blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Friday, April 04, 2014

GOSPEL - Mt 6:7-15 -- when you pray... - Intom u titolbu ... Il-Missierna Parti 1 & 2 (Fr. Hayden Williams OFM Cap)


Mt 6:7-15 -- when you pray... - Intom u titolbu ...


- TUESDAY GOSPEL OF WEEK 1 OF LENT
- THURSDAY GOSPEL OF WEEK 11 IN ORDINARY TIME

[Mt:6:7] Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. [Mt:6:8] Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x'teħtieġu, qabel ma titolbuh intom. [Mt:6:9] Mela itolbu hekk:
                            'Missierna, li inti  fis-smewwiet,
                            jitqaddes ismek,
                            [Mt:6:10] tiġi saltnatek,
                            ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art.
                            [Mt:6:11] Ħobżna ta' kuljum agħtina llum.
                            [Mt:6:12] Aħfrilna dnubietna,
                            bħalma naħfru lil min hu ħati għalina.
                            [Mt:6:13] U la ddaħħalniex fit-tiġrib,
                            iżda eħlisna mid-deni.'

[Mt:6:14] Għax jekk intom taħfru lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, Missierkom li hu fis-smewwiet jaħfer lilkom ukoll. [Mt:6:15] Imma jekk intom ma taħfrux lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, anqas Missierkom ma jaħfer lilkom il-ħtijiet tagħkom.





******************************


Il-Missierna Parti 1 (Fr. Hayden Williams OFM Cap)






Il-Missierna Parti 2 (Fr. Hayden Williams OFM Cap)

















.

Pope\'s Mass: Prophets are always persecuted, at times even the Church

Jn 7:40-53 -- Division Over Who Jesus Is - Il-fehmiet tan-nies fuq Ġesù


SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 4 OF LENT
Evanġelju
Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija?
Ġw 7, 40-53


Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F’dak iż-żmien, [Ġw:7:40] meta xi wħud semgħu kliem  Ġesù, alu: "Tassew dan hu l-Profeta." [Ġw:7:41] Oħrajn qalu: "Dan hu l-Messija." Iżda xi wħud qalu: "Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija? [Ġw:7:42] Ma tgħidx l-Iskrittura li l-Messija għandu jiġi min-nisel ta' David u minn Betlehem, ir-raħal minn fejn kien David?" [Ġw:7:43] Hekk in-nies ma qablux bejniethom minħabba fih.

[Ġw:7:44] Xi wħud minnhom riedu jaqbduh, iżda ħadd ma medd idejh fuqu.  [Ġw:7:45] L-għases reġgħu lura għand il-qassisin il-kbar u l-Fariżej, u dawn qalulhom: "Dan kif ma ġibtuhx magħkom? [Ġw:7:46] L-għases qalulhom: "Qatt ħadd ma tkellem bħalu, dan il-bniedem!" [Ġw:7:47] Qabżu l-Fariżej u qalulhom: "Intom ukoll tqarraqtu? [Ġw:7:48] Hemm xi ħadd mill-kapijiet u l-Fariżej li emmen fih? [Ġw:7:49] Imma dawn x'qabda nies misħuta, li l-Liġi ma jafuhiex!"

[Ġw:7:50] Wieħed minnhom, jismu Nikodemu, dak li qabel kien mar għand Ġesù, qabeż u qalilhom: [Ġw:7:51] "Jaqaw il-Liġi tagħna tikkundanna lil xi ħadd qabel ma tisma' lilu stess ħalli tkun taf x'inhu jagħmel?" [Ġw:7:52] U huma qalulu: "M'intix int ukoll mill-Galilija, hux? Fittex fl-Iskrittura, ħalli tara li ebda profeta ma jqum mill-Galilija!" [Ġw:7:53] U wieħed wieħed telqu lejn djarhom.



Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu



.




... "No One Ever Spoke the way this man does" ...








During the coronavirus pandamic - March 2020
Homily in Maltese

Ġw 7:40-53 -- OMELIJA - mill-Quddiesa mill-Kurja tal-Arċisqof – 28 ta’ Marzu, 2020, 0930am












.

Jn 7:1-2, 10, 25-30 -- ...Jesus Goes to the Festival of Tabernacles - ...Fil-festa ta' l-Għerejjex




7. In-nuqqas ta' fidi mill-qraba ta' Ġesù
[Ġw:7:1] Wara dan, Ġesù baqa' jdur fil-Galilija, għax ma riedx joqgħod idur fil-Lhudija billi l-Lhud kienu qegħdin ifittxu li joqtluh. [Ġw:7:2] Kienet qorbot għal-Lhud il-festa ta' l-Għerejjex,........


Fil-festa ta' l-Għerejjex
[Ġw:7:10] Imma wara li ħutu telgħu għall-festa tela' hu wkoll, mhux  bid-dieher, imma bil-moħbi..........


Dan hu l-Messija
[Ġw:7:25] Xi wħud min-nies ta' Ġerusalemm qalu: "Dan m'huwiex dak li qegħdin ifittxuh biex joqtluh? [Ġw:7:26] Araw, b'wiċċu minn quddiem qiegħed jitkellem, u ħadd ma hu jgħidlu xejn. Jaqaw tassew li l-kbarat għarfu li dan hu l-Messija? [Ġw:7:27] Imma dan nafu minn fejn hu;  il-Messija, meta jiġi, ħadd ma jkun jaf minn fejn ikun ġej." [Ġw:7:28] Ġesù, huwa u jgħallem fit-tempju, għolla leħnu u qal: "Intom lili tafuni, u tafu wkoll minn fejn jien. Jiena ma ġejtx minn rajja, imma hemm wieħed tassew li bagħatni, wieħed li intom ma tafuhx. [Ġw:7:29] Jiena nafu, għax jien minn għandu ġej, u kien hu li bagħatni." [Ġw:7:30] Huma fittxew jaqbduh, iżda ħadd minnhom ma medd idejh fuqu, għax is-siegħa tiegħu kienet għadha ma waslitx.