blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Mt 23:1-12 -- A Warning Against Hypocrisy - min jitgħolla, jitbaxxa, u min jitbaxxa, jitgħolla.

Saturday, August 25, 2012

Mt 23:1-12 -- A Warning Against Hypocrisy - min jitgħolla, jitbaxxa, u min jitbaxxa, jitgħolla.



[Mt:23:1] Mbagħad Ġesù kellem lin-nies u lid- dixxipli tiegħu, u qalilhom: [Mt:23:2] "Fuq il-katedra ta' Mosè qagħdu l-kittieba u Fariżej. [Mt:23:3] Mela kull ma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. [Mt:23:4] Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b'sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom. [Mt:23:5] Kull ma jagħmlu, jagħmluh għal għajnejn in-nies; għalhekk ikabbru l-filatterji u jtawwlu l-ġmiemen tagħhom. [Mt:23:6] Iħobbu l-postijiet ewlenin fl-imwejjed, u s-siġġijiet ta' quddiem fis-sinagogi, [Mt:23:7] u jixtiequ min isellmilhom fil-pjazez u li n-nies isejjħulhom Rabbi. [Mt:23:8] Imma intom tħallux min isejjħilkom Rabbi, għax l-Imgħallem tagħkom wieħed hu, u intom ilkoll aħwa. [Mt:23:9] U ssejjħu lil ħadd missierkom fuq din l-art, għax il-Missier tagħkom wieħed hu, dak li hu fis-smewwiet. [Mt:23:10] Hekk ukoll tħallux min isejjħilkom mexxejja, għax il-mexxej tagħkom wieħed hu, il-Messija. [Mt:23:11]  Il-kbir fostkom għandu jkun il-qaddej tagħkom; [Mt:23:12] min jitgħolla, jitbaxxa, u min jitbaxxa, jitgħolla.