.
http://www.youtube.com/watch?v=UmcHbrKs8JA
Fr. Johannes elaborates the four main traits of the Immaculate Heart of Mary - Purity, Humility, Burning with Love, and Pierced by a Sword.
Ave Maria!
Mass: Immaculate Heart of Mary - 2nd Cl - Form: EF, Adeamus Cum Fiducia
Readings:
1st: sir 24:23-31
Gsp: joh 19:25-27
To Download Audio go to http://airmaria.com?p=30055
.
MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Saturday, August 25, 2012
Mt 23:1-12 -- A Warning Against Hypocrisy - min jitgħolla, jitbaxxa, u min jitbaxxa, jitgħolla.
[Mt:23:1] Mbagħad Ġesù kellem lin-nies u lid- dixxipli tiegħu, u qalilhom: [Mt:23:2] "Fuq il-katedra ta' Mosè qagħdu l-kittieba u Fariżej. [Mt:23:3] Mela kull ma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. [Mt:23:4] Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b'sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom. [Mt:23:5] Kull ma jagħmlu, jagħmluh għal għajnejn in-nies; għalhekk ikabbru l-filatterji u jtawwlu l-ġmiemen tagħhom. [Mt:23:6] Iħobbu l-postijiet ewlenin fl-imwejjed, u s-siġġijiet ta' quddiem fis-sinagogi, [Mt:23:7] u jixtiequ min isellmilhom fil-pjazez u li n-nies isejjħulhom Rabbi. [Mt:23:8] Imma intom tħallux min isejjħilkom Rabbi, għax l-Imgħallem tagħkom wieħed hu, u intom ilkoll aħwa. [Mt:23:9] U ssejjħu lil ħadd missierkom fuq din l-art, għax il-Missier tagħkom wieħed hu, dak li hu fis-smewwiet. [Mt:23:10] Hekk ukoll tħallux min isejjħilkom mexxejja, għax il-mexxej tagħkom wieħed hu, il-Messija. [Mt:23:11] Il-kbir fostkom għandu jkun il-qaddej tagħkom; [Mt:23:12] min jitgħolla, jitbaxxa, u min jitbaxxa, jitgħolla.
Thursday, August 23, 2012
Mt 22:1-14 - The Parable of the Wedding Banquet - Il-parabbola tal-festa tat-tieġ --- Homily: God's Wedding Feast
Mt 22:1-14 - The Parable of the Wedding Banquet - Il-parabbola tal-festa tat-tieġ
- THURSDAY GOSPEL OF WEEK 20 IN ORDINARY TIME
- IN YEAR A, SUNDAY GOSPEL OF WEEK 28 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Sejħu għall-festa lil kull min issibu.
Mt 22, 1-14
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
F'dak iż-żmien, [Mt:22:1] Ġesù raġa' qabad ikellem lill-kbarat tal-qassisin u lill-fariżej bil-parabboli u qalilhom: [Mt:22:2] "Is-Saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta' ibnu. [Mt:22:3] U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa; imma dawk ma ridux jiġu.
[Mt:22:4] U reġa' bagħat qaddejja oħra, u qalilhom, 'Għidu lill-mistednin: Ara, il-mejda tiegħi lesta; il-barrin u l-għoġiela msemmna diġà maqtula u kollox lest; ejjew għall-festa.' [Mt:22:5] Iżda dawk ma tawx kas; min mar l-għalqa, min għan-negozju tiegħu, [Mt:22:6] u l-bqija qabdu lill-qaddejja tas-sultan, żebilħuhom u qatluhom. [Mt:22:7] Is-sultan inkorla ħafna, u bagħat is-suldati tiegħu, qered lil dawk il-qattiela, u ħarqilhom il-belt tagħhom.
[Mt:22:8] Imbagħad qal lill-qaddejja tiegħu, 'Il-festa mħejjija, imma lil dawk ma kienx ta' min jistedinhom għaliha. [Mt:22:9] Mela morru f'salib it-toroq u sejjħu għall-festa lil kull min issibu.' [Mt:22:10] Dawk il-qaddejja ħarġu fit-triqat u ġabru lil kull min sabu, ħżiena u tajba, u s-sala mtliet bin-nies għall-mejda.
[Mt:22:11] Mela jidħol is-sultan ħalli jara min kien hemm fuq il-mejda, u hemmhekk lemaħ wieħed li ma kienx liebes għall-festa tat-tieġ; [Mt:22:12] u qallu, 'Ħabib, dan kif dħalt hawn m'intix liebes għall-festa?' Dak tbikkem. [Mt:22:13] Imbagħad is-sultan qal lil dawk li kienu qegħdin iservu, 'Orbtulu riġlejh u idejh u waddbuh 'il barra fid-dlam; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien!'
[Mt:22:14] Għax ħafna huma l-imsejjħin, imma ftit il-magħżulin!"
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
.
Homily - Fr. Ignatius explains the parable of the wedding feast, God's plan to build His church, and the marriage of Christ to His church.
Readings: Thursday in the 20th Week in Ordinary Time
1st: eze 36:23-28 (Year II)
Resp: psa 51:12-13, 14-15, 18-19 (Year II)
Gsp: mat 22:1-14
====================
====================
====================
HE DIDN'T HAVE ANYTHING TO SAY.
SUNDAY, 15 Oct 2023 - Homily of Fr. Michael O'Connor from Mass on October 15, 2023 at Our Lady of the Gulf Catholic Church in Bay St. Louis, MS
Referenced Readings:
Is 25:6-10a
Phil 4:12-14, 19-20
Mt 22:1-14
.
.
Monday, August 20, 2012
Mt 19:16-22 -- The Rich and the Kingdom of God - Iż-żgħażugħ għani
Iż-żgħażugħ għani
(Mk 10, 17-31 ; Lq 18,18-30)
[Mt:19:16] Resaq wieħed fuqu u qallu: "Mgħallem, x'għandi nagħmel tajjeb biex nikseb il-ħajja ta' dejjem?" [Mt:19:17] U Ġesù qallu: "Għax tistaqsini fuq it-tajjeb? Wieħed hu t-Tajjeb. Jekk int trid tidħol fil-ħajja, ħares il-kmandamenti." [Mt:19:18] "Liema?" staqsieh dak. U Ġesù wieġbu: "La toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, [Mt:19:19] weġġaħ lil missierek u 'l ommok, u ħobb lil għajrek bħalek innifsek." [Mt:19:20] Qallu ż-żagħżugħ: "Jiena dan kollu ħaristu; x'jonqosni iżjed?" [Mt:19:21] Wieġbu Ġesù: "Jekk trid tkun perfett, mur, bigħ il-ġid li għandek, agħtih lill-foqra, u jkollok teżor fis-sema ; mbagħad ejja u imxi warajja." [Mt:19:22] Iż-żagħżugħ kif sama' dan, telaq b'qalbu sewda, għax kien għani ħafna.
Subscribe to:
Posts (Atom)