blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: "I AM" - Jn 8:51-59 -- Jesus' Claims About Himself -..."min iħares il-kelma tiegħi ma jara qatt il-mewt." "Jien Hu" - & - Blind Obedience Is An Oxymoron

Wednesday, April 09, 2014

"I AM" - Jn 8:51-59 -- Jesus' Claims About Himself -..."min iħares il-kelma tiegħi ma jara qatt il-mewt." "Jien Hu" - & - Blind Obedience Is An Oxymoron



[Ġw:8:51] Tassew tassew ngħidilkom li min iħares  il-kelma tiegħi ma jara qatt il-mewt." [Ġw:8:52] Qalulu l-Lhud: "Issa tassew nafu li għandek Xitan fik. Abraham miet, u l-profeti wkoll; u inti tgħid li 'Jekk xi ħadd iħares kelmti ma jduq qatt il-mewt.' [Ġw:8:53] Jaqaw int akbar minn missierna Abraham li miet? U l-profeti wkoll mietu. Inti x'taħseb li int?" [Ġw:8:54] Wieġeb Ġesù: "Li kieku kelli nagħti glorja lili nnifsi, il-glorja tiegħi ma kienet tkun tiswa xejn. Imma dak li lili qiegħed jagħtini l-glorja huwa l-Missier, dak li intom tgħidu li hu Alla tagħkom, [Ġw:8:55] u madankollu ma għaraftuhx. Imma jiena nafu, u kieku kelli ngħid li ma nafux, kont inkun giddieb bħalkom. U mhux biss nafu, imma wkoll inħares il-kelma tiegħu. [Ġw:8:56] Missierkom Abraham qabeż bil-ferħ għall-ħsieb li kien se jara l-jum tiegħi, u rah u feraħ." [Ġw:8:57] Qalulu l-Lhud: "Għadek anqas għalaqt il-ħamsin u rajt lil Abraham?" [Ġw:8:58] Qalilhom Ġesù: "Tassew tassew ngħidilkom, qabel ma kien Abraham, jiena hu." [Ġw:8:59] Għalhekk il-Lhud qabdu l-ġebel biex iwaddbuhulu; imma Ġesù nħbielhom u ħareġ mit-tempju.