MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Friday, April 04, 2014
Jn 7:1-2, 10, 25-30 -- ...Jesus Goes to the Festival of Tabernacles - ...Fil-festa ta' l-Għerejjex
7. In-nuqqas ta' fidi mill-qraba ta' Ġesù
[Ġw:7:1] Wara dan, Ġesù baqa' jdur fil-Galilija, għax ma riedx joqgħod idur fil-Lhudija billi l-Lhud kienu qegħdin ifittxu li joqtluh. [Ġw:7:2] Kienet qorbot għal-Lhud il-festa ta' l-Għerejjex,........
Fil-festa ta' l-Għerejjex
[Ġw:7:10] Imma wara li ħutu telgħu għall-festa tela' hu wkoll, mhux bid-dieher, imma bil-moħbi..........
Dan hu l-Messija
[Ġw:7:25] Xi wħud min-nies ta' Ġerusalemm qalu: "Dan m'huwiex dak li qegħdin ifittxuh biex joqtluh? [Ġw:7:26] Araw, b'wiċċu minn quddiem qiegħed jitkellem, u ħadd ma hu jgħidlu xejn. Jaqaw tassew li l-kbarat għarfu li dan hu l-Messija? [Ġw:7:27] Imma dan nafu minn fejn hu; il-Messija, meta jiġi, ħadd ma jkun jaf minn fejn ikun ġej." [Ġw:7:28] Ġesù, huwa u jgħallem fit-tempju, għolla leħnu u qal: "Intom lili tafuni, u tafu wkoll minn fejn jien. Jiena ma ġejtx minn rajja, imma hemm wieħed tassew li bagħatni, wieħed li intom ma tafuhx. [Ġw:7:29] Jiena nafu, għax jien minn għandu ġej, u kien hu li bagħatni." [Ġw:7:30] Huma fittxew jaqbduh, iżda ħadd minnhom ma medd idejh fuqu, għax is-siegħa tiegħu kienet għadha ma waslitx.