blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Mt 22:1-14 - The Parable of the Wedding Banquet - Il-parabbola tal-festa tat-tieġ --- Homily: God's Wedding Feast

Thursday, August 23, 2012

Mt 22:1-14 - The Parable of the Wedding Banquet - Il-parabbola tal-festa tat-tieġ --- Homily: God's Wedding Feast


Mt 22:1-14 - The Parable of the Wedding Banquet - Il-parabbola tal-festa tat-tieġ

- THURSDAY GOSPEL OF WEEK 20 IN ORDINARY TIME
- IN YEAR A, SUNDAY GOSPEL OF WEEK 28 IN ORDINARY TIME


Evanġelju
Sejħu għall-festa lil kull min issibu.
Mt 22, 1-14


Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F'dak iż-żmien, [Mt:22:1] Ġesù raġa' qabad ikellem lill-kbarat tal-qassisin u lill-fariżej bil-parabboli u qalilhom: [Mt:22:2] "Is-Saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta' ibnu. [Mt:22:3] U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa; imma dawk ma ridux jiġu.

[Mt:22:4] U reġa' bagħat qaddejja oħra, u qalilhom, 'Għidu lill-mistednin: Ara, il-mejda tiegħi lesta; il-barrin u l-għoġiela msemmna diġà maqtula u kollox lest; ejjew għall-festa.' [Mt:22:5] Iżda dawk ma tawx kas; min mar l-għalqa, min għan-negozju tiegħu, [Mt:22:6] u l-bqija qabdu lill-qaddejja tas-sultan, żebilħuhom u qatluhom. [Mt:22:7] Is-sultan inkorla ħafna, u bagħat is-suldati tiegħu, qered lil dawk il-qattiela, u ħarqilhom il-belt tagħhom.

[Mt:22:8] Imbagħad qal lill-qaddejja tiegħu, 'Il-festa mħejjija, imma lil dawk ma kienx ta' min jistedinhom għaliha. [Mt:22:9] Mela morru f'salib it-toroq u sejjħu għall-festa lil kull min issibu.' [Mt:22:10] Dawk il-qaddejja ħarġu fit-triqat u ġabru lil kull min sabu, ħżiena u tajba, u  s-sala mtliet bin-nies għall-mejda.

[Mt:22:11] Mela jidħol is-sultan ħalli jara min kien hemm fuq il-mejda, u hemmhekk lemaħ wieħed li ma kienx liebes għall-festa tat-tieġ; [Mt:22:12] u qallu, 'Ħabib, dan kif dħalt hawn m'intix liebes għall-festa?' Dak tbikkem. [Mt:22:13] Imbagħad is-sultan qal lil dawk li kienu qegħdin iservu, 'Orbtulu riġlejh u idejh u waddbuh 'il barra fid-dlam; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien!'

[Mt:22:14] Għax ħafna huma l-imsejjħin, imma ftit il-magħżulin!"



Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu


.




Homily - Fr. Ignatius explains the parable of the wedding feast, God's plan to build His church, and the marriage of Christ to His church.
Readings: Thursday in the 20th Week in Ordinary Time
1st: eze 36:23-28 (Year II)
Resp: psa 51:12-13, 14-15, 18-19 (Year II)
Gsp: mat 22:1-14

====================
====================
====================


HE DIDN'T HAVE ANYTHING TO SAY.
SUNDAY, 15 Oct 2023 - Homily of Fr. Michael O'Connor from Mass on October 15, 2023 at Our Lady of the Gulf Catholic Church in Bay St. Louis, MS

Referenced Readings:
Is 25:6-10a
Phil 4:12-14, 19-20
Mt 22:1-14










.
.