blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Jn 7:40-53 -- Division Over Who Jesus Is - Il-fehmiet tan-nies fuq Ġesù

Friday, April 04, 2014

Jn 7:40-53 -- Division Over Who Jesus Is - Il-fehmiet tan-nies fuq Ġesù


SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 4 OF LENT
Evanġelju
Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija?
Ġw 7, 40-53


Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F’dak iż-żmien, [Ġw:7:40] meta xi wħud semgħu kliem  Ġesù, alu: "Tassew dan hu l-Profeta." [Ġw:7:41] Oħrajn qalu: "Dan hu l-Messija." Iżda xi wħud qalu: "Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija? [Ġw:7:42] Ma tgħidx l-Iskrittura li l-Messija għandu jiġi min-nisel ta' David u minn Betlehem, ir-raħal minn fejn kien David?" [Ġw:7:43] Hekk in-nies ma qablux bejniethom minħabba fih.

[Ġw:7:44] Xi wħud minnhom riedu jaqbduh, iżda ħadd ma medd idejh fuqu.  [Ġw:7:45] L-għases reġgħu lura għand il-qassisin il-kbar u l-Fariżej, u dawn qalulhom: "Dan kif ma ġibtuhx magħkom? [Ġw:7:46] L-għases qalulhom: "Qatt ħadd ma tkellem bħalu, dan il-bniedem!" [Ġw:7:47] Qabżu l-Fariżej u qalulhom: "Intom ukoll tqarraqtu? [Ġw:7:48] Hemm xi ħadd mill-kapijiet u l-Fariżej li emmen fih? [Ġw:7:49] Imma dawn x'qabda nies misħuta, li l-Liġi ma jafuhiex!"

[Ġw:7:50] Wieħed minnhom, jismu Nikodemu, dak li qabel kien mar għand Ġesù, qabeż u qalilhom: [Ġw:7:51] "Jaqaw il-Liġi tagħna tikkundanna lil xi ħadd qabel ma tisma' lilu stess ħalli tkun taf x'inhu jagħmel?" [Ġw:7:52] U huma qalulu: "M'intix int ukoll mill-Galilija, hux? Fittex fl-Iskrittura, ħalli tara li ebda profeta ma jqum mill-Galilija!" [Ġw:7:53] U wieħed wieħed telqu lejn djarhom.



Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu



.




... "No One Ever Spoke the way this man does" ...








During the coronavirus pandamic - March 2020
Homily in Maltese

Ġw 7:40-53 -- OMELIJA - mill-Quddiesa mill-Kurja tal-Arċisqof – 28 ta’ Marzu, 2020, 0930am












.