TU sei la mia VITA! (Symbolum '77)
https://www.youtube.com/watch?v=3mhPCx-qA0c
263. Il-Mibgħut
1 Inti t-triq u l-ħajja, Inti l-verità, Inti li tmexxini lejn il-libertà, Inti li għaziltni biex nimxi warajk U nitgħallem minnek Nagħmel dak li Alla jrid. Ridt li tibqa’ fija u jien nibqa’ fik Ħalli nġorrok dejjem ġo fija. 2 Inti kont li għażiltni, Mhux għażiltek jien, Ħtartni biex tibgħatni nxandrek kullimkien. Fuq il-pala ta’ idejk, ismi int naqqaxt, Wgħedtni illi waħdi Inti ma tħallini qatt. Kemm-il darba għejjejt u ħrabt, Int ma tlaqtni qatt U bqajt dejjem tiġri warajja. 3 Ħeġġeġ Int lil qalbi bħal ħuġġieġa nar Biex intir bil-ħeffa mas-sinjal ta’ jdejk Meta nkun quddiemek B’ħarsti mwaħħla fik, Lest biex nisma’ kelmtek U bil-qalb immur naqdik Nixhed quddiem ħuti l’Inti Alla ħaj Ħliefek allat oħra ma hemmx. | 4 Naddaf int lil fommi, Qegħdli kliemek fih Ħalli mmur inxandar dak li tgħidli int. Fit-tfixkil li jiena nsib, kun għalija sur, Ħudni u kenninni int Għas-satra ta’ ġwenħajk U jekk naqta’ qalbi quddiem it-taħbit Tini l-qawwa int li nżomm sħiħ. 5 Meta d-dgħajsa tiegħi Jitla’ għaliha l-mewġ W inti tibqa’ rieqed bla ma tagħmel xejn Agħmel illi nibqa’ nemmen fik bis-sħiħ Għaliex inti r-ragħaj it-tajjeb Li fid-dlam ukoll Tissokta tmexxini bil-qawwa ta’ jdejk Jekk tkun ħdejja, jien ma nibżax. 6 Naf li jiena ċkejken u ma niswa xejn Imma int setgħani, Tagħmel ħwejjeġ kbar U biċ-ċokon tiegħi, jekk nerħih f’idejk, Inti s-Saltna tkompli tifrex Fi qlub il-bnedmin Jiena l-qaddej tiegħek, Naħdem biss għalik. Ħa jsir minni dejjem skont kelmtek. |
Kliem ta’ P. Alexander Vella O.Carm.
Fuq il-mużika ta’ Symbolum ’77
ta’ Pierangelo Sequeri, 1978
Fuq il-mużika ta’ Symbolum ’77
ta’ Pierangelo Sequeri, 1978
No comments:
Post a Comment