blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Jn 10:31-42 -- Further Conflict Over Jesus' Claims - Il-Lhud ma jemmnux f'Ġesù...

Thursday, April 10, 2014

Jn 10:31-42 -- Further Conflict Over Jesus' Claims - Il-Lhud ma jemmnux f'Ġesù...



Il-Lhud ma jemmnux f'Ġesù.........
[Ġw:10:31] Il-Lhud reġgħu qabdu l-ġebel biex iħaġġruh. [Ġw:10:32] Imma Ġesù qalilhom: "Kien hemm ħafna għemejjel tajba li jiena wrejtkom mingħand il-Missier; għal liema għemil minnhom tridu tħaġġruni?" [Ġw:10:33] Weġbuh il-Lhud: "Mhux għal xi għemil tajjeb irridu nħaġġruk, iżda minħabba d-dagħwa li dgħajt, u għax int, li m'intix ħlief bniedem, qiegħed tagħmel lilek innifsek Alla." [Ġw:10:34] Qalilhom Ġesù: "Fil-Liġi tagħkom ma hemmx miktub, 'Jiena għedt: Intom allat'? [Ġw:10:35] Issa jekk il-Liġi ssejjaħ allat lil dawk li waslitilhom il-kelma ta' Alla - u  l-Iskrittura ma tistax titħassar - [Ġw:10:36] mela lili, li l-Missier ikkonsagrani u bagħatni fid-dinja, kif tgħiduli, 'Qiegħed tidgħi,' għax għedtilkom li jien Bin Alla? [Ġw:10:37] Jekk jien m'iniex nagħmel l-għemejjel ta' Missieri, temmnunix; [Ġw:10:38] imma jekk qiegħed nagħmilhom, jekk ma temmnux lili, għallinqas emmnu l-għemejjel, biex tkunu tafu u tagħrfu li l-Missier huwa fija u jiena fil-Missier." [Ġw:10:39] Għal darb'oħra fittxew li jaqbduh, imma hu ħarbilhom minn taħt idejhom.

[Ġw:10:40] U raġa' mar in-naħa l-oħra tal-Ġordan, fejn qabel kien hemm Ġwanni jgħammed, u baqa' hemm. [Ġw:10:41] Kienu ħafna dawk li marru ħdejh, u qalu: "Ġwanni ma għamel ebda sinjal, imma kollu minnu kull ma qal Ġwanni fuq dan il-bniedem." [Ġw:10:42] U hemmhekk ħafna emmnu fih.