħra fittxew li jaqbduh, imma hu ħarbilhom minn taħt idejhom.

[Ġw:10:40] U raġa' mar in-naħa l-oħra tal-Ġordan, fejn qabel kien hemm Ġwanni jgħammed, u baqa' hemm. [Ġw:10:41] Kienu ħafna dawk li marru ħdejh, u qalu: "Ġwanni ma għamel ebda sinjal, imma kollu minnu kull ma qal Ġwanni fuq dan il-bniedem." [Ġw:10:42] U hemmhekk ħafna emmnu fih.

Pope to Jesuit universities: A theologian who doesn\'t pray ends up sinking in narcissim

Wednesday, April 09, 2014

"I AM" - Jn 8:51-59 -- Jesus' Claims About Himself -..."min iħares il-kelma tiegħi ma jara qatt il-mewt." "Jien Hu" - & - Blind Obedience Is An Oxymoron



[Ġw:8:51] Tassew tassew ngħidilkom li min iħares  il-kelma tiegħi ma jara qatt il-mewt." [Ġw:8:52] Qalulu l-Lhud: "Issa tassew nafu li għandek Xitan fik. Abraham miet, u l-profeti wkoll; u inti tgħid li 'Jekk xi ħadd iħares kelmti ma jduq qatt il-mewt.' [Ġw:8:53] Jaqaw int akbar minn missierna Abraham li miet? U l-profeti wkoll mietu. Inti x'taħseb li int?" [Ġw:8:54] Wieġeb Ġesù: "Li kieku kelli nagħti glorja lili nnifsi, il-glorja tiegħi ma kienet tkun tiswa xejn. Imma dak li lili qiegħed jagħtini l-glorja huwa l-Missier, dak li intom tgħidu li hu Alla tagħkom, [Ġw:8:55] u madankollu ma għaraftuhx. Imma jiena nafu, u kieku kelli ngħid li ma nafux, kont inkun giddieb bħalkom. U mhux biss nafu, imma wkoll inħares il-kelma tiegħu. [Ġw:8:56] Missierkom Abraham qabeż bil-ferħ għall-ħsieb li kien se jara l-jum tiegħi, u rah u feraħ." [Ġw:8:57] Qalulu l-Lhud: "Għadek anqas għalaqt il-ħamsin u rajt lil Abraham?" [Ġw:8:58] Qalilhom Ġesù: "Tassew tassew ngħidilkom, qabel ma kien Abraham, jiena hu." [Ġw:8:59] Għalhekk il-Lhud qabdu l-ġebel biex iwaddbuhulu; imma Ġesù nħbielhom u ħareġ mit-tempju.