MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
1 Inti t-triq u l-ħajja, Inti l-verità, Inti li tmexxini lejn il-libertà, Inti li għaziltni biex nimxi warajk U nitgħallem minnek Nagħmel dak li Alla jrid. Ridt li tibqa’ fija u jien nibqa’ fik Ħalli nġorrok dejjem ġo fija.
2 Inti kont li għażiltni, Mhux għażiltek jien, Ħtartni biex tibgħatni nxandrek kullimkien. Fuq il-pala ta’ idejk, ismi int naqqaxt, Wgħedtni illi waħdi Inti ma tħallini qatt. Kemm-il darba għejjejt u ħrabt, Int ma tlaqtni qatt U bqajt dejjem tiġri warajja.
3 Ħeġġeġ Int lil qalbi bħal ħuġġieġa nar Biex intir bil-ħeffa mas-sinjal ta’ jdejk Meta nkun quddiemek B’ħarsti mwaħħla fik, Lest biex nisma’ kelmtek U bil-qalb immur naqdik Nixhed quddiem ħuti l’Inti Alla ħaj Ħliefek allat oħra ma hemmx.
4 Naddaf int lil fommi, Qegħdli kliemek fih Ħalli mmur inxandar dak li tgħidli int. Fit-tfixkil li jiena nsib, kun għalija sur, Ħudni u kenninni int Għas-satra ta’ ġwenħajk U jekk naqta’ qalbi quddiem it-taħbit Tini l-qawwa int li nżomm sħiħ.
5 Meta d-dgħajsa tiegħi Jitla’ għaliha l-mewġ W inti tibqa’ rieqed bla ma tagħmel xejn Agħmel illi nibqa’ nemmen fik bis-sħiħ Għaliex inti r-ragħaj it-tajjeb Li fid-dlam ukoll Tissokta tmexxini bil-qawwa ta’ jdejk Jekk tkun ħdejja, jien ma nibżax.
6 Naf li jiena ċkejken u ma niswa xejn Imma int setgħani, Tagħmel ħwejjeġ kbar U biċ-ċokon tiegħi, jekk nerħih f’idejk, Inti s-Saltna tkompli tifrex Fi qlub il-bnedmin Jiena l-qaddej tiegħek, Naħdem biss għalik. Ħa jsir minni dejjem skont kelmtek.
Kliem ta’ P. Alexander Vella O.Carm.
Fuq il-mużika ta’ Symbolum ’77
ta’ Pierangelo Sequeri, 1978
Vatican Magazine "Sant’Ignazio, la fuga dalla vanità" 08.07.2016
Discernment: 14 Rules of St. Ignatius of Loyola - Jul 31 - Homily - Fr Matthias
In the homily for the memorial of St. Ignatius of Loyola (Jul 31, 2019), Fr. Matthias summarizes and explains the principal points in St. Ignatius' doctrine on the discernment of spirits. While applying God's law to life can sometimes be complex and challenging, we can rest assured that it is always possible and never harmful to us or to others. Father uses logic in conjunction with Ignatius' principles to expose current errors in moral theology.
San Injazju twieled fil-kastell ta’ Loyala f’Azpeitia, Spanja, fl-1491, minn familja nobbli. Kien l-iżgħar fost tużżana tfal, u tawh l-isem ta’ Inigo li hu stess bidel f’Injazju f’madwar l-1540.
Beda jaħdem bħala paġġ fil-qorti tar-Re Ferdinandu V, u mbagħad daħal suldat u sar Kaptan fl-armata tal-Viċire ta’ Navarra.
Fl-1521, fil-battalja ta’ Pamplona kontra l-Franċiżi, balla ta’ kanun qasmitlu l-qasba ta’ siequ l-leminija u fetħitlu beraħ il-pexxun ta’ siequ l-oħra. Midrub kif kien, bagħtuh lura fil-kastell tal-familja tiegħu ta’ Loyola biex ifiq.
Meta kien qed jirkupra ġew żewġ kotba f’idejh: ”Il-Ħajja ta’ Ġesù” u ”Il-Ħajja tal-Qaddisin”. Tant laqtuh li ddeċieda li jagħti ħajtu lil Ġesù, u jaħdem ”għall-ikbar glorja t’Alla”, kliem li kellu jsir il-motto tas-Soċjeta’.
Meta fieq għamel pellegrinaġġ lis-Santwarju tal-Madonna f’Montserrat. Is-sentejn ta’ wara għaddiehom f’Manresa. Kien f’dawn is-sentejn ta’ talb u ġabra li hu beda jikteb il-ktieb famuż tiegħu ”L-Eżerċizzi Spiritwali”.
Fl-1523 telaq minn Manresa u mar jagħmel pellegrinaġġ għall-Art Imqaddsa. Meta reġa lura Spanja fl-1524, ra li mingħajr edukazzjoni soda ma setax iwettaq il-missjoni tiegħu, u telaq lejn Barċellona biex jibda jistudja l-Latin.
Fl-1528, mar l-Universita’ ta’ Pariġi. Hawnhekk iltaqa’ u sar ħabib kbir ma’ sitt studenti li wieħed minnhom kien San Franġisk Saverju, u ieħor San Pietru Faber.
Fl-1534, San Injazju u sħabu għamlu l-vot tal-kastita’ u tal-poverta’ fil-kappella ta’ Montmartre, u wegħdu li jmorru jippridkaw il-Vanġelu fil-Palestina u joffru s-servizzi tagħhom dirett lill Papa Pawlu III. Hekk twaqqfet is-Soċjeta’ ta’ Ġesù, jew il-Ġiżwiti kif huma magħrufin illum.
Fl-1537, San Injazju u l-kumpanmi tiegħu li issa kienu saru disgħa, marru Venezja u ġew ordnati saċerdoti. Billi ma setgħux imorru l-Art Imqaddsa, marru Ruma u offre lilhom infushom lill-Papa Pawlu III. Hekk l-Ordni ġie uffiċjalment imwaqqaf fl-1540.
Fl-1541, San Injazju ġie magħżul biex ikun l-ewwel Superjur Ġenerali, u għadda l-kumplament ta’ ħajtu f’Ruma, imexxi s-Soċjeta’ ta’ Ġesù. Miet f’Ruma, fil-31 ta’ Lulju 1556. Kien ikkanonizzat fl-1622.
Talba:
Mulej Alla! Int jistħoqqlok li tirċievi glorja u unur, għax Int ħlaqt kollox u bir-rieda tiegħek jeżisti kollox u jgħix. Int għamilt is-sema u l-art u l-meravilji li jeżistu fihom. Int is-Sid ta’ kollox. Glorja lill-Missier, u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.